It-tranżizzjoni tal-ħwejjeġ minn staġun għall-ieħor hija waħda iebsa, iżda m’hemmx għalfejn tħossok hekk meta tiġi biex tagħti dehra ġdida lil darek.
Fis-sajf kollha kemm aħna għandna bżonn tessuti ħfief, kuluri newtrali u l-inqas drappijiet possibbli, imma għal kutrarju x-xitwa ġġib magħha atmosfera totalment differenti, kemm fil-gwardarobba u kemm għad-dar!
Uża dawn il-5 modi ħfief biex tbiddel id-dehra tad-dar tiegħek għall-istaġun li jmiss!
1. Il-Kulur tal-Ħajt Jagħmel Differenza Kbira.
Meta naħsbu dwar djar tal-villeġġatura, il-ħitan għandhom dejjem ikunu ċari u vivaċi. Sakemm ma jkunux kompletament bojod għandna nduru għall-griż ċar jew kuluri naturali li jagħtu dak il-ħjiel ta’ kulur mingħajr ma jissatturaw il-ħitan iżżejjed.
Meta t-tiġi x-xitwa u nibdew nesperjenzaw il-kesħa, ikun sabiħ li nibqgħu ġewwa fejn il-‘fireplace’ u ngeżwru lilna nfusna f’ xi kutra bis-suf tal-merino.
Ħitan bil-kuluri ‘sħan’ jistgħu jagħtu l-illużjoni ta’ spazju aktar sħun. Kulur sħun griż, jew xi blu ċar huma tajbin, u jekk inti tixtieq kulur għall-istaġuni kollha, mela agħżel kulur tajjeb kemm għas-sajf u kemm għax-xitwa!
2. Il-Lożor tas-Sodda
Mod sempliċi ħafna biex tinduna jekk inkunux deħlin fi staġun kiesaħ huwa meta dak il-liżar irqieq ma jibqax biżżejjed għal matul il-lejl. F’dak iż-żmien aħna jkollna bżonn indawwru xi gverta madwar ġisimna u xi ftit minna saħansitra jżidu kutri xi ftit aktar ħoxnin!
Li tbiddel id-drappijjiet tas-sodda mhux biss neċċessita’ biex b’hekk iżżomm is-sħana tal-ġisem kostanti, imma wkoll għax dawn jagħtu dehra ġdida lill-kamra tas-sodda tiegħek.
Għal darb’oħra s-sajf jiġbidna lejn kuluri aktar ċari. Personalment jogħoġbni ħafna d-drapp abjad għas-sodda għax narah li joħloq arja friska u ħafifa: propju dak li nfittex fix-xhur tas-sajf. Ix-xitwa ġġib magħha sensazzjoni differenti fejn drapp ta’ kulur aktar skur u xi kultant drapp li għandu nisġa donnu joħloq il-mirakli. Drapp eħxen u ta’ kulur sħun joħloq aktar fond fil-kamra, u dan joħloq l-effett ta’ kamra aktar komda. Biex toħloq dik is-sensazzjoni ta’ ħotel, tista tuża kuxins, ‘throws’ u imħaded kbar biex jimlew s-sodda!
3. Bidla Bi Stil
Li titfa’ xi ħaġa fuq il-faċċati tal-imwejjed hija importanti aktar milli taħseb.
Ftakar li jekk qed taħdem fuq l-istil ta’ xi kamra kbira, ornamenti kbar huma aktar preferuti biex iżommu mal-istess linja tad-daqs tal-kamra.
Li tiddekora lid-dar tiegħek bil-vażuni, bix-xemat u b’xi kotba li ġeneralment jitpoġġew fuq l-imwejjed tal-kafe huma modi sempliċi u effettivi kif iżżid l-interess fl-ispazju kif ukoll toħloq dehra aktar friska u ta’ stil.
Żball komuni li ninnota fid-djar huwa n-nuqqas ta’ stil, u għamara vojta li tkun tidher mhux użata u mhux interessanti. Agħmel użu minn affarijiet li jinteressawk biex tagħti personalita’ lid-dar tiegħek, għax wara kollox, darek hija repreżentazzjoni tiegħek u ta’ min int, għalhekk tibżax tieħu xi riskji!
4. Xi Ftit Natura Tagħmel Differenza Tremenda!
In-natura tista’ tintuża f’kull kamra.
Personalment il-pjanti nħobbhom għal ħafna raġunijiet! Tkun qed ittejjeb il-kwalita’ tal-arja f’darek kif ukoll toħloq viżwal bellezza li jżid in-natura madwarek.
Li tieħu ħsieb il-pjanti tista’ tkun esperjenza sabiħa wkoll! Li tara l-ħbieb naturali tiegħek jikbru tista’ tkun ta’ pjaċir kbir, u li tqatta’ l-wara nofsinhar tiegħek tbiddel il-buqari u tbexxex tista’ tgħinek tikkalma.
Prova grupp ta’ pjanti, għalija n-numru maġiku huwa n-numru 3. Vera nħobb noħloq kollezzjonijiet żgħar madwar id-dar. Jidhru vera sbieħ, jimlew postijiet vojta u joħolqu atmosphera sabiħa madwar is-sena kollha!
5. It-Twapet
Li toħloq livelli f’darek jipprovdilek fond li jneħħi s-sensazzjoni ta’ spazju kiesaħ.
Fiż-żminijiet tax-xitwa, dawn vera jkunu bżonnjużi, imma twapet irqaq li jintużaw b’mod komuni fis-sajf jistgħu jitpoġġew kullimkien!
It-twapet jistgħu iżidu mal-kulur, nisġa u disinn’ f’darek. L-element funzjonali tagħhom huwa li jfasslu u jaqsmu l-ispazji, bħaż-żona ta’ fejn hemm is-sufan u s-sodda. Dawn huma versatili ħafna, joħolqu atmosfera komda fid-dar imma wkoll jgħinu lill-istil tiegħek ikun aktar prominenti minħabba l-impatt kbir li jħallu madwarhom!
Dawn il-bidliet sempliċi jistgħu joħolqu differenza kbira f’darek.
Kulħadd għandu jħossu sikur u ferħan fl-ispazju tiegħu innifsu, fuq kollox dak huwa s-santwarju tagħna.
Il-pariri t’hawn fuq iwasslu għall-aktar ħaġa importanti, li huwa ambjent komdu f’darek. Jekk dan m’huwiex ta’ valur għal investiment żgħir, ma nafx x’jista’ jkun!
Dwar l-Awtriċi
Fundattriċi Justine Lillie Helena minn Lillie Helena Design House
Aħna ta’ Lillie Helena Design House għadna kif lestejna numru ta’ proġetti residenzjali u kummerċjali u dehrna anke f’bosta rivisti u pjattaformi tal-medja. Aħna ġejna mogħtija wkoll il-premju għall-Aqwa Appartament Residenzjali mill-European Property Awards.
Nifhmu li dawn iż-żminijiet huma verament diffiċli għalina lkoll, u għalhekk nixtiequ nagħtu lura dak li nistgħu u ngħinu s-sitwazzjoni mill-aħjar li nistgħu.
Għalhekk aħna qed noffru 20% skont lil dawk kollha li jaraw u jaqraw l-artikli fuq WHAM u W4W.
Ikkwota ‘WHAM’ jew ‘W4W’ u awtomatikament napplikawlek skont fuq il-kwotazzjoni personalizzata tiegħek.
Għal aktar informazzjoni ibgħatilna imejl fuq: [email protected]
Is-sit elettroniku tagħna: www.lilliehelena.com