Għandi 42 sena u wasalt biex nibdel il-Mirena. Din ħa tkun it-tielet darba li se nagħmilha. Hemm xi limitu ta’ kemm il-darba tista’ tagħmilha, jew sa liema eta’? Insibha konvenjenti ħafna li m’għadux jiġini l-period biha, u issa ili madwar 10 snin minn mindu għamilt l-ewwel waħda. Nista’ nagħmel it-tielet waħda issa? Grazzi ta’ l-għajnuna tiegħek. (Maria, Swieqi)
Iva, tista’ tagħmel it-tielet u anke r-raba’ waħda, dejjem sakemm tikkonsulta mat-tabib/a u tagħmel PAP smear, u possibilment anke ultrasound, sabiex jiġu ċċekkjati l-ovarji tiegħek qabel tagħmilha.
Prof Isabel Stabile, Ġinekoloġista
Further Reading…
Tafdax il-‘Coil’ Tiegħek – Tista’ Titlifha Faċilment! – Artiklu miktub b’mod anonimu.
Il-Kontraċettivi f’ Malta – Artiklu miktub minn Dr Michele Montanaro-Gauci
Fejn Tista’ Ssib Pilloli Kontraċettivi t’ Emerġenza? – Artiklu sponsorjat.
Profs Stabile taħdem bħala ġinekoloġista privatament f’ St James Hospital. Preżentament hija wkoll id-direttriċi tal-International School for Foundation Studies and Medical Foundation Programme fl-Universita’ ta’ Malta. Bħalissa għaddejja b’riċerki dwar l-edukazzjoni medika.