Share the love

Sitt snin ilu ħadt id-deċiżjoni…iddeċidejt li daqshekk!

Daqshekk operazzjonijiet; daqshekk pariri ħżiena; daqshekk nistenna lil nies oħra biex ifejquni; daqshekk inwaħħal fija nnifsi għal kundizzjoni tiegħi; daqshekk nisma stejjer tal-biża minn sħabi n-nisa fuq il-problemi relatati mal-gynae tagħhom u kif it-tabib tagħhom m’għenhomx meta ġew bżonn.

Qattajt ħafna snin minn żogħżiti fejn it-tabib, nilmenta dwar l-għejja, il-mard, l-irjiħat u l-influwenzi li ma riedu jgħaddu b’xejn. Aktar ma bdew għaddejjin snin, aktar kont qed ningħata preskrizzjonijiet ta’ antibijotiċi, mediċini li jtaffu l-uġigħ u eventwalment anke antidipressanti.

Is-sistema immunitarja tiegħi żgur li kienet qed tiġi mfixkla b’xi mod. Tkellimna ma esperti tal-ENT, gastroenteroloġisti, immunoloġisti… Jien u nħares lura llum nifhem kemm kienet ovvja li kelli l-endometrijożi.

L-endometrijożi kienet diġa parti mill-passat tal-familja tiegħi. Kelli ħafna sintomi tipiċi inkluż ‘spotting’, uġiegħ u demm qawwi, imma t-tobba insistew li probabbli dawn is-sintomi kienu qed jiġu kkawżati minn ċelloli ċerviċi li kellhom bħonn jitneħħew. Imbagħad qabditni nfezzjoni kerha fil-pelviċi fejn kelli bżonn żewġ tipi t’antibijotiċi simultanjament. Aktar il-quddiem qabditni wkoll infezzjoni fil-bużżieqa ta’ l-awrina, u din baqgħet taqbadni ta’ spiss għal kważi 10 snin.

Eventwalment, mort għand ġinekoloġista li insista wkoll li ma kellix l-endo. Għalhekk jien insistejt għal ‘laparoscopy’. Ftit wara, l-istess ġinekoloġista li opera fuq l-endo t’ommi xi 30 sena qabel, ikkonferma jien u ħierġa mill-anestetiku li kelli endometrijożi tar-raba’ stadju. Eżattament il-kliem li uża kien “riddled with it”. Dak inhar issuġġerixxa numru ta’ terapiji ormonali aggressivi, inklużi ‘GnRH agonists’. Ġejt irreferuta f’ċentru pubbliku ewlieni b’relazzjoni mal-kundizzjoni fejn għamluli 3 operazzjonijiet laparoskopiċi oħra u minn hemm s’hawn qatt ma rġajt tajt responsabbiltà totali għas-saħħa tiegħi lit-tobba.

Rajt ħafna prattikanti naturopatiċi waqt il-vjaġġ tiegħi bl-endometrijożi u kont naf kemm jagħmel differenza l-ikel san u s-supplimentazzjoni. Esperjenzajt dan b’mod personali. Huwa faċli li naħsbu li ma nistgħux nikkontrollaw xi kundizzjoni, imma fil-verita’ nistgħu.

Għalhekk iddeċidejt biex nagħmel bidla f’ ħajti. Tlaqt il-karriera tiegħi bħala għalliema, għamilt 3 snin nitħarreġ bħala Terapista Nutrizzjonali, fejn tgħallimt il-‘biochemistry’ u l-patoloġija tal-ġisem feminnili u wara bdejt naħdem man-nisa biex niskopri x’kien effettiv biex jgħinhom jibbilanċjaw l-ormoni tagħhom, isewwu s-sistema diġestiva u b’mod ġenerali jtejbu l-kwalita’ tal-ħajja tagħhom.

Illum il-ġurnata qed ngħin lin-nisa jieħdu kontroll assolut fuq saħħithom.

Inti M’INTIX iddestinata biex tgħix b’uġiegħ kontinwu, għajjiena, ‘overweight’ jew imdejqa. Għandek bżonn biss l-informazzjoni t-tajba sabiex tħalli l-ġismek jirritorna għall-stat ta’ benesseri. Xejn ma jista’ jfieq b’irranġar ta’ malajr, ftit supplimenti jew xi dieta ta’ ejja ħa mmorru. Hemm biss bżonn ta’ approċċ komprensiv. Għandek bżonn is-sapport u l-permess li tieħu ħsieb lilek innifsek. U l-aktar ħaġa mportanti, għandek bżonn lil xi ħadd kwalifikat biex jgħinek tibni pjan.

Riċentament dħalt fil-grupp brillanti ta’ Facebook ‘Women for Women (Malta)’ u ma stajtx nemmen lil għajnejja meta bdejt naqra numru kbir ta’ ‘posts’  minn nisa li ma kellhomx tama ta’ fejqan u li kienu mħawwda sew fuq il-problemi tas-saħħa feminili tagħhom. Ħafna kienu ġew inkoraġġuti minn xi ħadd biex jiktbu għax ma sabux għajnuna jew soluzzjonijiet sodisfaċenti minn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. L-istess messaġġi baqgħu jiżdiedu b’mod ċar: “Naf li għandi xi ħaġa ħażina imma ħadd m’hu qed jgħini.”

Mela x’mar ħażin? Mediċina allopatika m’hijiex mgħammra biex titratta l-maġġoranza tal-kundizzjonijiet relatati mas-saħħa tan-nisa. Ħu mill-endometrijożi, li fih nispeċjalizza jien. Għala għażilt li nispeċjalizza fl-endometrijożi? Għaliex għaddejt minn 4 operazzjonijiet qabel ma’ rrealizzajt li din ma kinitx is-soluzzjoni li kelli bżonn, imma li kienet biss miżura temporanja. L-istess japplika għal ħafna kwistjonijiet bħal kwistjonijiet diġestivi, żbilanċi fl-ormoni, PCOS, il-menopawsa u sa ċertu punt, il-fertilita’.

Hemm ħafna affarijiet x’nistgħu nagħmlu biex nibbilanċjaw l-ormoni tagħna u ngħixu mingħajr sintomi, imma dan jirrikjedi pariri ħolistiċi, ġeneralment bla bżonn ta’ prodotti farmaċewtiċi. Jaħasra li kieku xi ħadd qalli dawn il-veritajiet qabel ma mort taħt is-sikkina għall-darba…darbtejn…

In-nisa ħaqqhom informazzjoni korretta fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa tagħhom: it-testijiet it-tajba; gwida nutrizzjonali; fiżjo; sapport emozzjonali u aktar. Aħna rridu nieħdu r-responsabbilta’ għas-saħħa tagħna. L-ewwel tarġa bżonnjuża hija l-edukazzjoni.

Kun af il-verita’, verita’ li nixtieq naqsam magħkom…


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *