Share the love

Kien vjaġġ twil u diffiċli, imma issa naf li persuna trid tħobb lilha nifisha biex tgħix ħajja kuntenta, u li dan mhuwiex att ta’ egoiżmu. Meta nieħu ħsieb lili nnifsi ma nkunx qed nabbanduna l-ħaddieħor, iżda nkun qed nimmeljora sabiex meta nkun magħhom, inkun preżenti u b’saħħti b’ruħi w’ ġismi. Ma tistax tferra minn tazza vojta.

Inti tassew tħobb lilek innifsek? Jew għalik hija eħfef li tiffoka fuq in-negattiv u insigurtajiet tiegħek aktar milli tiffoka fuq l-affarijiet li jogħġbuk fik innifsek?

Jaf qed tiffoka fuq dawk ta madwarek imma mintix tiffoka fuqek innifsek ukoll. Ċerti ndividwi jevitaw li jkunu weħdihom u saħansitra jibżgħu jagħmlu affarijiet weħidhom. L-imħabba għalik innifsek tipprovidilek il-kunfidenza fik innifsek, tgħinek tistma lilek innifsek aktar, kif ukoll tkun aktar pożittiva. Bl-imħabba jirnexxilek tieqaf tikkumpara lilek innifsek ma l-oħrajn u b’hekk issib lilek innifsek tinkwieta inqas fuq x’jaħsbu nies oħra dwarek.

1. Żomm ħin għalik innifsek fejn tagħmel xi ħaġa li togħġbok. Billi tagħmel dan tkun qed titgħallem kif tieħu gost fil-kumpanija tiegħek stess, u probabbli ssir aktar KUNFIDENTI għax tkun qed tagħmel dan waħdek.

2. Irrifletti fuq l-iżbalji tiegħek. Jekk inti għandek l-abbilta’ li tħares lura lejn xi għażliet mhux tajbin li tkun għamilt, u taħfer lilek innifsek, inti tista’ tibda timxi l-quddiem u tinsa l-passat. Li tħobb lilek innifsek minkejja l-iżbalji li tkun għamilt fil-passat huwa tajjeb għax jgħinek tistma sew lilek innifsek.

3. Ħu riskju f’affarijiet li huma barra mill-kontroll tiegħek, u għid iva għal dak li s-soltu ma tgħidx iva għalih. Dan jgħinek ISSIR TAF LILEK INNIFSEK, issir taf x’jogħġbok u ma jogħġbokx. Ipprova oħroġ miz-ZONA TAL-KOMFORT tiegħek u ara x’jiġri.

4. Ibda niżżel ħsibijietek u l-emozzjonijiet tiegħek fuq ‘journal’. Dan huwa mod POŻITTIV biex teħles minn esperjenzi u emozzjonijiet negattivi tal-passat, biex tibda tiffoka fuq l-affarijiet t-tajbin u titgħallem mill-ħżiena.

5. Għalkemm xi kultant taf tkun iebsa miegħek innifsek, li hija ħaġa naturali, agħti brejk lilek innifsek ukoll. ĦADD M’HU PERFETT u ma tistax tistenna lilek innifsek tkun perfetta.

6. Tgħallem għid LE fejn tħoss il-bżonn. Oħloq ‘BOUNDARIES’ għal ġid tiegħek innifsek. Xi kultant nagħmlu ħafna għal ġid ta’ ħaddieħor, iżda nispiċċaw nitgħaffġu żżejjed.

7. Oħloq lista ta’ dak kollu li rnexxielek takkwista. Dan huwa mod tajjeb li jgħinek tibda TĦOBB lilek innifsek u jġagħlek tħossok TAJBA bik innifsek waqt li tesperjenza l-kuntentizza għal dak li għamilt.

8. Tgħallem ħobb lil ĠISMEK hu kif inhu. Id-daqs, il-marki, it-tikmix, l-‘istretchmarks’. AĊĊETTAHOM kollha, u jekk hemm xi ħaġa li tista’ u TIXTIEQ tbiddel, agħmilha għalik innifsek…ħaqqek tkun ferħana.

9. Tibbażax il-ħajja tiegħek fuq l-aspettattivi ta’ ħaddieħor. Tinbidel għall-ħadd, kun dak li tassew int. Tibżax tkun differenti, kun INT b’dak kollu li jagħmlek unika.

10. FAKKAR lilek innifsek li int sabiħa, li ħaqqek l-imħabba, li tkun b’saħħtek, intelliġenti, u aktar. Ħares lejn il-mera u tbissem lejn ir-riflessjoni tiegħek u għid lilek innifsek il-kelma ‘INĦOBBOK’.

Hawn fuq għadni kif qsamt il-vjaġġ personali tiegħi lejn il-kuntentizza, għal min minnkom verament għandu bżonn. Nittama li tieħu ż-żmien kollu neċessarju biex tferraħ lilek innifsek u titgħallem tħobb lilek innifsek kif tħobb lil dawk in-nies ta’ madwarek. Nittama li tisma’ lil qalbek u l-moħħok. Nittama li titgħallem kif tkun qalbek tajba miegħek innifsek, u kif tħaddan il-vjaġġ li tinsab fih. Nittama li tkun kburija bil-persuna li qed issir u bil-post li wasalt fih – anke jekk għadek ma wasaltx eżatt fejn tixtieq tkun. Nittama li tibda tħobb il-proċess kollu tal-ħajja, bit-taħwid u l-konfużjoni tagħha. Inħobbkom kollha!


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *