Mhux faċli tkun taf xi kliem għandek tgħid lill-familji li qed jagħmlu ‘fostering’… spiss jiġri li n-nies jgħidu xi ħaġa mhux daqshekk pjaċevoli. Ħa nkun onesta: veru tweġġa’ meta xi ħadd jgħid li t-tifel jew tifla li tkun qed ‘tiffosterja’ huma fortunati, għax tkun taf li il-kelma fortunati m’ hijiex il-kelma addattata biex tiddeskrivi l-uġiegħ li dawn it-tfal ikunu għaddew minnu.
Bdejna t-triq tagħna fil-‘foster care’ tliet snin ilu, fejn kellna nattendu kors kif ukoll nagħmlu testijiet psikoloġiċi. Dawn it-testijiet jinkludu żjarat f’ darna u intervisti ma’ sħabna u l-familjari tagħna minn diversi ‘social workers’. Wara dan kollu, ġejna aċċettati, u qalulna li meta jkun hemm tifel jew tifla lesti jingħaqdu magħna kellhom jikkuntatjawna. F’dan l-istadju staqsewna jekk nippreferux tifla jew tifel, kif ukoll qalulna li nistgħu nagħżlu l-eta’ tat-tfal. Kellna l-għażla għaliex…
Tant kemm kien hemm tfal li qed jistennew biex jingħaqdu ma’ familja, li bqajna skantati x’ ħin sirna nafu l-ammont ta’ tfal ġo dan il-pajjiż li b’ mod iddisprat qegħdin jfittxu familja li tista’ tħobbhom.
Ħafna familji jagħżlu trabi, imma aħna ddeċidejna niffosterjaw tifla ikbar. Dan ifisser li wara din it-tifla hemm storja. Forsi konna daqsxejn ‘naïve’, iżda t-tifla bijoloġika tagħna kienet qed tikber u b’ hekk kieku għażilna li niffosterjaw tarbija dehrilna li ma kinitx se taħdem sewwa għall-familja tagħna.
L-ewwel laqgħa tagħna mat-tifla marret tajjeb ħafna, ikkomunikat ħafna magħna u dehret eċitata, imma ovjament kollha li aħna konna xi ftit eċitati. Id-deċiżjoni ttieħdet wisq malajr, u wara ftit ġranet bdiet toqgħod magħna. Dan il-proċess ħa madwar ġimgħa, fejn bdiet torqod ftit magħna, u l-qofol ta’ dan il-proċess intlaħaq bil-wasla tagħha fil-kamra l-ġdida tagħha, bi ftit affarijiet ippakkjati f’ bagalja kannella kbira. Ma bdejtx nistenniha tidħol f’ darna b’ mod daqshekk kawżali; kitbet isimha fuq il-bieb, ħarġet l-affarijiet minn ġol-basktijiet, daret dawra mad-dar u ddeċidiet li tibqa’ magħna. Inzertat li ftit ġranet wara kienet se tagħlaq għeluq sninha.
Jumejn wara bdejt insajrilha kejk u għamilna festin mhux mistenni f’dar ta’ ħabib tiegħi.
It-tifla għalqet għaxar snin. Ma kellniex idea kemm kienet se ddum magħna.
Il-ġenituri tat-tifla ma setgħux jieħdu ħsiebha, u f’dawn l-aħħar għaxar snin kienet għexet f’dar tat-tfal, ġiet ‘iffosterjata’ minn familja oħra għal żmien qasir bħala emerġenza, u wara kienet reġgħet marret id-dar tat-tfal. Minn hemm kienet reġgħet ġiet mibgħutha għand familja oħra, qabel ma mbagħad spiċċat ġiet għandna.
Qatt qabel ma kellha permanenza, stabbilta’ jew rutina f’ ħajjitha, u kellha timmanuvra kif setgħet biex tgħix, iżda ir-reżiljenza tagħha mill-ewwel affaxxinatni.
Qatt ma kont naf ‘parentification’ xi tfisser qabel din l-esperjenza, imma wara ftit żmien sirt naf li din it-tifla kellha bilfors tassumi responsabbiltajiet ta’ adulta min eta’ tenera, ħafna qabel ma kienet lesta għalihom, u dawn affettwaw it-tkabbir u l-iżvilupp tagħha. Saret ‘carer’ ta eta’ veru żgħira, u b’ hekk affarijiet li nies oħra jaraw bħala ‘xi ħaġa ħelwa’ jew ta ‘għajnuna’, bħal li żomm il-basket, tiftaħ il-bibien għan-nies, toffri biex issajjrilna l-ikel, tipprova ssolvi problemi tal-familja, jew tistenna lin-nies biex ħadd ma jibqa’ l-art waqt xi ħarġa tal-iskola, kienu sinjali ċari ta kif din it-tifla refgħet ħafna aktar responsabbliltajiet minn kemm kien ħaqqha. Dan ifisser li din it-tifla kienet donnha tilfet tfulitha, u b’ hekk aħna ddeċidejna li nagħtuha tfulita lura bl-aħjar mod possibbli.
Bil-mod il-mod tgħallimna li n-negliġenza u l-faqar kienu ffurmaw il-prospetti tagħha dwar il-ħajja. Dejjem ħassha differenti mill-oħrajn, taħseb iżżejjed u tinkwieta. It-tifla għandha mmaġinazjoni ċara u din xi kultant twassal għal ħolm ikraħ anke matul il-ġurnata. Kien hemm ħafna drabi li riedet tkun ‘in charge’ u ma kinitx tafda l-adulti ta’ madwarha, iżda fhimna li dan kien minħabba li l-adulti li kellhom jieħdu ħsiebha qabilna wrew biċ-ċar li mhumiex kapaċi jipprovdu xi ħaġa stabbli lil din it-tifla.
In-nies jaħsbu li t-tifla hija nervuża u li tħobb tindaħal, imma l-unika ħaġa li tkun qed tagħmel hi li tipprova tibqa ħajjitha.
Is-‘social worker’ tagħna kienet iżżurna ta’ spiss, u darba minnhom, meta konna għadna fl-ewwel sena tagħna nesperjenzaw il-‘fostering’, staqsietna fuq ir-rutina li konna nsegwu. Jien fehemtha li ir-rutina tagħna kienet li hija tmur l-iskola, tiġi d-dar għall-ikla ta filgħaxija, u fil-‘weekends’ konna mmorru nixtru flimkien jew inżuru xi ċinema. “Hija naqra monotona ir-rutina tagħna”, għidtilha waqt li skużajt ruħi. Imma hi baqgħet tħares lejja u qaltli, “Le, dik ir-rutina mhux monotona, imma hija rutina stabbli”
Dak kien eżattament li kellha bżonn it-tifla. Ir-rutina kienet veru importanti għaliha, u għenitha tkun taf dak li jkun imiss. B’hekk hija kienet qed tħossha inqas anzjuża dwar l-avvenimenti li kienu se jiġru fil-ġurnata ta’ wara. Aħna bdejna wkoll rutina ta’ qabel l-irqad li kienet tinkludi l-qari ta’ xi ktieb tat-tfal li kellna d-dar. Din ir-rutina ta’ qabel l-irqad irrepetejniha kull lejl għal sena.
L-ewwel darba li qrajnielha storja flimkien, ma riditx toqgħod bi kwieta, b’hekk saqsejtha biex tagħti l-ħajja lill-istorja bil-ġugarelli rotob tagħha waqt li qgħadt naqralha. Hija veru ħadet gost, ħassitha li kellha l-kontroll f’ idejha u saħansitra kompliet ikkalmat. Wara sena ta’ qari flimkien, skopriet kotba miktubin minn Jacqueline Wilson. Bdiet taqrahom weħidha, u minħabba li setgħet tirrelata mal-istejjer li kienu jikkonsistu fi tfal żgħar li kellhom jaffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ sfida, mingħajr ma kienet taf, bdiet tifhem li l-‘’eroj’ fl-istorja kienet titħabat ukoll biex tgħix it-tfulija tagħha.
Dawn l-istejjer tawha aktar minn rutina ta’ qabel l-irqad: tawha l-lingwa li tista’ tuża biex tesprimi l-uġieħ li tħoss, kif ukoll ipprovdew il-kliem li setgħet tuża biex tirrakkonta dak kollu li kienet għaddiet minnu. Peress li dawn l-esperjenzi kienu simili ta’ dawk is-sitwazzjonijiet li affaċċjaw il-karattri tal-istejjer, kienet tiġi ħdejja, turini biċċa mill-ktieb u tgħidli – jien hekk inħossni. B’dan il-mod hi sabet leħinha u sabet ukoll mod kif toħroġ mit-trawma li għaddiet minnha meta kienet żgħira.
Xi kultant tgħidilna li leħinha ma jfisser xejn u li dak li tgħid mhux se jagħmel differenza: dawk huma il-ġranet koroħ tagħha.
L-itqal ħaġa relatata mal-‘fostering’ hija li tkun taf li t-tifel jew tifla li tħobb raw affarijiet li ġagħluh jemmen li d-dinja hija perikoluża u hija tqila biex tikber fiha. Lit-tifla xtaqtha li tagħmel il-ħbieb, għax kont naf dwar l-importanza ta’ grupp ta’ ħbieb, u b’ hekk ktibtha ġo programm tas-sajf sentejn ilu, meta kienet għadha kif ingħaqdet mal-familja tagħna.
L-organizzaturi kienu jafuna sew, allura kienu jafu fuq iż-żieda tal-familja. Huma staqsewna jekk kienx hemm xi kwistjonijiet minħabba l-fatt li t-tifla kienet fil-‘foster care’. Għalkemm din il-mistoqsija kienet raġonevoli, sibt ruħi f’ ċirkustanza fejn għall-ewwel darba kelli naqbeż għall-imġieba ta’ binti mal-barranin. Bqajt affaxxinata, għax qatt ma’ kelli nagħmel hekk qabel għat-tifla bijoloġika tagħna. Dak il-ħin innervjajt, għax it-tifla li aħna konna qed ‘niffosterjaw’ kienet waħda mill-aktar tfajliet responsabbli li kont naf, u kieku kelli nkun onesta, probabbilment setgħet faċilment tmexxi l-programm tas-sajf b’id waħda. Iżda ovjament din ma’ kinitx tkun neċċessarjament xi ħaġa daqshekk tajba, minħabba ‘parentification’.
Ġeneralment, tfal li jiġu ‘fostered’ isibuha bi tqila jattendu l-iskola, peress li jkollhom jitkellmu fuq żewġ settijiet ta’ ġenituri, li huma l-omm il-‘vera’ u l-omm tal-‘fostering’. Smajt lili nnifsi niġi deskritta mal-ħbieb bħala “‘step-mother’ imma aħjar”. Affarijiet żgħar bħal kartonlina ta’ Jum l-Omm, jew tpinġija tas-siġra tal-familja għall xi proġett tal-iskola jistaw jkunu sfidi li l-għalliema lanqas biss jagħrfu bħala problema minħabba t-trawma li tfal bħat-tifla tagħna tkun esperjenzat fis-snin bikrin ta’ ħajjitha.
Darba minnhom waqt li konna qegħdin nistennew għall-ewwel appuntament għand id-dentist, it-tifla fehmitni li qatt ma kienet marret għand id-dentist f’dawk l-għaxar snin li kienet fil-‘care home’. M’ għandix kliem eżatt biex nispjega kemm kienet tajba d-dentista li ħadt it-tifla għandha. Qrat in-nota li ktibtilha bl-għaġġla li fiha ppruvajt nispjega s-sitwazzjoni fil-qosor, filwaqt li b’xi mod ippruvajt ukoll ngħidilhom kif tifla ta din l’ eta li kibret f’care system, qatt ma kienet żaret dentist qabel. Fil-fatt ma konniex nafu l-istat ta snienha kif kien, u jekk kienx se jkollha bżonn xi mili.
Li tkun għext ma’ familji differenti u li tesperjenza ħafna affarijiet jista wkoll iwassal li waqt l-iskola, it-tfal l-oħra jaqbdu mat-tifla tiegħi. Waqt l-ewwel sena tagħha ġo skola veru tajba, kellna ħafna każijiet ta’ ‘bullying’ sfortunatament, iżda aħna kellimniha dwar is-sitwazzjoni u fehemniha li avolja trid taqbeż għaliha nnifisha f’ każi hekk, ma setgħetx tkun aggressiva u li ma kellhiex għalfejn tkun kompetittiva, Tkellimna fuq x’ setgħet tgħid, kif ukoll ħlaqna xenarji b’ ‘role-play’ u sitwazzjonijiet differenti biex hi titgħallem targumenta b’ mod aktar effettiv mingħajr ma titkabbar u mingħajr ma tgħajjar l’aggressuri tagħha meta tkun il-bandli. Kellha bżonn titgħallem tuża leħinha li kien b’saħħtu ħafna, imma kellha wkoll titgħallem kif kellha tużah.
Ippruvajna nbiddlulha l-idea li d-dinja hija perikoluża u agressiva u li in-nies ma jafdawx lil-xulxin, li huma kontriha u li jużawha għar-raġunijiet tagħhom, billi urejniha ħbieberija, safar u ikliet tal-familja – il-‘Friday Pizza Nights’ veru tħobbhom!
Il-messaġġ tiegħi huwa dan – jekk taf b’xi familja li qed tagħmel il-‘fostering’ bħalissa, u dawk li kienu kuraġġużi biżżejjed li jagħmlu dan il-pass, jekk jogħġbok ħu mument u aħseb fuq dak li tkun se tgħidilhom, u ikkunsidra kif tista tissapportja l-dawk li għandhom bżonn l-aktar.
Ħu mument biex taħseb qabel ma tiġġudika u kkunsidra kemm INT fortunata….li qatt ma kellek titlaq minn darek stess u taħseb jekk intix se terġa tmur lura. Kemm trid tkun kuraġġuża biex tafda nies li ma tafx biex jieħdu ħsiebek; ħu mument biex tammira l’ dawk li aċċettaw dak li rema’ ħaddieħor, u qabel ma tibbaża l’idea tiegħek fuq it-tfal tagħna, fuq xi tfal li rajt f’xi film fis-snin tmenin, ħu mument biex tkun grat li inti qatt ma kellek tkun fil-pożizzjoni li qiegħdin huma fiha, jew tħoss il-mistħija li jħossu huma kuljum minħabba s-sitwazzjoni tagħhom. Huma m’għandhomx tort tas-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha.
Il-fortunata hija jien. Jien fortunata.
Dawn it-tfal li niltaqgħu magħhom huma tfal kuraġġużi, reżiljenti, ‘plucky’ u b’ saħħithom. Ħaqqhom aħjar, ħaqqhom it-tieni ċans. Meta tibda tara id-dinja minn għajnejhom, tibda tifhem li huma qatt ma kienu lesti ghat-tieni ċans. ‘Fostering’ m’hijiex mixja fil-kampanja għall-ebda ġenitur jew tifel jew tifla jew aħwa. Hemm ħafna sfidi siekta, u ħafna drabi tibda tipprova tipproteġi lit-tfal li tiltaqa’ magħhom, imma ma tistax tipproteġihom minn kollox. Tista biss tagħtihom is-sapport kollu li għandhom bżonn biex isibu leħinhom u jsibu post stabbli. Il-ġimgħa l-oħra, it-tifla staqsietni kemm iddum biex tħossok sigura fik innifsek, u kunfidenti fil-futur. Jien għidtilha ħames snin, għax kelli bżonn numru. Nispera li sa ħames snin naslu s’ hemm.
Titħajjar Tagħmel ‘Fostering’?
Għal aktar informazzjoni dwar ‘fostering’ żur is-sit: https://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/Health-and-Family-Services/Fostering.aspx fejn tista’ ssib link biex timla applikazzjoni.
Is-sit imsemmi ġie aċċessat fid-19 ta’ Awwissu 2020.