Is-Sajf tas-sena 2020…Sajf mistenni b’ ħerqa kbira!
Wara li qattajna Xitwa d-dar, żgur li kollha kemm aħna ninsabu ħerqana biex ingawdu s-Sajf aktar minn qatt qabel. Għalhekk, Accessorize huwa l-post l-aktar ideali għalik, mimli malji, ħwejjeġ mill-aqwa għall-fejn il-baħar, ‘sarongs’, ‘kaftans’, krakar u sandlijiet, ġojjellerija u ħafna aktar. Żid ftit tal-faxxinu fid-dehra tiegħek fejn il-‘pool’ bil-kollezzjoni tagħna SS2020 u żgur li dan ikunlek l-aqwa Sajf li qatt esperjenzajt s’ issa!
“Kemm hu sabiħ dak il-mument fejn tant tħossok kuntenta bl-aċċessorji perfetti li tkun liebsa, li jikkumplimentaw ħwejġek, juru l-istil tiegħek jew iġagħluk titbissem!”
– IT_TIM TA’ ACCESSORIZE
ĦWEJJEĠ U MALJI GĦAL FEJN IL-BAĦAR…
Tmur fejn tmur, gawdi s-sħana tax-xtajtiet tagħna jew ġranet sħaħ fejn il-‘pool’ bl-aqwa stili mill-kollezzjoni l-ġdida tagħna – immaġina…malji mill-isbaħ b’ ‘cover-ups’ u l-aqwa aċċessorji li jikkumplimentaw id-dehra tiegħek perfettament.
KAFTANS U COVER-UPS…
Il-kaftans u l-‘cover-ups’ tagħna joffrulek il-kumdita’ kollha li teħtieġ għal dan is-Sajf.
Magħmulin minn materjali ħfief bħal ‘chiffons’ u qoton, il-kaftans tagħna huma perfetti għas-sħana li taf toffri l-klima tagħna. Għażla vasta ta’ disinji tropikali li tista’ tqabbel mal-malji favoriti tiegħek. U xi ngħidu għas-‘sarongs’ li bihom ma’ qaddek tista’ faċilment issebbaħ id-dehra finali tiegħek għal fejn il-‘pool’…
SANDLIJIET…
Bis-sandlijiet tal-kollezzjoni l-ġdida ta’ Accessorize tista’ timxi lejn dan is-Sajf bil-kunfidenza kollha li teħtieġ. ‘Suede Sliders’ lussużi li huma perfetti għal dehra ta’ vaganza, kif ukoll sandlijiet kulur id-deheb u l-fidda bi djamantini jleqqu li jżidu mad-dehra kompluta tiegħek. Xi ftit kulur ma jonqosx, bi krakar iffjuriti u strixxi ddisinjati.
KPIEPEL…
Ipproteġi lilek innifsek mir-raġġi tax-xemx bil-kollezzjoni tagħna ta’ kpiepel tan-nisa. Sejra sa’ fejn il-baħar? Tinsiex dak il-‘fedoras’ li jagħti sens ta’ rilassament ‘boho’ lil ġranet fuq ir-ramel, kif ukoll dawk il-kpiepel ta’ dehra ‘Riviera’ perfetta għal taħt ix-xemx jew xi ikla għal frisk.
ĠOJJELLERIJA GĦAL FEJN IL-BAĦAR…
Oħloq dehra differenti bil-kollezzjoni tagħna ta’ ġojjellerija għal fejn il-baħar: ħalli impatt isbaħ u akbar! Ġiżirajjen b’ dehra kemmxejn tropikali b’ xi pendent ikkulurit u żibeġ kbar, kif ukoll brazzuletti u ‘anklets’ li jagħtu dik id-dehra ta’ spirtu liberu. Żid magħhom settijiet lesti b’ sens ta’ faxxinu ‘Bohemian’.
SOSTENIBBILTA’…
Faxxinu li ma’ jħalli l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent tagħna. Bħala parti minn din il-kollezzjoni sostenibbli, Designed for Good; trend ta’ disinni tal-‘leopard’ magħmulin kompletament minn bottijiet riċiklabbli, li jagħtu dehra sabiħa kemm bl-iskullatura ta’ quddiem kif ukoll man-naħa tad-dahar.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit tagħna https://monsoonaccessorize.com.mt/?fbclid=IwAR1i9Jq6Cf7Q8UInDHUyxcAFDlKVka68PHjsWK2mT0VwV9uDo7dBWEytYkE