Share the love

Kerry Eustice ma kinitx taf riditx issir omm jew le, u b’hekk ikkonsultat ma’ persuni li jgħixu tipi differenti ta’ ħajja biex issib it-tweġiba tagħha.

F’Settembru tas-sena l-oħra, ftit xhur qabel m’għalaqt 37 sena, bdejt nikteb lista, li semmejt…

“Raġunijiet għaliex ma rridx tarbija”:

  • Daqshekk ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa fejn inkun nista’ nqum tard
  • Tista’ tkisser ir-relazzjoni tiegħi minn mar-raġel. X’jiġri jekk il-fatt li jkollna tarbija iġiegħlna nieqfu nħobbu l-xulxin?
  • Inġibu tarbija f’dinja li qed issir sħuna żżejjed, nervuża u mifruqa żżejjed
  • Daqshekk flus: it-tfal jiswew ħafna
  • Il-familji tagħna jgħixu ġo pajjiżi differenti
  • M’hemmx aktar ‘impromptu cocktails’, ‘yoga’, films u Ħdud nitgħażżnu
  • Meta nisma’ tfal ċkejknin iwerżqu fit-triq ninġibed
  • Biża’ minn gruppi tal-ġenituri u trabi

Lista solida, u fl-opinjoni tiegħi, hemm aktar x’nista’ nżid. Imma minix lesta naċċetta li t-tfal m’humiex għalija. Filfatt, ktibt lista oħra…

“Raġunijiet għala rrid tarbija”:

  • It-tfal huma divertenti, strambi u interessanti
  • Li ngħannaq it-tarbija tiegħi u nxomm dik ir-ras ratba u żgħira
  • Li nesperjenza l-eċitament li nqum nara t-tfal tiegħi fil-Milied
  • L-istejjer ta’ qabel l-irqad
  • Meta nixjieħ, it-tfal tiegħi iżuruni u nkun nista nsajrilhom ikliet tajbin
  • Jien ossessjonata fil-listi t’ismijiet tat-trabi
  • Biex nesperjenza u nkun naf kif tħossha mara waqt it-tqala, it-twelid u li tkun tħobb xi ħaġa li tkunu għamiltu int u l-‘partner’

Huma raġunijiet tajbin dawn? Jew ħżiena? Ma nafx. U l-inċertezza tqabbaddni l-anzjeta’. Dejjem ittamajt li l-intuwizzjoni tasal meta ż-żmien ikun tajjeb. Imma aktar ma nikber u nsir konxja li ma tantx għandi żmien nibqa’ naħsibha, aktar qed inħossni mħawwda.

Peress li l-lista ta’ favur u kontra ma tantx għenuni nsib id-deċiżjoni, irrealizzajt li għandi bżonn l-għajnuna. B’hekk iddeċidejt li nagħmel pjan u nfittex pariri minn nies li jaqilgħu il-flus li jgħixu bihom billi jgħinu n-nies jagħmlu d-deċiżżjonijiet; psikologi, filosofi, u attivisti tad-drittijiet riproduttivi … u ommi.

Il-Filosfu

Il-parir ta Ruth Chang huwa relatat ma’ prinċipju sempliċi: fejn jidħlu deċiżjonijiet kbar tal-ħajja, ġeneralment l-għażliet huma tqal għax l-ebda għażla m’hija aħjar mill-oħra. Imma aħna għandna l-poter li nagħmlu l-aħjar għażla għalina nfusna.

“L-importanti hu li tieħu deċiżjoni u tikkommetti ruħek għaliha,” qalet hi. “Meta tagħmel hekk, id-deċiżjoni li tkun ħadt tkun l-aħjar għażla għaliex taħdem biex tinstillaha b’valur. Billi nikkommettu ruħna, aħna nkunu qed nagħmlu xi ħaġa biex insaħħu d-deċiżjoni tagħna.”

“Meta tikkommetti ruħek għal tip ta’ ħajja, l-għażliet it-tqal jonqsu għax int tkun għażilt dik it-triq.”

Chang hija ‘chairperson’ tal-ġurisprudenza fl-Università ta’ Oxford u ilha professoressa tal-Filosofija għal għoxrin sena. Sibtha minn “TED talk on how to make hard decisions”. Din it-‘TED talk’ in-nies rawha għal aktar minn seba’ miljun darba. (Meta fittixt fuq Google, probabbli ktibt “how to make hard decisions”).

Wara li rċeviet ħafna ‘emails’ jistaqsuha għal parir – l-aktar minn irġiel jistaqsu jekk għandhomx iħassru minn mal-għarusa – Chang osservat li ħafna nies li tkun qed tikkomunika magħhom ikunu jridu biss permess.

Aqra l-artiklu kollu hawn: https://www.theguardian.com/lifeandstyle/2020/jul/07/dont-know-if-you-want-a-baby-this-is-how-i-found-my-answer

Author: Kerry Eustice


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *