Share the love

Spiss nirċievi talbiet anonimi mingħand membri tal-grupp ‘Women for Women’ rigward numru ta’ proċeduri relatati ma kirurġija kosmetika. Ħafna nisa jammettu li jistħu jistaqsu dirett dwar dawn il-proċeduri, u fil-fatt dan hu suġġett li mhux dejjem jiġi mitkellem faċilment. Għalhekk jien iddeċidejt li tkun idea tajba jekk nistaqsi l-mistoqsijiet kollha relatati li aħna n-nisa nixtiequ nkunu nafu. Personalment rajt ħafna rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar ‘Persona’, għalhekk ħsibt li dan huwa l-post perfett minn fejn għandi nibda, u fl-istess ħin nara x’joffri dan il-post.

Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 li naqqsulna ċ-ċans li noħorġu aktar spiss, kif ukoll bix-Xitwa li ġejja u l-fatt li n-numri ta’ każijiet qegħdin dejjem jiżdiedu, nista’ ngħid li qatt ma kien hemm żmien opportun aktar minn dan biex tagħmel kirurġija kosmetika, aktar u aktar minħabba li ċerti proċeduri jistgħu jirrikjedu perjodu ta’ rkuprar id-dar.

Iltqajt ma John Cauchi – il-maniġer tat-teatru operattiv ta’ Persona għal dawn l-aħħar 7 snin, li riċentament ġie promoss għal Maniġer Ġenerali. John ġentilment kien għad-dispożizzjoni tiegħi biex iwieġeb il-mistoqsijiet kollha relatati mal kirurġija kosmetika. Urieni wkoll il-faċilitajiet li għandhom f’Ta’ Xbiex, u nammetti li mpressjonajt ruħi bl-istat modern tal-klinika, bil-mod artistiku li hu mqassam il-post, kif ukoll bil-fatt li t-teatru tal-kururġija huwa mpressjonanti u akkoljenti ħafna. It-teatru jinkludi wkoll kmamar tal-irkupru ta’ matul il-lejl. Nammetti li ħassejtni aktar qisni qiegħda f’lukanda żgħira milli fi klinika.

Waqt li konna qed induru l-klinika staqsejt lil John dwar l-għażliet ta’ kirurġija kosmetika offruta f’Persona, kif ukoll dwar x’inhuma l-aktar rikwesti popolari.

John qalli li ħafna persuni jidħlu għal kull tip ta’ kirurġija kosmetika. Huwa spjega li għandhom tliet professjonisti kwalifikati fil-kirurġija li joperaw esklussivament f’Persona. Dawn għandhom snin t’esperjenza kemm lokalment u anke f’pajjiżi barranin. Flimkien, dawn it-tliett professjonisti jagħmlu kull tip ta’ proċedura kosmetika. John ikkonferma li “l-aktar proċeduri popolari mal-klijenti feminnili jibqgħu it-tkabbir fis-sider, +/- ‘uplift’, ‘tummy tucks’ u kirurġija fil-kappell tal-għajn (blepharoplasty).”

Filfatt naqbel perfettament ma John għax nirċievi ħafna messaġġi b’mistoqsijiet dwar operazzjonijiet għat-tkabbir u nuqqas fid-daqs tas-sider. Għidtlu li ħafna nisa jkunu jridu jafu l-prezz tas-servizz, il-perjodu tal-irkupru u x’għandek tistenna minn dawn il-proċeduri.

John, tista’ tgħidli x’passi trid tieħu persuna li tkun tixtieq tagħmel proċedura kosmetika? Ejja ngħidu li qed nikkunsidra ‘lift’ fis-sider (li hija xi ħaġa li ħsibt ħafna drabi imma qatt ma kelli l-kuraġġ insaqsi dwarha), minn fejn għandi nibda?

Għal ħafna, li tagħmel operazzjoni, aktar u aktar waħda kosmetika, il-persuna tkun trid tagħmel ħafna ppjanar, ħsieb u anke kuraġġ. Meta wieħed jiddeċiedi jew jaħseb dwar xi proċedura, il-vjaġġ tagħhom biex itejjbu lilhom infushom jibda minn meta jikkuntattjana b’telefonata, imejl jew messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook. Uħud mill-klijenti tagħna jkunu diġa’ jafu xi jridu u għalhekk jaqbdu jibbukjaw konsultazzjoni diretta ma wieħed mill-kirurgi kosmetiċi tagħna. Oħrajn ikunu għadhom mhux ċerti mit-tip t’operazzjoni disponibbli għall-bżonnijiet tagħhom, u jkun hemm min ikollu mistoqsijiet u anke xi dubji.

Ħafna mill-mistoqsijiet jistgħu jiġu mwieġba mill-istaff esperjenzat fil-‘front office’ tagħna, madankollu, ħafna klijenti jiġu riferuti għandi u hemm nara x’mistoqsijiet ikollhom u nweġbilhom kwalunkwe dubji jew ħsibijiet t’interċezza li jista’ jkollhom. Dan huwa eżerċizzju tajjeb biex il-klijent jibda jesperjenza l-klinika u jibda jafda t-tim ta’ Persona. Aħna nemmnu li din hija ħaġa mportanti ħafna, speċjalment fl-istadji bikrin. F’Persona aħna nemmnu li l-klijenti għandhom iħossuhom komdi jistaqsu l-mistoqsijiet kollha li jista’ jkollhom.

Ħabiba tiegħi qaltli li meta wieħed jagħmel intervent kosmetiku għand Persona jesperjenza servizz personalizzat u uniku. Għand Persona, il-klijenti jikkooperaw ma Persona direttament u mhux mal-kirurgi waqt il-konsultazzjoni, bħal ma ħafna drabi huwa l-każ fi kliniċi oħra. Għalhekk staqsejt lil John biex jgħidli aktar dwar dan il-kunċett ġdid.

Għaliex għandu jkun ta’ benefiċċju għall-klijent meta jitkellem ma marka daqshekk b’saħħitha bħall-Persona, u mhux direttament lill-kirurgi?

Iva, kif għidt inti b’mod korrett, aħna ta’ Persona nagħtu valur kbir lir-relazzjoni diretta miż-żewġ naħat mal-klijenti tagħna. Jien ġeneralment inkun involut direttament mal-klijenti u l-kirurgi kosmetiċi li għandna magħna jkunu hemm ukoll sa mill-istadju tal-bidu ukoll. Aħna ta’ Persona nemmnu li għandna nagħtu attenzjoni individwali u personali lill-klijenti tagħna.  Ħafna drabi fil-bidu huma jkollhom kuntatt dirett miegħi bħala punt ta’ referenza. Din it-tip ta’ komunikazzjoni tinżamm sal-ġurnata tal-proċedura u anke wara, waqt il-kura ta’ wara l-operazzjoni. Ovjament anke l-kirurgi jkunu disponibbli għall-bżonnijiet tal-klijenti, kemm fl-istadju tal-konsultazzjoni u kemm waqt il-kura ta’ wara.

Staqsejt ukoll dwar il-kirurgi ta’ Persona, dwar isimhom, l-esperjenza li għandhom u anke jekk jispeċjalizzawx f’xi proċedura partikolari.

John qalli li l-kirurgi kosmetiċi ta’ Persona joperaw esklussivament hemmhekk u li kollha kemm huma għandhom esperjenza f’diversi oqsma. Dawn huma Mr. Duncan Aquilina, Mr. Simon De Gabriele u Mr. Matthew Borg. John fehemni li fl-esperjenza tiegħu bħala maniġer fit-teatru operattiv, huwa ħadem ma ħafna kirurgi u kull kirurgu għandu “operazzjonijiet speċjalizzati” preferiti, imma John aċċertani li t-tlett kirurgi f’Persona huma kapaċi u esperjenzati, u għandhom il-kapaċita’ jagħmlu kull tip ta’ proċedura kosmetika. Ovjament is-suċċess tal-kirurgi tagħna huwa evidenti bl-ammont ta’ klijenti ferħana li kellna tul iż-żmien.

Rigward il-prezzijiet involuti, din hija ħaġa kemmxejn inkwetanti għal xi wħud. Il-prezzijiet tagħkom huma disponibbli fuq is-sit tagħkhom? Jew il-proċeduri kollha għandhom prezz differenti skont dak li jkun jixtieq il-klijent partikolari?

Il-prezzijiet tal-operazzjonijiet tagħna huma prezzijiet konvenzjonali u kompetittivi. Fuq is-sit tagħna wieħed jista’ jsib il-prezzijiet tal-aktar operazzjonijiet popolari mniżżlin, u l-prezzijiet jiġu mogħtija lill-klijenti meta jistaqsuna. Aħna nippruvaw kemm nistgħu nkunu transparenti biex ma noħolqux dubji, għalkemm, kif għidt int, ċerti każijiet li jkollhom bżonnijiet partikolari jista’ jkollhom bżonn xi tip t’arranġamenti fil-prezzijiet, imma dawn ġeneralment ma jkunux arranġamenti sinifikanti ħafna. Tista’ ssib il-lista tas-servizzi kirurġiċi li għandna mniżżla hawnhekk: https://www.persona.com.mt/plastic-surgery/

Inħossni tassew komda ma John, mhux insibha bi tqila nitkellem miegħu, u filfatt kważi qed nikkunsidra proċedura kosmetika jien stess. Jien it-tip ta’ persuna li għalkemm indum biex niddeċiedi, jekk jkolli idea f’moħħi u niddeċiedi biex nagħmilha, nobgħod nistenna, għalhekk nixtieq inkun naf kemm ikun hemm żmien bejn l-ewwel telefonata sa meta tiġi bbukjata għall-ġurnata tal-proċedura.

John spjegali li dan jiddependi fiż-żmien tas-sena li nkunu fih. Spjegali li fiż-żmien tal-ħarifa, il-klinika tkun bieżla ħafna. Madankollu, il-konsultazzjonijiet ġeneralment ikunu lesti wara ftit ġimgħat u l-operazzjoni tkun bejn wieħed u ieħor 6-8 ġimgħat wara. F’każ li l-klijent ikollu bżonn operazzjoni f’perjodu ta’ żmien speċifiku jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jakkomodawh. Hawnhekk jgħin il-fatt li hemm għażla ta’ 3 kirurgi u li t-Teatru tal-Operazzjonijiet ta’ Persona u l-faċilitajiet huma kważi kollha ddedikati għall-proċeduri tal-kirurġija kosmetika.

Għal aktar informazzjoni żur: https://www.persona.com.mt/


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *