Ġilda żagħżugħa, radjanti u b’saħħitha – xi ħaġa meqjusa qaddisa fl-industrija tal-estetika medika. Imma kif nistgħu nilħquha? U kif nistgħu inżommuha? Soluzzjoni effettiva hija il-‘mesotherapy’, trattament li oriġina fi Franza fl-1950 u li f’dawn is-snin laħqet popolarita’ madwar id-dinja bħala proċedura speċjalizzata.
‘Mesotherapy’ hija magħrufa wkoll bħala ‘biorevitalization’ jew “titjib” fil-ġilda. Hija trattament effettiv u sempliċi mmirat għal ġilda matura u li tagħti riżultati naturali essenzjalment bla ebda waqfien.
Ejjew naraw x’inhi l-‘mesotherapy’ u kif taħdem, filwaqt li nesploraw ukoll xi kunċetti żbaljati dwarha.
Kif taħdem il-‘Mesotherapy’?
Il-formoli tal-‘mesotherapy’ ġeneralment jinkludu kombinazzjoni ta’ aċidu ‘hyaluronic’ (HA), ‘polypeptides’, vitamini, minerali u ingredjenti approvati oħra. Dawn huma injettati b’mod ġentili fil-ġilda, fejn jistimulaw il-produzzjoni tal-‘collagen’ u l-‘elastin’ u l-ġilda tkun idratata mill-ġdid, b’mod effettiv li jirrestawra l-arkitettura 3D. Immaġinah qisu ‘moisturizer’ li jista’ jiġi injettat u li jaħdem kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra.
Għal min hu rakkomandat il-‘Mesotherapy’?
Kull min jixtieq itejjeb il-kwalita’ tal-ġilda tiegħu kif ukoll jipprevjeni ġilda żagħżugħa milli timmatura kmieni jista’ jagħmel użu minn dan it-trattament. Il-‘Mesotherapy’ tgħin ġilda skura li qed titlef it-ton u l-elastiċita’, trattab dak it-tikmix superfiċjali li mhux daqstant faċli jitrattab bi proċeduri oħra, u jista’ wkoll jiġi kkunsidrat fl-immaniġjar tax-xagħar li qed jirqaq, depożiti ta’ xaħam lokalizzati u ċ-ċellolite. Iż-żoni komuni li jkunu trattati bil-‘mesotherapy’ jinkludu l-wiċċ, l-għonq, iż-żona ta’ taħt l-għonq tal-mara u l-idejn.
Kemm ikolli bżonn trattamenti tal-‘Mesotherapy?
Il-protokolli jvarjaw bħal ma jvarjaw il-punti ta’ fejn jibdew kif ukoll ir-riżultati mixtieqa. Kors tipiku ta’ trattamenti tal-‘mesotherapy’ jikkonsisti f’2-3 sezzjonijiet inizjali f’intervalli ta’ 3-4 ġimgħat. Wara dan tibda l-fażi tal-manutenzjoni li tkun adattata għal kull individwu b’mod personalizzat.
It-trattament tal-‘Mesotherapy’ jinvolvi xi ħin ta’ mistrieħ? U fih xi riskji?
Wara t-trattament il-ġilda tista’ tiħmar ftit u xi kultant wieħed jista’ jara xi ħotob temporanji fuq il-ġilda. Ġeneralment dawn jitilqu f’madwar 24-48 siegħa. Jista’ jkun hemm każ ta’ xi ftit tbenġil, imma dan huwa rari. Ħafna nies imorru lura għall-attivitajiet regolari tagħhom il-ġurnata ta’ wara.
Il-‘Mesotherapy’ huwa kkunsidrat bħala proċedura sikura. Kontraindikazzjonijiet jinkludu allerġiji magħrufa għal xi komponenti, ċertu medikazzjoni li traqqaq id-demm, kundizzjonijiet kroniċi li jinkludu d-dijabete li tirrikjedi dipendenza fuq l-insulina, disturbi awtoimmuni, problemi tal-ġilda kronika u t-tqala. Dawn huma diskussi fid-dettal qabel ma jibda’ t-trattament.
Tweġġa’ biex tagħmel il-Meżoterapija?
Ġeneralment krema anestetika topika tiġi applikata fuq iż-żoni tal-madwar 30-45 minuti qabel it-trattament u ħafna prodotti tal-‘mesotherapy’ għandhom anestetika addizzjonali lokali biex tagħmel l-esperjenza aktar komda. Din il-proċedura hija waħda pjuttost mgħaġġla.
Il-‘Mesotherapy’ hija tip ta’ ‘filler’?
Dawn it-tnejn jiġu mħawwdin ħafna għax it-tnejn jinkludu l-użu tal-aċidu ‘hyaluronic’. Iżda l-fond tal-injezzjoni u d-densita’ tal-aċidu ‘hyaluronic’ ivarja b’ mod sinifikanti. Il-‘fillers’ għandhom aktar densita’ u jiġu injettati f’saffi differenti biex jieħdu post in-nuqqas tal-volum. Barra minn hekk il-‘fillers’ ftit li xejn jagħmlu differenza fin-nisġa tal-ġilda u fl-idratazzjoni ta’ fuqha. B’hekk, il-‘mesotherapy’ u l-‘fillers’ dermali jistgħu jiġu kkombinati għal ristrutturar sħiħ tal-ġilda.
Bħala teknika hija minimalment invażiva, maħduma minn tobba/professjonisti mħarrġa. Il-‘mesotherapy’ tagħti aktar riżultati tajbin milli sempliċi kożmetiċi. Dan it-trattament jirranġa l-ġilda li tkun saritilha ħsara biż-żmien u bix-xemx u jipprevjeni l-ġilda milli timmatura qabel il-waqt biex inti dejjem ikollok kontroll fuq il-ġilda tiegħek, ġilda b’saħħitha u żagħżugħa.
Aktar informazzjoni fuq il-‘Mesotherapy’
‘People and Skin’ joffru varjeta’ kbira ta’ trattamenti estetiċi professjonali, inkluża l-‘Mesotherapy’: trattamenti li huma kollha amministrati minn tim professjonali u kkwalifikat.
Dwar l-Awtriċi
Wara t-taħriġ tagħha biex tilħaq tabiba fl-Iskola tal-Mediċina fl-Universita’ f’Belgrade (2011), Dr Gorana Pectocic kompliet tispeċjalizza fil-mediċina tal-estetika fl-isptar ‘Fatebenefratelli’ f’Ruma, l-Italja. Hija għandha wkoll ‘Masters’ fil-Mediċina tradizzjonali Ċiniża, suġġett li għandha għal qalbha ħafna.