Saħħa Sesswali u Riproduttiva

sexually transmitted infection

Sa ftit tas-snin ilu f’Malta l-edukazzjoni sesswali kienet immirata biex tbeżża’ aktar milli tinforma. L-enfasi tas-suġġett fil-kurrikulu kien iffokat fuq l-astinenza u l-evitar tal-konċepiment. Illum dan donnu qed jinbidel, u ninsabu resqin lejn idea aktar komprensiva dwar l-edukazzjoni sesswali, fejn iż-żagħżagħ qed jingħataw informazzjoni, ħiliet, attitudnijiet u valuri sabiex bihom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet aħjar fil-konfront tas-saħħa sesswali tagħhom u tal-partners. Huwa mportanti li ngħallmu l-uliedna dwar il-kontraċezzjoni, sess bla periklu, għoti u ingħatar ta’ kunsens sesswali, u l-importanza tal-pjaċir sesswali. Bħala sex therapist nista’ ngħid li waħda mill-aktar diffikultajiet regolari li niltaqa’ magħhom fil-klinika tiegħi hija n-nuqqas t’informazzjoni dwar kif jaħdem il-ġisem, kemm psikoloġikamentRead More…

world contraception day

Ix-xahar ta’ Settembru huwa magħruf għal ħafna raġunijiet – għal uħud jista’ jkun xahar mimli ansjeta’ u eċitament minħabba l-fatt li sena skolastika ġdida tkun qed toqrob biex tibda għal uliedhom jew għalihom infushom; oħrajn jistgħu jesperjenzaw ċertu emozzjoni melankonika minħabba l-fatt li dan ix-xahar huwa dedikat ukoll għall-għarfien dwar is-saħħa mentali, speċjalment dwar is-suwiċidju. F’Settembru niċċelebraw ukoll ġurnata speċjali oħra – le, ma niċċelebrawx b’festini f’dil-ġurnata, iżda ġeneralment jirnexxilna nakkwistaw aktar informazzjoni dwar neċessitajiet li mhux biss itejbu l-ħajja tagħna sa ċertu punt, iżda wkoll inaqqsu xi ftit mill-ansjetajiet u l-biżgħat tagħna. Is-26 ta’ Settembru huwa il-jum dinji tal-kontraċezzjoni! Forsi se nidher xi ftitRead More…

internet porn use

Fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet, l-eqreb li ġejna tal-porn kien permezz ta’ produzzjonijiet simili għal ‘Colpo Grosso’ fuq it-televiżjoni Taljana jew Siċiljana, jew jekk forsi kont taf ċertu persuni stajt tiddobba kopji tal-Playboy magazine jew tfittex it-tfajliet fuq il-paġna numru 3 fuq The Sun. Fil-fatt, f’Malta l-pornografija flimkien ma materjal oxxen kien illegali sas-sena 2016, anke jekk dirett lejn udjenza adulta. Sa l-aħħar tas-sena 2011, il-Qorti tal-Appell Kriminali f’Malta ikkonfermat kundanna kontra films pornografiċi li kienu qed jiġu murija s-City Lights Theatre fil-Belt Valletta. Madankollu, fl-2015, il-Ministru tal-Ġustizzja Soċjali ta’ dak iż-żmien, Owen Bonniċi, beda jaħdem fuq leġiżlazzjoni li servizzi marbuta ma arti u divertiment għall-adulti jiġuRead More…

miscarriage

F’kitba fuq Facebook fl-2015, Mark Zuckerberg qal li korriment huwa esperjenza ta’ solitudni li tesperjenza waħdek. Hu qal dan il-kliem hekk kif hu u martu kienu qed jistennew tarbija wara tlett korrimenti. F’dak iż-żmien, din il-kitba rċeviet 1.7 miljun ‘like‘ u l-koppja ġiet imfaħħra talli tkellmet b’mod apert dwar suġġett daqshekk diffiċli. Ir-riċerka turi li l-korriment huwa l-aktar kumplikazzjoni komuni tat-tqala. Tqala minn kull erbgħa tintilef f’korriment. Din it-telfa tista’ tħalli effetti devastanti kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa li jesperjenzawha. Sfortunatament, fil-maġġoranza tal-kulturi, korriment għadu meqjuż bħala suġġett tabu’. Dan narawh ċar fil-fatt li l-koppji ta’ spiss jingħataw parir biex ma jħabbrux tqala ġdida mal-familjariRead More…

Anogenital Human Papilloma Virus

X’inhu l-Virus tal-Papilloma Umana (HPV)? •Il-Virus tal-Papilloma Umana (HPV) huwa grupp ta vajrusis li jikkonsistu f’aktar minn 100 tip differenti. •Il-maġġoranza ta’ persuni li jkollhom dan il-virus ma jkunux jafu li għandhom. •Ħafna drabi ma jkun hemm l-ebda sintomu. •Tista’ tgħaddi l-HPV lil ħaddieħor mingħajr ma tkun taf. •Hemm ħafna tipi differenti ta’ HPV. Ċertu tipi jistgħu jikkawżaw problemi relatati mas-saħħa inkluż felul ġenitali u kanċers. •Jeżisti tilqim li jista’ jwaqqaf dawn il-problemi relatati mas-saħħa milli jiġru. Kif jista’ xi ħadd jiġi nfettat bil-Virus tal-Papilloma Umana? HPV jiġi trażmess permezz ta’ kuntatt ta’ ġilda ma ġilda fiz-zona ġenitali li jseħħ waqt is-sess. Għalhekk, meta l-HPVRead More…

contraception education

Edukazzjoni dwar il-kontraċettivi u l-aċċessibilita’ huma l-pilastri tas-saħħa sesswali… Il-kontraċettivi, jew in-nuqqas tagħhom, huma l-bidu ta’ kwistjonijiet u kontroversji. Kunċett sempliċi, iżda effettiv, jiġi traskurat minn sistemi u istituzzjonijiet minħabba mistħija u tjieba personali, li jasal biex iwaqqaf (u fil-każ ta’ Malta, jiddikriminalizza) l-unika soluzzjoni għal waħda mill-ikbar kwistjonijiet li jirriżultaw minn-nuqqas t’ edukazzjoni dwar il-kontraċezzjoni. Meta nsemmi sistemi u istituzzjonijiet inkun qed nirreferi għal dawk relatati m’ edukazzjoni u sapport finanzjarju – mhux biss hemm problema rigward l-edukazzjoni iżda hemm ukoll nuqqas fejn tidħol l-aċċessibilita’. Skond l-introduzzjoni tal-gwidi tal-kurrikulum fuq is-Sesswalita’ u l-Edukazzjoni u r-Relazzjonijiet fl-iskejjel ta’ Malta (li ġie ppublikat fl-2013), hemm żewġRead More…

sex intimacy and relationships

Il-menopawsa hija assoċċjata ma ħafna bidliet li jistgħu jaffettwaw il-ħajja sesswali tal-mara. Per eżempju, livelli baxxi tal-ormoni jistgħu inaqqsulek l-aptit tas-sess jew inixfulek u jraqqulek il-muskolu tal-vaġina, u dan jirriżulta f’sess skomdu. Irritabilita’ għolja u stress huma komuni f’dan il-perjodu, filwaqt li l-irqad jista’ jiġi affetwat b’għaraq li jiġi maħluq mill-ġisem kif ukoll fwawar kbar ta’ sħana. Madankollu, is-sess u l-intimita’ waqt u wara l-menopawsa ma jirriflettux biss telfa. Riċerki u studji li ffukaw fuq dan iż-żmien partikolari fil-ħajja tal-mara indikaw li l-menopawsa tista toħloq opportunijiet biex mara tikber bħala persuna, tfieq, kif ukoll tesperjenza aktar gost u pjaċir waqt is-sess. Mara tista’ tesperjenza aktarRead More…

gender sexual and relationship diversity

Ftit ġimgħat ilu rċevejt dal-messaġġ mingħand kollega u ħabiba tiegħi, messaġġ dwar is-suġġett tad-diversita’ sesswali, tipi ta’ relazzjonijiet differenti u l-identita’ tal-ġeneru: “Qed ninnota li t-tfajliet f’dawn l-aħħar snin donnhom qed ibagħtu biex jifhmu s-sesswalita’ tagħhom: jekk humiex eterosesswali, omosesswali, bisesswali, asesswali, pansesswali jew demisesswali…termini li personalment qatt ma kont nisma’ u qatt ma kont naf dwarhom meta kont f’żogħżiti. Xi kultant naħseb li forsi l-edukazzjoni sesswali li t-‘teenagers’ qed jingħataw l-iskola tista’ tkun qed iżżid l-istress fuqhom għax iħossu bżonn li jikkonformaw ma xi tip ta’ sesswalita’. Binti taf fiċ-ċert li jien naċċettaha u nkun hemm għaliha, hi x’inhi l-identita’ sesswali tagħha, iżda ilhaRead More…

nina lessi maltese erotica

Nina Lessi hija kemm pjattaforma erotika kif ukoll moviment ibbażat fuq il-kapaċita’ tan-nisa u l-liberazzjoni sesswali. Fl-istess waqt, din il-pjattaforma tfittex li teduka n-nisa dwar ġisimhom stess. Għal ħafna snin il-pjaċir sesswali tan-nisa ġie njorat, u l-konsegwenzi ta’ dan għadna narawhom sal-lum il-ġurnata. B’dak li hu msejjaħ ‘orgasm gap’ fuq bażi tal-ġeneru, speċjalment f’koppji eterosesswali (koppji lisbjani jidhru li qed jimxu ħafna aħjar), l-affarijiet ċertament mhux jidhru sew rigward l-orgażmu tal-mara. Tkellimna ma Nina Lessi biex nitgħallmu aktar dwarhom: x’jagħmilhom differenti minn siti sesswali regolari, kif qed jippjanaw li jnaqqsu l-‘orgasm gap’, kif jippromovu l-kapaċita’ tal-mara, u aktar. Xi tkun Nina Lessi? Fil-qosor, Nina LessiRead More…

am i menopausal menopause symptoms

“Menopawsa hekk tkun?” “Vera li hija daqshekk sħana, jew diġa qed nesperjenza xi sintomi tal-menopawsa?” Kemm il-darba nisimgħu dawn il-mistoqsijiet? Jew nirrimarkaw b’dan il-mod, speċjalment waqt il-ġranet sħan tas-sajf? Il-verita’ hi li din hija fażi li n-nisa kollha jgħaddu minnha eventwalment, għalhekk jagħmel ħafna sens li dan il-ħsieb jgħaddilna minn moħħna, anke sa minn eta’ bikrija f’ħajjitna. Il-menopawsa hija l-perjodu ta’ meta mara tieqaf tesperjenza menstrwazzjoni u ma tkunx tista’ tinqabad tqila b’mod naturali. Il-menopawsa hija ddefinita bħala 12-il xhar mingħar dmijja tal-menstrwazzjoni fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet oħra. Aħna u nikbru, l-ovarji tagħna jieqfu jipproduċu biżżejjed estroġen u għalhekk ma tibqax tinqata’ bajda kull xahar. DanRead More…