Id-dinja saret aktar kumplessa u din qed tiġi riflessa f’ħajjet in-nies kif ukoll fl-organizzazzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-problemi huma r-regoli, b’hekk il-‘problem solving skills’ saru aktar importanti. Fl-era tat-transformazzjoni diġitali, l-inteliġenza artifiċjali u r-robotika, xogħolijiet li jinvolvu kompiti sempliċi u ripetittivi qed jittieħdu bil-mod mill-magni, u probabbli dalwaqt naraw li l-unika dmirijiet li jibqgħu esklussivament riżervati għall-bnedmin ikunu d-dmirijiet li jeħtieġu kreattività u intuwizzjoni.
Bħala konsegwenza, il-kwalita’ ta ħajjitna se tispiċċa aktar u aktar dipendenti fuq il-kapaċità tagħna li nitrattaw u nsolvu d-diffikultajiet u l-inkonvenjenzi aktar serji li niltaqgħu magħhom.
L-aħbar it-tajba hija li l-problemi jistgħu jiġu solvuti b’mod aktar effettiv u faċli permezz ta’ strateġija tajba.
Xi jkun ‘problem solving’?
‘Problem solving’ huwa proċess mentali li jinkludi skoperta, analiżi u soluzzjoni ta’ problema.
Fl-1976, MacCrimmon u Taylor iddeskrivew it-terminu ‘problema’ bħala spazju bejn l-istat kurrenti u l-istat mixtieq, jiġifieri il-qabża minn fejn qegħdin aħna issa u fejn nixtiequ mmorru.
Jekk naċċettaw l-idea li problema hija bħal spazju bejn stat kurrenti u stat mixtieq, ‘problem solving’ jista’ jiġi ddefinit bħala l-proċess ta’ transformazzjoni ta’ xi ħaġa għal ħaġa oħra li nixtiequ.
Li ssolvi problema jinkludi ħafna attivitajiet mentali:
• Identifika u iddefinixxi l-problema b’mod preċiż
• Identifika il-kawża tal-problema u s-soluzzjonijiet possibbli
• Iġġenera soluzzjonijiet kreattivi u alternattivi
• Evalwa u agħżel l-aqwa soluzzjoni
• Applika l-aħjar soluzzjoni, immoniterizza l-azzjonijiet, u kun ċerta li l-problema ssolviet sew
Tkun xi tkun il-problema, nistgħu nużaw dan il-mudell ta’ risolviment ta’ 6 pass, li huwa flessibbli ħafna u jista’ jiġi addattat għall-varjeta’ ta’ problemi.
1) Identifika l-problema
Darba Einstein qal li jekk kellu siegħa waħda biex isalva d-dinja, kien jieħu ħamsa u ħamsin minuta biex jidentifika l-problema u ħames minuti biss biex isib is-soluzzjoni. Din id-dikjarazzjoni turi punt fundamentali: qabel ma naqbżu għas-soluzzjoni rridu ninvestu l-ħin u l-enerġija biex intejbu l-fehem tal-problema.
Aktar ma problema tkun definita b’mod ċar, aktar ikun faċli li jitlestew il-passi li jkun imiss.
Biex tidentifika problema tista’ tuża l–analiżi tad-diskrepanza li tinkludi t-tqabbil tas-sitwazzjoni kurrenti ma’ dik li nixtiequ niksbu. Dan se jippermettielna li jkollna idea aktar ċara dwar ir-‘roadblocks’, kif ukoll jurina fuqhiex għandna bżonn naħdmu eżattament sabiex inneħħuhom.
2) Analizza l-problema
Iddeċiedi liema problema trid taffaċċja, jekk hemmx ostaklu jew ċirkostanza ċara li trid tegħleb, jew jekk trid issib mod kif tikseb l-għan tiegħek. Għalhekk għandna nidentifikaw il-kawża tal-problema u partikolarment in-natura tal-ispazju bejn il-post li qegħdin fih u l-post fejn nixtiequ mmorru. Nistgħu naslu għall-għeruq ta’ ħafna problemi nanalizzaw il-kawża u l-effett. Ħaġa mportanti hija li qatt ma nieqfu nistaqsu l-mistoqsijiet. Aktar ma nistaqsu lilna nfusna, aktar insibu l-fehem tal-problema tagħna.
Jekk is-sitwazzjoni tkun kumplessa, jista’ jkun utli li tkisser il-problema ewlenija f’livelli sekondarji iżgħar
3) Identifika kemm tista’ soluzzjonijiet possibli
F’din il-fażi għandna bżonn nagħmlu ħafna ‘Brainstorming’. Naħsbu dwar is-soluzzjonijiet kollha possibbli u nżommu rekord tal-għażliet kollha. Meta niġġeneraw l-ideat, huwa importanti li l-ħolqien jiġi separat mill-evalwazzjoni. L-għan huwa li l-analiżi u l-kritika jinżammu aktar tard u f’dan il-pass biss inħallu spazju għall-idejat 🙂
4) Ħu deċiżjoni
Issa li għandna ħafna soluzzjunijiet possibbli, wasal iż-żmien li nagħżlu l-aħjar soluzzjoni billi neliminaw bilmod dawk is-soluzzjonijiet li naraw l-inqas xierqa. Nevalwaw kull soluzzjoni possibli li tiġi f’moħħna skont l-effettivita’, il-ħin, kemm tiswa, u l-isforz li għandna bżonn, u nibdew nikkunsidraw ir-riżorsi.
5) Pjan ta’ azzjoni
Waqt din il-fażi niddeterminaw liema passi għandna nieħdu. Idealment nippjanaw metodu ieħor f’ każ li jinqalgħu ċirkustanzi mhux mistennija. Dan l-analiżi b’ 5 passi huwa metodu li jgħinna nidħlu fil-fond tal-problema infisha. Li nistaqsu lilna nfusna min, xiex, fejn, meta, u għaliex, jgħinna nsibu informazzjoni utli u aktar malajr.
6) L-Att
Ma jistax ikollna ħiliet għas-soluzzjoni tal-problemi jekk ma naġġixxux. Xi kultant l-azzjonijiet meħtieġa jistgħu jinvolvu riskju, iżda dan huwa parti mill-logħba. Virtwalment ħadd ma jakkwista s-suċċess mingħajr xi nuqqas jew ieħor. Biex naġixxu f’dan l-aħħar pass tal-proċess jeħtieġ kuraġġ. Tista’ tkun ta’ użu l-idea wara ċerti teorji li skonthom sitwazzjoni partikolari hija definita bħala problematika biss minħabba li l-moħħ iweħħel fuqha t-tikketta msejħa “problema”.
F’dawn il-każijiet, ir-reżoluzzjoni hija sempliċi ħafna: neħħi t-tikketta interna jew inkella b’mod mentali biddilha ma’ tikketta oħra imsejħa “opportunità”, jew “sfida”.
Biex nikkonkludu, x’aktarx kuljum inħabbtu wiċċna ma’ xi problema li għandna nsolvu, u l-kwalità tal-ħajja tagħna se tiġi influwenzata fil-biċċa l-kbira bill-mod ta’ kif navviċinaw it-tali sfida u l-emozzjonijiet li jiġu magħha.
Iżda… ffaċċjati bi problema li nistgħu niddeċiedu jekk nintilfux f’tazza ilma jew nużaw l-istess ilma biex insaqqu l-fjuri 🙂
Alessandra għandha PhD fis-Soċjoloġija. Għall ħafna snin hija ħadmet għal diversi kumpaniji multinazzjonali li jkopru operazzjonijiet kbar u pożizzjonijiet ta’ ġestjoni tan-nies. Hija ‘practitioner’ tal-kowċing viżwali u qed tistudja biex tikseb ċertifikazzjoni fil-kowċing professjonali.
Alessandra interessata ħafna fid-Diversita’ u l-Inklużjoni, u filfatt hija tgħallem ukoll dwar dawn is-suġġetti. Miżżewġa u hija omm ta’ tliet itfal. Fl-2017 Alessandra bdiet tagħmel ukoll xogħol volontarju għall-‘MYSC, Malta Young Sailors Club’.