Share the love

Jiena mara ta’ 33 sena bil-HyperPARAthyroidism. Ingħatajt din id-dijanjosi fl-eta’ ta’ biss 30 sena.

Testijiet tad-demm li għamilt għall-ewwel darba bħala parti mir-rutina wrew livelli għolja ta’ kalċju, li mal-hyperparathyroidism, jikkawża livelli għolja ta’ ormoni relatati mal-parathyroid kif ukoll livell baxx ta’ vitamina D.

Importanti ħafna li meta tagħmlu testijiet tad-demm taraw li dawn jiġu eżaminati b’ reqqa minn xi professjonista.

Xi wħud jaħsbu li huwa tajjeb għall-ġisem li jkollok livell għoli ta’ kalċju. Madankollu dan mhu vera xejn! Esperjenzajt diversi ‘scans’ f’ għonqi biex jipprovaw isibu l-glandola, u eventwalment kelli wkoll nitla’ l-Italja biex nipprova ‘scan’ ieħor, u hemm ħareġ ir-riżultat!

Ċertu nies jesperjenzaw diversi sintomi, iżda fil-każ tiegħi jien qatt ma’ kelli sintomi. Madankollu, skond ma wera’ ‘density scan’, għandi għadmi dgħajjef meta mqabbel ma’ persuni oħra ta’ l-eta’ tiegħi.

Din il-marda tista’ biss tiġi solvuta permezz ta’ operazzjoni, u għalhekk qed nittama li nara differenza wara li nagħmel dan. Din il-marda tikkawża wkoll ħsara lill-ġisem u tista’ twassal għal osteoporożi u kundizzjonijiet mediċi oħra jekk ma’ tiġix ittrattata sew.

X’ inhi eżatt il-‘HyperParaThyroidism’?

Hyperparathyroidism hija meta l-‘parathyroid glands’ jikkawżaw iżżejjed ormoni relatati mal- ‘parathyroid’ fid-demm. Dawn il-glandoli li jinsabu wara t-‘thyroid’ in-naħa t’ isfel ta’ l-għonq, huma biss daqs ħabba tar-ross. Dawn l-ormoni jgħinu billi jżommu bilanċ xieraq ta’ kalċju fid-demm u fit-’tissues’ tal-ġisem li jiddependu mill-kalċju biex jiffunzjonaw sew.

Jeżistu żewġ tipi ta’ hyperparathyroidism. F’ ‘hyperparathyroidism’ primarja, kobor eċċessiv ta’ waħda jew aktar mill-‘parathyroid glands’ jikkawżaw produzzjoni żejda ta’ l-ormoni. Dan iwassal għal livell għoli ta’ kalċju fid-demm li jista’ mbagħad jirriżulta f’ problemi varji fis-saħħa. L-aqwa trattament għal ‘hyperthyroidism’ primarja hija operazzjoni.

‘Hyperparathyroidism’ sekondarja sseħħ minħabba mard ieħor li jkun diġa’ kkawża livell baxx ta’ kalċju fil-ġisem, li maż-żmien iżid l-ammont ta’ ormoni relatati mal-‘parathyroid’.

Ħafna drabi d-dijanjosi ta’ ‘Hyperparathyroidism’ tingħata qabel jibdew jidhru sintomi jew sinjali oħra tal-problema. Dan għaliex meta jibdew jiġu evidenti s-sintomi, dawn ikunu fil-fatt ir-riżultat ta’ ħsara jew disfunzjoni f’ organi jew ’tissues’ oħra kawża ta’ livell għoli ta’ kalċju fid-demm u fl-urina, jew nuqqas ta’ kalċju fl-għadam.

Is-sintomi jistgħu tant ikunu ħfief u mhux speċifiċi li kultant lanqas biss tkun tidher konnessjoni ma’ problemi fil-funzjoni tal-‘parathyroid’. Madankollu huwa possibbli li persuna tesperjenza sintomi severi wkoll. Sinjali u sintomi jinkludu:

  • Osteoporożi
  • Ġebla fil-kliewi
  • Ammont eċċessiv ta’ awrina
  • Uġigħ fl-addominal
  • Tgħajja faċilment jew tħossok bla saħħa
  • Dipressjoni jew problemi ta’ memorja
  • Uġigħ fl-għadam u fil-ġogi
  • Mard frekwenti mingħajr kawża evidenti
  • Dardir, remettar jew nuqqas t’ aptit

L-aħħar parir mingħandi fuq bażi ta’ l-esperjenza personali tiegħi…iċċekkja l-kalċju.

Tista ssib aktar informazzjoni dwar HyperParaThyroidism fuq MayoClinic.org


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *