Kollha kemm aħna ngħaddu minn fażijiet differenti fil-ħajja, u ngħaddu minn esperjenzi kemm tajbin kif ukoll ħżiena. Ftit minna nġorru dawn l-esperjenzi magħna u nidhru li kapaċi nkomplu b’ħajjitna mingħajr ma nbagħtu ħafna, imma ħafna minna jħossu l-bżonn ta’ xi tip t’ għajnuna.
Il-Covid-19 qed iġiegħel lil persuni li qatt ma nkwetaw jew esperjenzaw l-anzjeta’ ibagħtu minnha huma wkoll. Fortunatament hemm ħafna għajnuna madwarna u r-‘Richmond Foundation’ qed jagħmlu xogħol siewi ħafna billi qed joffru servizzi ta’ konsultazzjonijiet b’xejn (tista’ ċċemplilhom fuq 1770). Hemm anke numru ta’ psikoloġisti u psikjatri disponibbli għal sessjonijiet privati kemm onlajn kif ukoll wiċċ imb’wiċċ.
Għal dawk li xorta jħossuhom konfużi jekk għandhomx bżonn terapija jew jekk humiex għaddejjin minn perjodu daqsxejn antipatku, forsi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet li ġew reveduti mill-‘ADAA (the Anxiety and Depression Association of America)’ tista’ tgħin temporarjament. Dawn l-applikazzjonijiet kollha ġew reveduti minn professjonisti voluntiera li speċjalizzaw fuq is-saħħa mentali u għandhom ‘degree’ fil-psikoloġija, fil-mediċina, fix-xogħol soċjali u fil-konsultazzjonijiet. Huma bl-ebda mod ma huma assoċjati mal-iżviluppaturi jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet. Huma jagħmlu x-xogħol it-tqil biex ma jkollniex nagħmluħ aħna. Dawn l-applikazzjonijiet jgħinu kull tip ta’ sitwazzjoni relatata mas-saħħa mentali, mill-anzjeta’ ġenerali sa PTSD, OCD, GAD, attakki ta’ paniku u nkwiet żejjed – sib il-waħda li hija l-aħjar għalik u ppruvaha.
Hawn taħt għandek issib lista tal-aqwa għażliet tagħhom f’ordni alfabetika:
‘Anxiety Reliever’
‘Anxiety Reliever app’ hija applikazzjoni li tagħti ċ-ċans lill dawk li qed jużawha biex isegwu s-sintomi tal-ansjeta’ u tipprovdi eżerċizzji ta’ rilassament. Verżjoni limitata tal-applikazzjoni hija disponibli b’xejn u l-applikazzjoni sħiħa tista tiġi mixtrija. https://www.anxietyrelieverapp.com/
‘AnxietyCoach’
‘Anxiety Coach app’ hija applikazzjoni tas-‘self-help’ li tindirizza l-biżgħat u t-tħassib bl-użu ta’ strateġiji CBT. Din l-applikazzjoni tiggwidak billi tagħmel lista ta’ attivitajiet li tibża minnhom u tgħinek tegħlibhom, b’hekk twassal għal nuqqas ta’ biża u tħassib. Din l-applikazzjoni tinkludi għodda għal test personali tas-severità, li jagħmel pjan, traċċar tal-ansjetà, u jara l-progress tiegħek. https://itunes.apple.com/us/app/anxietycoach/id565943257?mt=8
‘Breathe2Relax’
‘Breathe2Relax app’ hija applikazzjoni sempliċi, intuwittivi, u attraenti maħluqha minn-‘ National Center for Telehealth & Technology’ biex tgħallem tekniċi tan-nifs biex timmaniġġja l-istress. Il-kapaċitajiet li jiġu mgħallma jistgħu jiġu applikati minn dawk li għandhom problemi t’anzjeta’, stress u PTSD.
Din l-applikazzjoni tista’ tiġi personalizzata għall-pass li n-nies isibu rilassanti individwalment; inkluż ‘video demo’, kitba u mapep biex timmappja l-progress personali. Hija ta għajnuna għal dawk li jagħżlu l-applikazzjoni huma, jew għal dawk li qed jaħdmu ma terapista biex jinkludu tekniċi tan-nifs fit-trattament ħolistiku tagħhom. https://itunes.apple.com/us/app/breathe2relax/id425720246?mt=8
‘CPT Coach’
Din hija mmirata lejn individwi bil-PTSD li huma f’trattament attiv ma terapista mħarrġa fis-CPT (cognitive processing therapy). Iddisinjata biex tintuża mill-pazjent flimkien ma kura b’trattament tas-CPT, din l-applikazzjoni toffri edukazzjoni dwar is-sintomi tal-PTSD u timxi pass-pass, sezzjoni-sezzjoni biex tagħmel valutazzjonijiet li jikkorrispondu ma’ kull ġimgħa ta’ kura b’CPT. Il-varjeta’ ta’ ‘prompts’ u ‘reminders’ possibbli, minn meta tibbukkja l-appuntament sa ‘reminders’ għax-xogħol tad-dar, iżżid saff ieħor ta’ struttura mportanti u prevedibbiltà ta’ spiss meħtieġa b’kura għal PTSD. http://www.ptsd.va.gov/public/materials/apps/cpt_mobileapp_public.asp
‘Happify’
‘Happify app’ hija applikazzjoni awtogwidata b’għan li żżid emozzjonijiet pożittivi minn eżerċizzji u logħob appoġġjati b’psikologija pożittiva u riċerka tal-‘mindfulness’. Fil-bidu jkun hemm ‘questionnaire’ biex jissuġġerixxi ‘tracks’ għall użu personali, u l-kontenut ta’ attività sussegwenti huwa mmirat lejn diversi għanijiet bħat-tnaqqis ta’ inkwiet, bini ta’ relazzjonijiet, żieda fis-saħħa, kif ukoll uġigħ kroniku. L-attivitajiet huma appoġġjati b’ riċerka jew raġunament xjentifiku li l-persuna li qed tagħmel użu mill-applikazzjoni huwa mħeġġeġ jaqra. https://my.happify.com/
‘Headspace’
Din hija mmirata lejn dawk li jixtiequ jitgħallmu jagħmlu l-meditazzjoni biex inaqqsu l-ansjeta’ u l-istess, kif ukoll itejjbu l-attenzjoni u l-għarfien tagħhom; din l-applikazzjoni hija tajba għal dawk li għadhom se jibdew jistabbilixxu rutina regolari tal-meditazzjoni. Il-kapaċitajiet li jitgħallmu jinkludu, ‘mindfullness’ u diffużjoni konjittiva, eżerċizzji tan-nifs, prattika tal-meditazzjoni, ‘tips’ li jippromwovu aktar rilassament u konċentrazzjoni; din tista’ tiġi applikata għal nies li jbagħtu mill-ansjeta’, mard tad-dipressjoni, PTSD u OCD, speċjalment jekk qed jitkellmu ma xi professjonista tas-saħħa.
L-applikazzjoni ‘Headspace app’ tagħmel xogħol verament tajjeb biex tispjega kunċetti bażiċi għaliex tuża kreattivita’ animata, tippreżenta l-meditazzjoni ġentilment b’instruzzjonijiet ċari; toħloq ‘forum’ onlajn; tipprovdi ‘podcasts’; tinnormalizza n-nuqqas t’ attenzjoni mentali u tippreżenta l-punti validi tagħha bl-użu ta’ vidjows.
L-għan ta’ din l-applikazzjoni m’huwiex li tkun ta’ sostitut tat-trattament għal dawk b’ansjeta’ serja u disordnijiet relatati mad-dipressjoni. https://www.headspace.com/headspace-meditation-app
‘iCBT App’
L-applikazzjoni iCBT tipprovdi pjattaforma biex tidentifika, tistma u tevalwa ħsibijiet negattivi. L-individwi li jagħmlu użu minn din l-applikazzjoni huma mħeġġa li jidentifikaw ħsibijiet negattivi, ir-rata, l-emozzjonijiet negattivi u jidentifikaw distorsjonijiet konjittivi. Din tista’ tintuża bħala applikazzjoni waħedha, iżda, peress li m’hemmx psikoedukazzjoni jew razzjonal provdut, huwa rrakkomandat li l-persuna jkollha għarfien fuq ic-CBT jew assistenza minn terapista biex l-applikazzjoni tkun effettiva. https://itunes.apple.com/us/app/icbt/id355021834?mt=8
‘MindShift’
L-applikazzjoni Mindshift hija immirata biex tgħin l-addoloxxenti u l-adulti żgħar jiggwidanjaw għarfien u ħiliet bażiċi biex jimmaniġġjaw is-sintomi tagħhom tal-ansjeta’, inkluż il-GAD, ansjeta’ soċjali, biżgħat speċifiċi u attakki ta’ paniku. Hija utli ħafna biex timmaniġja l-inkwiet, l-ansjeta’ tat-twettiq, ansjeta’ tat-testijiet u l-perfezzjoniżmu. Il-kapaċitajiet mgħallma huma applikati għall-individwu b’manifazzjonijiet fiżiċi, emozzjonali, konjittivi u tal-imġieba, tal-ansjeta’, tipprovdi lill-individwi b’modi t’għajnuna u bbilanċjati fuq kif taħseb dwar sitwazzjonijiet li jbeżżgħuk.
Tagħmel xogħol verament tajjeb billi toffri listi ta’ strateġiji attivi fuq kif tista’ tkampa skond il-każ tal-ansjeta’ kif ukoll tipprovdi varjeta’ ta’ metodi biex timmaniġja l-ansjeta; l-informazzjoni u l-istrateġiji huma sempliċi u ċari. Għodda biex tikkalma u tirrilassa bħal eżerċizzji tan-nifs, immaġni mentali, strateġiji tal-‘mindfulness’ huma provduti bil-kliem u bl-awdjo. Hemm ‘quick tips’ inklużi wkoll biex jassistu l-ansjeta’ fil-mument. L-individwi li jagħmlu użu mill-applikazzjoni jistgħu jimmarkaw bħala favuriti xi metodi li jsibu utli għalihom. L-applikazzjoni m’hijiex ta’ għajnuna għal dawk il-persuni li qed ifittxu biex isegwu s-sintomi tagħhom u l-progress, dawk il-persuni li jsibu lilhom infushom emozzjonati b’ħafna għażliet, jew dawk li għandhom ‘post traumatic stress disorder’ (PTSD) jew obsessive-compulsive disorder (OCD). https://www.anxietybc.com/resources/mindshift-app
‘MoodKit’
L-applikazzjoni ‘MoodKit’ tgħin l-individiwi bid-dipressjoni, l-ansjeta’, problemi tal-immaniġjar tan-nervi, etc. Il-kapaċitajiet mgħallma minn din l-applikazzjoni huma ‘self-monitoring’, li tidentifika u tbiddel ‘patterns’ tal-ħsibijiet li m’humiex sikuri u tgħinek tinvolvi lilek innifsek f’attivitajiet li jtejjbulek il-burdata.
Tagħmel xogħol verament tajjeb billi tipprovdi l-kunċetti ġenerali tas-CBT disponibbli għan-nies biex jaħdmu fuqhom weħidhom jew bl-għajnuna ta’ terapista. L-applikazzjoni m’hijiex ta’ għajnuna għall dawk b’dippressjoni moderata jew severa. https://itunes.apple.com/ca/app/moodkit-mood-improvement-tools/id427064987?mt=8
‘MoodTools’
L-applikazzjoni ‘MoodTools’ hija mmirata għad-dipressjoni bħala mezz ta’ ‘self-help’. Hija tipprovdi psiko-edukazzjoni fuq il-fatturi ta’ riskju u approċċi psikosoċjali għat-trattament, domandi (PHQ-9) fuq is-sintomi tad-dipressjoni, djarju għal ħsibijiet, pjan ta’ sigurtà suwiċida, u filmati bħall-gwidi tal-meditazzjoni. http://www.moodtools.org/
‘Panic Relief’
L-applikazzjoni ‘Panic Relief’ hija maħluqa biex tgħin l-individwi li jbagħtu minn disordni tal-paniku, hija vera faċli biex tintuża, għandha għodod issapportjati mill-esperjenza biex jgħinuk timmaniġja l-attakki ta’ paniku u timxi l-quddiem.
Il-verżjoni li qiegħda b’xejn tinkludi aċċess għal rilassament progressiv tal-muskoli tal-idejn, filwaqt li l-‘upgrade’ tagħtik aċċess għall-kapaċitajiet l-oħra, inkluż ‘square breathing’, nifs dijaframmatiku u rilassament progressiv fil-muskoli. http://cognitivetherapyapp.com/
‘PE Coach’
L-applikazzjoni ‘PE Coach’ hija iddisinjata għall-individwi bil-PTSD, speċjalment dawk li jaħdmu ma’ terapista li tuża trattament ‘prolonged exposure’ (PE). Il-kapaċitajiet li jitgħallmu l-individwi li qed jagħmlu użu mill-applikazzjoni jinkludu edukazzjoni fuq it-trattament, u reazzjonijiet komuni għat-trawma u taħriġ mill-ġdid tan-nifs.
Din m’hijiex utli bħala trattament ‘self-help’ tal-PTSD, u biex joħorġu sew minnha, l-individwi għandhom jagħmlu użu mit-terapija.
‘PTSD Coach’
Waħda miż-żewġ applikazzjonijiet tas-‘self-help’ miċ-Ċentru Nazzjonali għall PTSD: l-għan ta’ l-applikazzjoni ‘PTSD Coach’ hija li tgħin l-individwi li jbagħtu mill-PTSD, kif ukoll dawk interessati biiex jitgħallmu aktar fuq il-marda. Il-kapaċitajiet li huma mgħallma jistgħu jiġu applikati għal dawk l-individwi li jsofru minn verżjonijiet tal-PTSD ħfief sa moderati, u dawk li jaħsbu li assessjar u trattament ‘self-guided’ ikunu biżżejjed. M’hijiex ideali għal dawk li jbagħtu bil-PTSD u għandhom bżonn trattament wiċċ imb’ wiċċ, laqgħat ta’ klinika b’‘high-frequency’ diretta, jew għal dawk li jbagħtu biex jagħmlu deċiżżjonijiet sikuri.
Hija tagħmel xogħol tajjeb billi teduka u tassessja l-PTSD,u tipprovdi wkoll ‘tips’ faċli biex tifimhom li jgħinuk timmaniġja sintomi tal-PTSD, u ssib riżorsi ta’ trattamenti oħra ma’ fornituri permezz ta’ funzjoni ta’ tiftix. http://www.ptsd.va.gov/public/materials/apps/PTSDCoach.asp
‘Sanvello’
Din hija mmirata għal dawk li għandhom bżonn l-għajnuna fejn tidħol l-ansjeta’, disturbi fil-burdata u l-istress. Din l-applikazzjoni tgħallem ‘deep breathing’, eżerċizzji li jgħinu fl-imġieba, u eżerċizzji li jgħinu biex tidentifika distorsjonijiet konjittivi (drawwiet fejn spiss taħseb ħażin), u titgħallem kif tbiddilhom ma’ drawwiet li taħseb ħsibijiet pożittivi. Hija tajba wkoll għal dawk li jesperjenzaw id-dubji ta’ ansjeta bejn is-sezzjonijiet tat-trattament. Din l-applikazzjoni tagħmel xogħol tajjeb ħafna biex tippersonalizza il-kawża tal-ansjeta’ bil-‘voice recordings’, u tintroduċi is-CBT u tinforza eżerċizzji bejn l-appuntamenti mat-terapista. L-applikazzjoni hija ddisinjata biex tintuża ma terapija u mhux bħala sostitut ta’ trattament professjonali https://www.sanvello.com
‘Self-Help Anxiety Management’
Din hija ‘Self-Help Anxiety Management app’ iddisinjata biex tgħinek tifhem il-kawża tal-ansjeta’, issegwi l-ħsibijiet anzjużi u l-imġieba maż-żmien, u timmaniġjahom billi tagħmel eżerċizzji ‘self-help’ u riflessjoni privata. Din l-applikazzjoni hija mmirata għall-addoloxxenti kbar u l-adulti li għandhom il-marda tal-ansjeta’. Il-kapaċitajiet mgħallma jistgħu jgħinu lill-dawk li għandhom għarfien tajjeb u kuxjenza personali. http://sam-app.org.uk/
‘T2 Mood Tracker’
L-applikazzjoni ‘T2 Mood Tracker’ tgħin lill-individwi jittrekkjaw l-istat emozzjonali tagħhom u kif jinbidlu maż-żmien għall-għarfien personali u rapporti tajba għal professjonist fis-saħħa mentali. Il-kapaċitajiet mgħallma jistgħu jiġu applikati għal individwi bid-dipressjoni, ansjeta’, stress, emozzjonijiet relatati ma’ trawma, u kull stat emozzjonali li jidentifikaw huma stess, kif ukoll Traumatic Brain Injury (TBI), uġigħ kroniku, u hija addattata wkoll għal problemi tal-irqad u aktar.
Karatteristika ta statistika tippermetti riżultat viżwali għal perjodi twal ta’ żmien. Ftit li xejn interazzjoni jew ‘coaching tips’; il-‘links’ m’humiex utli. http://t2health.dcoe.mil/
‘What’s My M3’
L-applikazzjoni ‘What’s my M3’ tagħtik l-‘ M3 score’ tiegħek – li huwa numru li jgħin lilek u lit-tabib tifhmu jekk id-disturbi fil-burdata jistgħux jiġu trattati faċilment. Tista’ ssegwi l-‘iscore’ tiegħek biex tara kif is-saħħa mentali tiegħek qed tinbidel maż-żmien. Din l-applikazzjoni hija mmirata biex tgħin individwi janalizzaw varjeta’ ta’ sintomi tad-disturbi fil-burdata biex jiddeterminaw l-impatt li jista’ jkollhom dwar il-funzjonament tagħhom. Din l-applikazzjoni tgħin lil dawk li jbagħtu bid-dipressjoni, ‘bipolar’, mard tal-ansjeta’ u l-PTSD severi biex jiddeterminaw malajr jekk hemmx bżonn li jitkellmu ma’ tabib tal-kura primarja fuq possibilta’ ta’ kundizzjoni tas-saħħa mentali li jkollha bżonn trattament. https://itunes.apple.com/ca/app/whatsmym3/id515945611?mt=8
‘WorryWatch’
Din l-applikazzjoni hija għal dawk li ma jiqfux jinkwetaw, li għandhom ansjeta’ antiċipatorja u GAD. L-applikazzjoni ‘WorryWatch’ tipprovdi awtomonitorja sempliċi u dokumentazzjoni fuq il-ħsibijiet inkwetanti f’’menu’ diġa’ lest, kif ukoll għodda grafika li timmarka d-drabi li tikteb fuq l-inkwiet b’varjeta’ ta’ fatturi. L-applikazzjoni tħeġġeġ lil persuna li qed tużaha biex taħseb jekk temminx li l-inkwiet veru kienx daqshekk ħażin meta jiġi kkumparat ma x’ġara veru.
Din l-applikazzjoni hija bbażata fuq esperjenzi personali ta’ persuna li ilha tbati bil-GAD. M’għandiex tibdel it-terapija tradizzjonali bħac-CBT, imma tista’ tiġi użata bħala suppliment. M’hijiex ideali għal dawk li jsibuha diffiċli jinterpretaw informazzjoni f’forma ta’ grafika. Kienet tkun ta’ għajnuna kieku kien hemm ‘tutorial’ biex tenfasizza l-karatterisiċi tal-applikazzjoni u kif tużaha. Hija tagħmel xogħol tajjeb biex turi l-evidenza tal-intensita’, il-frekwenza u d-dewmien tad-distorsjonijiet konjittivi. http://worrywatch.com/
Għall aktar informazzjoni tista’ ssib l-artiklu kollu hawn: https://adaa.org/finding-help/mobile-apps
Francesca Fenech Conti hija entużjasta dwar problemi soċjali u għandha BA fis-‘Social Policy’. Hija wkoll fundattriċi u kreattriċi tal-grupp fuq Facebook iddedikat għan-nisa biss Women for Women (Malta) u l-‘Women for Women Foundation’ li taħdem id f’id ma’ NGOs u negozji oħra li jagħtu s-setgħa u l-appoġġ lin-nisa, speċjalment nisa li jrabbu t-tfal weħidhom.
Riċentament, Francesca ħalqet Wham.com.mt bl-għan li tipprovdi spazju tant meħtieġ fix-xenarju tal-medja lokali biex tippromwovi l-ilħna tan-nisa Maltin u tipprovdi lin-nisa sorsi ta nformazzjoni rigward il-benesseri tagħhom.