Dr Donia Gamoudi

Dr Donia Gamoudi gradwat mill-‘Malta Medical School’ bħala tabiba tal-mediċina u l-operazzjonijiet fl-2011, u aktar tard kompliet it-taħriġ speċjalizzat tagħha fil-Mediċina Ġenitourinarja fl-Isptar tal-Università ta ‘Nottingham NHS Trust’ għal 3 snin oħra.

Hija ipprovdiet korsijiet modulari tal-HIV u STI’s lill-ħafna studenti li qed jistudjaw il-mediċina u professjonisti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa.

Għal aktar informazzjoni dwar Dr Donia Gamoudi kif ukoll lista ta' artikli miktuba minnha ppubblikati fuq Wham agħfas hawn

Anogenital Human Papilloma Virus

X’inhu l-Virus tal-Papilloma Umana (HPV)? •Il-Virus tal-Papilloma Umana (HPV) huwa grupp ta vajrusis li jikkonsistu f’aktar minn 100 tip differenti. •Il-maġġoranza ta’ persuni li jkollhom dan il-virus ma jkunux jafu li għandhom. •Ħafna drabi ma jkun hemm l-ebda sintomu. •Tista’ tgħaddi l-HPV lil ħaddieħor mingħajr ma tkun taf. •Hemm ħafna tipi differenti ta’ HPV. Ċertu tipi jistgħu jikkawżaw problemi relatati mas-saħħa inkluż felul ġenitali u kanċers. •Jeżisti tilqim li jista’ jwaqqaf dawn il-problemi relatati mas-saħħa milli jiġru. Kif jista’ xi ħadd jiġi nfettat bil-Virus tal-Papilloma Umana? HPV jiġi trażmess permezz ta’ kuntatt ta’ ġilda ma ġilda fiz-zona ġenitali li jseħħ waqt is-sess. Għalhekk, meta l-HPVRead More…

sti symptoms malta

Infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs)  huma infezzjonijiet li ġeneralment jinxterdu bis-sess: kull tip ta’ sess bħal sess vaġinali, orali u anali. Dawn l-organiżmi (batterji, vajrusis jew parassiti) li jikkawżaw infezzjonijiet trasmessi sesswalment jistgħu jinxterdu minn persuna għal oħra mid-demm, fluwidu tas-semen jew vaġinali u fluwidi oħra tal-ġisem. Infezzjonijiet trażmessi sesswalment mhux dejjem jikkawżaw is-sintomi. B’hekk jistgħu ma jiġux innutati sakemm isseħħ xi kumplikazzjoni jew xi sieħeb jingħata dijanjożi. Jekk dawn l-STIs jikkawżaw xi sintomi fl-irġiel, dawn jinkludu: Ħruq meta jgħaddu l-urina Tnixxija mill-pene Selħiet jew ħotob fuq il-parti ġenitali jew fiż-żona rektali Ħakk fil-parti ġenitali Raxx fiż-żaqq, l-idejn u s-saqajn Ħruġ ta’ demm u tnixxijja mill-passaġġRead More…

std tests malta

Tista’ tgħidilna dwar fejn persuna għandha tmur biex tagħmel test għall-STD’s fejn ir-riżultati jiġu mogħtija malajr mingħajr ma jkun hemm bżonn tistenna għal aktar minn 48 siegħa? Għat-test tal-HIV nużaw testijiet relattivament faċli li jagħtu riżultat f’20 minuta biss. Rigward ittestjar għall-Chlamydia u l-Gonorrhoea, għalkemm jeżistu testijiet li tista’ tixtri minn kull spiżerija, dawn mhumiex sensittivi daqstant. Għalhekk nirrakkomanda ittestjar f’ laboratorju, li jieħu madwar ħames sa sebat’ijiem biex joħroġ ir-riżultat tiegħu. Hemm testijiet li huma xi ftit aktar sensittivi, iżda għadna qed naħdmu fuqhom preżentament, u nittamaw li nkunu nistgħu nintroduċuhom fil-kliniċi fix-xhur li ġejjin. Dr Donia Gamoudi, Sexual Health Advisor Aktar Informazzjoni… InfezzjonijietRead More…