Share the love

sunscreen frezyderm

Kollha kemm aħna nafu kemm hu mportanti li nużaw ‘sunscreen’ biex nipprevjenu ħsara mir-raġġi tax-xemx, tikmix u anke kanċer tal-ġilda, iżda fir-realta’ kemm minna sabu ditta ta’ ‘sunscreen’ għal qalbhom tant li ma joħorġux il-barra mid-dar mingħajr ma jużawh? Kemm hu diffiċli ssib ‘sunscreen’ li ma jdellikx, ma jħallix traċċi żejda, jew li jkun iwaħħal ħafna iżda jkun effettiv! Kull sajf nispiċċa nixtri sa tlett ditti differenti bit-tama li nsib ditta għal qalbi, iżda qatt ma rnexxieli.

Minħabba l-fatt li s-sajf tiegħi ngħaddi ħafna ħin minnu fuq dgħajsa f’ temperatura ta’ mill-inqas 30 grad, irrid inkun ċerta li s-‘sunscreen’ tiegħi ma jitlaqx bl-ilma, u li bih ma nkunx nidher pallida. Irrid ‘sunscreen’ li nista napplikah mingħajr mera, u li bih ma nispiċċax bil-ġilda tleqq, żejtnija u twaħħal.

Ħabiba tiegħi issuġġerietli nipprova Frezyderm Sunscreen Velvet Face SPF 50, krema għal wiċċ li fil-fatt rebħet diversi premjijiet minħabba t-teknoloġija revoluzzjonarja li biha hi magħmula.

Għalkemm xi ftit xettika dwar il-ħafna wegħdiet li smajt dwarha, ħabibti assiguratni li ma kontx smajt biha qabel minħabba li kienet għadha ma waslitx Malta, u għalhekk iddeċidejt li nippruvaha bħal ma kont ippruvajt ħafna aktar ditti qabel.

Nista ngħid li din il-krema hija totalment differenti mid-ditti li kont ippruvajt qabel. Jekk ġieli użajtu ‘skin primers’ qabel, din il-krema tinħass eżatt l-istess, iżda toffri protezzjoni kontra r-raġġi tax-xemx. Din il-krema tiġi f’ żewġ tipi: waħda minnhom hija ftit ‘tinted’ filwaqt li l-oħra hija aktar naturali. Huwa bir-raġun li din il-krema tissejjaħ ‘Second Skin Technology’, għax tinħass vera naturali! Ħabibti tippreferi il-krema ‘tinted’ filwaqt li peress li jien ma nħobbx nuża ‘foundation’ nippreferi aktar il-krema naturali. Hija faċli ħafna biex tapplikaha, u ma jkollix il-biża’ li jibqagħli tbajja bojod jew partijiet minn wiċċi mhux mgħottija b’ dan is-‘sunscreen’.

Hekk kif tapplika Frezyderm Sunscreen Velvet Face SPF 50 tirrealizza kemm il-ġilda tiegħek tinħass pjaċevoli u bellusija, u tinduna faċilment fejn tkun applikajtu u fejn le.

Frezyderm ma fih l-ebda ‘parabens’ li huma preservattivi li komuni ssib fi prodotti farmaċewtiċi u kosmetiċi, u ma fihx riħa. Huwa tajjeb ħafna għal kull min għandu ġilda sensittiva, huwa ttestjat dermatoloġikament u huwa ‘water resistant’. Meta tuża l-Frezyderm tista tgawdi ġilda b’ finitura matta sa sitt sigħat, u għalhekk din il-krema hija ideali għal ħinijiet ta’ mixi fix-xemx u ikliet għall-arja ta’ barra.

Fl-aħħar nista ngħid li sibt is-‘sunscreen’ perfett li kont ili nfittex, li jagħtini protezzjoni totali mix-xemx b’ SPF 30 jew SPF 50.

Ippruva Frezyderm u nassigurak li ma jiddispjaċikx!

Frezyderm tista ssibu faċilment mill-ispiżeriji ewlenin. Id-distributuri tiegħu huma DRUGSALES Ltd., 21419070/1/2


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *