Share the love

B’inqas minn ħames ġimgħat sakemm jiftħu l-iskejjel f’Malta, il-ġenituri u t-tfal m’għandhomx idea x’se jiġri. Il-Gvern qed jipproponi tliet xenarji, imma għadu ma kkonfermax liema xenarju se jiġi fis-seħħ. Madankollu, il-Ministru tal-Edukazzjoni Dr Owen Bonniċi qal li l-protokols se jkunu simili għal dawk li ġew segwiti waqt Skolasajf.

“Waqt il-‘lockdown’, it-tifla marret tajjeb akkademikament. Imma bagħtiet emozzjonalment u soċjalment.”

Filwaqt li reġgħu qed jiżdiedu l-każijiet tal-COVID_19, nemmen li huwa żmien delikat biex tagħmel deċiżjoni daqshekk importanti. Ħafna ġenituri qed jibżgħu għas-saħħa tat-tfal tagħhom f’ każ li jkollhom jibgħatuhom l-iskola, imma fl-istess ħin iridu lit-tfal ikomplu jitgħallmu u jqattgħu ftit żmien ma sħabhom – ħafna minnhom ilhom ma jarawhom minn Marzu. Ħafna ġenituri għandhom bżonn jaħdmu wkoll.

Kemm jekk id-deċiżjoni tkun li t-tfal jirritornaw l-iskola – ‘full-time’ jew ‘part-time’, jew issir tkomplija tat-tagħlim onlajn b’ mod totali, l-infrastruttura u l-preparazzjoni trid tkun f’postha biex nibdew u nkomplu b’ suċċess. U aħna għandna bżonn inkunu nafu.

“Il-professjoni tat-tagħlim u infrastruttura hija diġa’ stretta. Mhux se nkunu nistgħu inkampaw jekk se jkun hemm bżonn ta’ aktar riżorsi biex is-sistema magħżula tkun suċċess”.

Jekk jiġi ppjanat li l-iskejjel jerġgħu jiftħu b’mod normali, aħna għandna bżonn inkunu nafu l-miżuri kollha li se jkunu implementati biex kulħadd iħossu sikur, imma fl-istess ħin ma ninfluwenzawx lit-tfal tagħna b’mod negattiv u nagħmlulhom l-esperjenza skolastika tagħhom stressanti. U aħna rridu nifhmu li l-protokols jistgħu iħallu mpatt fuq il-familja tagħna kif ukoll fuq il-ħajja soċjali tagħna.

Se tkun sitwazzjoni riskjuża li nies vulnerabbli jkollhom jgħixu ma’ tfal li jattendu l-iskola? U li aħna niltaqgħu ma’ sħabna u mal-familja barra mill-iskola w’ mid-dar?

Jekk l-istudenti jibdew jitgħallmu onlajn, aħna għandna bżonn inkunu nafu kif l-istrateġiji tal-pedagoġija se jinbidlu, għax it-tagħlim onlajn jeħtieġ metodi differenti meta jiġi kkumparat mat-tagħlim fil-klassi. Se jkollna bżonn ukoll struzzjonijiet dwar kif nistgħu nissapportjaw lit-tfal tagħna biex jitgħallmu – mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li nsiru (pseudo) għalliema. L-għalliema, individwi li jipprovdu sapport kif ukoll il-ġenituri għandhom bżonn jiġu mħarrġa biex ikunu kapaċi jħaddmu u jipparteċipaw fis-sistema li eventwalment se tintuża.

“Minħabba li skejjel madwar l-Ewropa bdew is-sena skolastika qabel ma bdejna aħna, stajna nitgħallmu min-numru kbir ta’ skejjel li hemm f’pajjiżi oħra li diġa qed jirrappurtaw l-infezzjonijiet. Minflok, aħna qed ninjoraw il-qniepen ta’ allarm u npoġġu f’riskju s-saħħa tal-poplu.”

Jekk it-tfal se jitgħallmu mid-dar, kemm jekk parzjalment kif ukoll kompletament, aħna rridu nagħmlu arranġamenti mal-imgħallma tagħna biex naħdmu inqas sigħat kif ukoll mid-dar. Dan x’ aktarx se jirriżulta fi problemi finanzjarji għal ħafna, u se jkun hemm min jitlef aktar minħabba f’ hekk.

Jekk il-ġenituri ma jingħatawx iċ-ċans li jaħdmu inqas sigħat, jew ċans biex jaħdmu mid-dar, se jispiċċaw jitilfu xogħolhom. Ħafna se jiltaqgħu ma problemi kbar u se jispiċċaw fil-faqar. Anke dawk li kellhom il-fortuna li jibqgħu jaħdmu mid-dar waqt il-‘lockdown’ ammettew li sabuha bi tqila biex jaħdmu u jkunu ġenituri ‘full-time’

Jekk nerġgħu ngħaddu minn dak li għaddejna fix-xhur li għaddew, il-Gvern għandu jikkonferma li s-sapport se jerġa jkun disponibbli, biex jevita li aħna l-ġenituri nispiċċaw f’ sitwazzjonijiet gravi u eventwalment nitilfu xogħolna.

U min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet? L-awtorita’ tal-edukazzjoni se tibda l-laqgħat din il-ġimgħa biex jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-parir tal-professjonisti mediċi u tat-tagħlim se jaħdmu flimkien biex jaslu għal soluzzjoni bbażata fuq ix-xjenza? U l-ġenituri, l-għalliema u dawk li jaħdmu fil-mediċina se jkunu komdi bid-deċiżjoni mittieħda? Is-soluzzjoni tista’ tibqa’ tevolvi peress li n-numri tal-Covid-19 qegħdin kontinwament jinbildu. Is-soluzzjoni m’għandhiex tkun influwenzata minn ‘lobbyists’ li jixtiequ li l-ġenituri jaħdmu u jkunu disponibbli biex iżommu n-negozji tagħhom, u għalhekk l-ekonomija tkun tista’ tkompli.

“Li ngħidu lit-tfal biex iżommu distanza soċjali u jużaw is-‘sanitiser’ b’mod adekwat – inkunu qisna qed nagħtuhom platt mimli ħelu u ngħidulhom biex ma jiklux minnu. Ftit minnhom se jobdu, imma ftit minnhom le”

X’se jiġri jekk se niġu mitluba biex nibagħtu t-tfal l-iskola, imma ma nħossux li huwa sikur li nagħmlu dan? Personalment ma ħassnix sikura nattendi festin fil-pixxina, festa, jew griżma, avvenimenti li huma approvati mill-Gvern; daqs kemm mhux ser inħossni sikura nibgħat lit-tfal l-iskola sakemm in-numru ta’ nies infettati bil-Covid-19 jinżlu għal kważi zero. Ġenituri bħali se jkunu mhedda u kkastigati? It-tfal tagħna se jkollhom aċċess għat-tagħlim onlajn?

It-tfal għandhom bżonn l-edukazzjoni u l-interazzjoni soċjali ma’ sħabhom, imma ma’ tistax tkun ta’ riskju u spiża għas-saħħa fiżika u emozzjonali ta’ ħaddieħor.

Ma nistgħux nerġgħu nirrepetu l-iżball li nawtorizzaw avvenimenti fejn jinġemgħu ħafna nies flimkien – dak l-iżball reġa’ poġġiena fit-triq ta’ kurvatura l-fuq oħra. Ma nistgħux inpoġġu l-uliedna u lill-għalliema f’riskju u b’estensjoni, b’familji u komunitajiet sħaħ.

“It-tfal għandhom bżonn imorru lura l-iskola. Għandna bżonn noħolqu spazju sikur għal ħafna tfal, u nagħtu s-sapport lit-tfal (u lill-familji tagħhom) li għandhom bżonn jew jagħżlu li jitgħallmu mid-dar.”

Imma, għandna bżonn inkunu pragmatiċi. Il-ħajja għandha tkompli. Bil-Covid. U tista’. B’analiżi bla waqfien u robusta, u b’implementazzjoni ta’ l-aqwa strateġiji effettivi biex nimmassimizzaw il-prevenzjoni, u nimminimizzaw it-trażmissjoni tal-vajrus, aħna nistgħu inżommuh ikkontenut u l-bogħod minn nies vulnerabbli. Billi nagħmlu hekk, se nkunu nistgħu inkomplu ħajjitna bil-mod u b’attenzjoni f’dinja ta’ wara l-Covid.

Iż-żmien huwa ta’ mportanza massima. L-iskejjel ilhom magħluqa sitt xhur, u minkejja s-sitwazzjoni li ninsabu fiha hi kif inhi, mhux diffiċli naqblu li l-awtoritajiet għandhom jippreparaw sew għal dak li se jiġri, kemm jekk ma jkunx hemm, kif ukoll jekk ikun hemm ftit jew saħansitra ħafna każijiet ġodda tal-Covid-19 meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel.

Kull xenarju seta’ u anzi kellu jkun provdut f’dawn is-sitt xhur. Il-kwoti kollha f’dan l-artiklu ġew miġbura minn ġenituri li għandhom tfal li jmorru l-iskola f’Malta. Huma ftit minn ħafna. Il-ġenituri anzjużi. Kwalunkwe soluzzjoni provduta, aħna u t-tfal irridu nkunu inklużi; irridu nifhmu r-rekwiżiti u r-ramifikazzjonijiet, irridu li nkunu nistgħu naċċettaw u nirrifjutaw, u li nkunu ssapportjati biex naġġustaw għal realta’ ġdida u fluwida. U rridu nkunu nafu biha ISSA

Dwar l-Awtriċi

Filwaqt li kellha riforma ta’ ġustizzja ssapportjata f’50 pajjiż f’medda ta’ 20 sena, Helen Burrows hija omm ta’ żewġt’ ibniet li għandhom 10 snin u 7 snin. Hija avukata, membru tal-bord ta’ ġurnal, hija żviluppatur tan-negozju, kittieba, mara tad-dar u ‘taxi’ – Helen għandha ħajja mimlija iżda b’kuntentizza.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *