Share the love

six pack revolution transformation

Jisimni Hayley u din hija l-istorja tiegħi…

Ta’ 35 sena irċivejt aħbar li biddlitli ħajti kompletament. Fil-ftit xhur ta’ qabel dan ma kontx qed inħossni normali, iżda komplejt b’ ħajti qisu qatt ma kien xejn. Immaġinajt li dak li kont qed inħoss kien biss riżultat ta’ stress relatat max-xogħol u għajja. Finalment mort s’ għand it-tabib u tkellimt anke mal-infermiera tiegħi, li minn naħa tagħha kienet xi ftit konċernata li seta jkun hemm xi kawża wara dan, u għalhekk talbitni nnewlilha kampjun tal-urina l-għada. Hekk għamilt, u tant ħassejtni inkwetata li hekk kif dħalt fejn l-infermiera waqqajt il-kampjun tal-urina mal-art.

Sa tletin minuta wara irċivejt telefonata biex nerġa lura għand it-tabib urġenti għax kienu sabuli z-zokkor fl-urina. Qaluli wkoll li kien ħa jkolli nidħol l-isptar immedjatament u nitpoġġa fuq id-dripp għax tant kelli z-zokkor għoli li kelli dak l-imsejjaħ ‘ketoacidosis’, li jekk ma jiġix itrattat immedjatament seta’ jikkawżali ħsara serja u possibilment iwassalni għal mewt. Hekk kif dħalt l-isptar qaluli li kelli dijabete tat-tip 2. Għal jumejn sħaħ ħassejtni irrabjata ħafna miegħi innifsi għax f’ għajnejja kont ikkawżajt dan kollu lili nnifsi b’ xi mod, anke jekk dejjem kont inżomm ruħi b’ saħħti u niekol ikel tajjeb għas-saħħa. Ħassejt li forsi stajt nagħmel xi ħaga aktar biex nevita dan kollu.

Finalment wara jumejn iltqajt ma infermiera speċjalizzata fid-dijabete, li qaltli li d-dijabete li kelli kienet tat tip 1, u li ma kien hemm l-ebda ħaġa li stajt nagħmel biex nevitaha.

Fit-tielet jum neħħewni minn fuq id-dripp u tefgħuni mill-ewwel fuq l-injezzjonijiet tal-insulina għal madwar 8 darbiet kuljum. Irritornajt lura d-dar b’ ħafna mediċini u b’ ħajja totalment differenti minn qabel.

Id-dijanjosi li ngħatatli ħadtha aħjar milli kont stennejt, u malajr drajt ninġetta lili nnifsi bl-insulina u ntaqqab subgħajja biex niċċekkja l-livell taz-zokkor. Madankollu l-livell ta ‘fitness’ tiegħi naqas drastikament għax ma kontx naf eżatt ġismi x’ seta’ jaċċetta, u waqaft nieħu ħsieb ta’ saħħti bħal qabel. Tlift kull aptit għall-eżerċizzju u saħħa fiżika għax bdejt nibża mir-riżultat li seta’ jġib kull tip ta’ tibdil f’ dak li kont qed nagħmel. Bil-mod il-mod bdejt intella l-piż u bdejt ukoll inħossni aktar u aktar għajjiena. Minħabba f’ hekk kelli nżid id-drabi li nieħu l-insulina mal-ġurnata, biex inżomm il-livell taz-zokkor stabbli.

Iddeċidejt li nerġa nieħu sehem fil-Yorkshire 3 peaks challenge f’ Mejju – sfida li kont irbaħt faċilment ftit tas-snin qabel. Iżda qabel it-tieni telgħa kont diġa esperjenzajt nuqqas drastiku fil-livell taz-zokkor tlett darbiet. Minħabba dan spiċċajt eżawrita u kelli nammetti telfa u nimxi lura mingħajr ma nlesti t-tielet telgħa.

L-istima personali tiegħi ħadet tisbita kbira dakinhar, u ħassejt li ma stajt qatt nerġa nikseb saħħti lura u l-figura tiegħi wara dan.

F’ Awwissu ħabibti ssuġġerietli niċċekkja l-programm SPR. Żewġi daħal għaliha mill-ewwel għax ħass li kellu bżonn bidla, u raha bħala ċans biex jidħol għal sfida. Minħabba li kelli nidra mod ġdid ta’ x’ kelli nsajjar tajt daqqa t’ għajn lejn il-pjan jien ukoll, u rraġunajt li la kont ħa nsajjar għal żewġi b’ dak il-mod, stajt ukoll isajjar għalina kollha bl-istess mod.

Fil-bidu bżajt ftit minħabba l-fatt li d-‘diabetic nutritionist’ tiegħi kienet tagħmilli enfasi dwar l-importanza tal-karboidrati għax skond hi min ibati bid-dijabete tat-tip 1 għandu bżonn ħafna karboidrati biex iżomm stabbli l-livell taz-zokkor. Ma’ l-ewwel daqqa t’ għajn ħsibt li l-pjan ma’ kellux biżżejjed karboidrati u nkwetajt ftit minħabba dak li kienu qaluli qabel. Iżda wara li tkellimt ma Scott u Annie, dawn serrħuli rasi li kien se jkun hemm biżżejjed karboidrati biex iżommuni għal waqt l-eżerċizzju, u li messni nipprova u nara kif immur…u hekk għamilt.

Inktibt fil-grupp 1 ta’ Settembru ma’ Annie Page, u dħalt għaliha b’ ruħi w’ ġismi.

Għall-ewwel ftit ġimgħat bdejt insib l-SPR kemmxejn iebes. Kien ikolli drabi fejn iz-zokkor jinżilli b’ mod drastiku. Ġismi kien qed jipprova jaddatta ruħu għal inqas karboidrati u żieda fl-eżerċizzju, iżda malajr irrealizzajt li billi nnaqqas il-‘long lasting insulin’ stajt nibbilanċja dan kollu.

Fi ftit żmien bdejt ninjetta lili nnifsi nofs id-dożi tal-‘long lasting insulin’ u kont naqqast ix-‘short acting insulin’ bin-nofs. Bdejt inħossni aħjar, u ħassejtni aktar kurjuża dwar x’ seta’ jagħmel iktar għalija l-SPR.

Il-kowċ tiegħi Annie kienet hemm għalija ma’ kull pass, telefonata l-bogħod kull meta ħassejt il-bżonn ta’ xi parir.

Wara ftit tal-ġimgħat, in-nies bdew jirrimarkawli dwar kemm kont qed nidher aħjar, u “tlift il-piż!”, li mlieni b’ aktar kunfidenza u kuraġġ biex inkompli miexja l-quddiem.

Kull ġimgħa konna nieħdu ritratt, u għalkemm ma tantx kont nieħu gost bih, dan kien iġagħlni noqgħod attenta biex nakkwista l-aħjar riżultat. Maż-żmien il-pjani tal-ikel bdew isiru aktar u aktar faċli, filwaqt li l-eżerċizzji kienu jitqalu. Iżda r-riżultati kienu dejjem mexjin il-quddiem. Irnexxieli nikkontrolla sew il-livell taz-zokkor u sa nofs il-pjan tal SPR kont qed ninjetta biss kwart ta’ l-ammont li kont nieħu qabel ma bdejt.

F’ ċertu ġranet irnexxieli ngħaddi b’ injezzjoni waħda ‘long lasting’ filgħodu, għax bl-eżerċizzju kollu li kont qed nagħmel ma kienx ikolli bżonn insulina ‘fast acting’. L-SPR kien qed jibdilli ħajti, u kien qed itini lura n-normalita’ f’ ħajti. L-istonku tiegħi ma baqax jidher qisu kuxxin tal-labar bħal ma kien sar!

Sa l-aħħar ġurnata tal-pjan kont sirt mara ġdida. Mhux biss fiżikament, imma anke mentalment. Kont qed nagħmel eżerċizzji li dejjem bżajt nipprova qabel. Irnexxieli nakkwista figura aqwa minn qatt qabel filwaqt li kont qed insegwi dieta tajba li kienet għal qalbi.

Għaddew 7 xhur minn meta lestejna l-pjan, iżda kemm jien u kemm żewġi għadna nsegwu din id-dieta mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tgħallimna ħafna dwar l-ikel, u m’ għadniex inħarsu lejn l-ikel bħal ma konna qabel. L-ikel huwa enerġija, u filwaqt li għandna nieħdu gost nieklu, għandna wkoll nirrispettawh.

In-nies jistaqsuni l-ħin kollu dwar kif irnexxieli ndawwar ħajti hekk, u r-risposta tiegħi dejjem hi biex huma wkoll jipprovaw l-SPR.

Ħafna nies jgħidu li m’ humiex lesti, imma meta qatt tista tkun kompletament lesta għal bidla? Jekk tgħid lilek innifsek li mintix lesta, qatt mhu se jirnexxilek tagħmel il-bidla neċessarja f’ ħajtek. Inti responsabbli tiegħek innifsek u ta’ dak kollu li tagħżel li tagħmel. Agħżel li tagħmel azzjonijiet li jmexxuk il-quddiem.

Tkun ġennata jekk tibqa tagħmel l-istess ħaġa u tistenna riżultat differenti. Qed tagħmel miġnunata bħalissa? Le, mela agħżel il-bidla. Ingħaqad mal-SPR, agħmel tibdil pożittiv f’ ħajtek u emminni, l-SPR mhux biss jaffettwa lilek, iżda lill-dawk kollha ta’ madwarek.

INT – se tkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor.
INT – se tgħinhom fil-bidla tagħhom.
INT se tibdlilhom ħajjithom.

B’ imħabba lilkom kollha,

Hayley Gedney


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *