Mas-snin ta’ spiss kont nitkellem u naqsam l-ideat u l-opinjonijiet tiegħi ma Rachel, madankollu, dan dejjem sar b’mod virtwali minn fuq ‘messenger’. Għalhekk kienet ħaġa tassew sabiħa li fl-aħħar iltqajt magħha u sirt nafha aħjar.
Rachel hija ggradwata bħala avukata, iżda hija wkoll negozjanta ispirazzjonali. Hija wkoll omm ta’ żewġt itfal ħelwin immens: Leila u Hugh.
Wara li qattgħet ftit snin taħdem Londra fejn l-esperjenza tax-xogħol tagħha kienet ferm differenti mill-ħidma tagħha f’Malta, Rachel iddeċidiet li biex ikollha l-flessibilità u l-kwalità tal-ħajja li kienet taf minn qabel, hija kellha tkun ‘self-employed’. Minbarra li bdiet tagħmel xogħol ‘freelance’ bħala avukata fejn tispeċjalizza fil-liġi tal-kompetizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea, hija ħalqet ukoll negozju personali onlajn.
Bdiet din it-triq bħala negozjanta billi fetħet paġna fuq Facebook imsejjħa ‘Bump & Me’, fejn bdiet tbiegħ oġġetti tat-tqala u tat-trabi li m’humiex disponibbli hawn Malta. Eventwalment ħalqet ukoll is-sit www.bumpandme.com.mt. Sal-ġurnata tal-lum għadha tistinka billi timporta u tbiegħ affarijiet oriġinali u marki li m’humiex disponibbli lokalment, bħal Haakaa u Kit & Kin. Il-varjeta’ tal-prodotti bdiet tikber bil-mod biex illum għandha wkoll affarijiet għall-familja kollha.
Staqsejt lil Rachel tgħidilna dwar kif jirnexxilha taħdem mid-dar b’żewġt itfal iduru kontinwament madwarha.
“Ir-raġel tiegħi jgħid li jien bdejt nitratta l-irwol ta’ omm bħala assenjament serju, fejn kont nagħmel riċerka kontinwa”, daħket hi u tirrakkontali. Personalment naħseb li għamlet tajjeb. L-irwol tal-omm huwa l-itqal u l-aktar xogħol importanti, u għalhekk għandna nitrattawh b’mod serju. Rachel qaltli wkoll li s-sigriet għal biex tlaħħaq ma kollox huwa li tkun verament organizzata u li jkollok skeda stretta għat-tfal. “Jien dik it-tip ta’ omm li tippjana kollox madwar il-ħin tal-mistrieħ”.
Ġeneralment, meta Rachel ikollha bżonn taħdem fuq id-‘desk’ tagħha, Leila u Hugh ikunu qed jieħdu gost jagħmlu attivitajiet diversi, bħat-tpenġija, ‘puzzles’, jilagħbu bil-‘play dough’ jew ‘jaqraw’ il-kotba. Rachel tammetti li s-sitwazzjoni tkun xi ftit aktar tqila meta jkunu magħha fil-‘warehouse’, imma “b’xi mod jirnexxielna nagħmlu kollox, u t-tfal jieħdu gost jinvolvu ruħhom”.
Aħna ddiskutejna l-importanza tal-ippjanar tal-familja, u kemm hija ħaġa mportanti li koppja tippjana kollox sa minn qabel ma jkollha t-tfal. Il-koppji għandhom ikunu ċari fuq kif beħsiebhom jaħdmu, kif ser jaqsmu d-dmirijiet tagħhom bħala ġenituri, u l-ispejjeż finanzjarji nvoluti fit-trobbija tat-tfal, qabel jiddeċiedu li jkollhom wieħed, tnejn jew aktar tfal.
Tkellimna fuq l-importanza tal-ugwaljanza fir-relazzjonijiet, fejn iż-żewġ ġenituri jaqsmu d-dmirijiet tad-dar, tat-tfal u tax-xogħol. Fejn iż-żewġ ‘partners’ jgħinu lill-xulxin u jagħtu valur fl-irwoli ta’ xulxin – “Jien u r-raġel tiegħi tim, it-tnejn li aħna naħdmu, immantnu lit-tfal, it-tnejn li aħna ‘hands on’ u nagħmlu dak kollu li hemm bżonn”, spjegatli Rachel b’mod kalm. Jien naħseb li ‘partnership’ huwa s-sigriet tal-manjieri kalma tagħha u l-perspettiva pożittiva li għandha lejn il-ħajja. Rachel għaddiet minn esperjenzi uniċi imma jidher biċ-ċar li ma ħallietx lil dawn l-esperjenzi jħawwduha.
Kien ta’ pjaċir kbir li fl-aħħar irnexxieli niltaqa’ ma Rachel. Id-dinja għandha bżonn aktar nies bħal Rachel, u jien sinċerament nixtiqilha suċċess kontinwu fil-ħajja privata, kif ukoll fil-ħajja tan-negozju tagħha.
Rachel qed toffri roħs speċjali ta’ 10% fuq il-prodotti kollha ta’ ‘Bump & Me’ għall-qarrejja ta’ Wham – żur www.bumpandme.com.mt u x’ħin tasal biex tħallas, daħħal il-‘promo code’ WHAM10.
Li tibda negozju onlajn huwa mod tajjeb biex iżżid id-dħul finanzjarju tiegħek u takkwista ndipendenza finanzjarja – jekk inti wkoll tixtieq tibda n-negozju onlajn tiegħek, paġna fuq Facebook hija post ideali biex tibda tirranka. Jekk tixtieq tibdel il-paġna ta’ Facebook tiegħek f’sit elettroniku, ikteb lil [email protected].
Jekk tixtieq taqsam mas-segwaċi tagħna l-esperjenza jew il-kumpanija tiegħek ikkuntattja fuq [email protected]
Francesca Fenech Conti hija entużjasta dwar problemi soċjali u għandha BA fis-‘Social Policy’. Hija wkoll fundattriċi u kreattriċi tal-grupp fuq Facebook iddedikat għan-nisa biss Women for Women (Malta) u l-‘Women for Women Foundation’ li taħdem id f’id ma’ NGOs u negozji oħra li jagħtu s-setgħa u l-appoġġ lin-nisa, speċjalment nisa li jrabbu t-tfal weħidhom.
Riċentament, Francesca ħalqet Wham.com.mt bl-għan li tipprovdi spazju tant meħtieġ fix-xenarju tal-medja lokali biex tippromwovi l-ilħna tan-nisa Maltin u tipprovdi lin-nisa sorsi ta nformazzjoni rigward il-benesseri tagħhom.