L-Iġene Orali tan-Nisa
Is-saħħa orali tinkludi s-saħħa relatata mal-ħalq, inklużi s-snien, il-ħanek, il-griżmejn, u l-għadam ta’ madwar il-ħalq, ġogi u muskoli li nogħmodu bihom. Saħħa orali tajba hija aktar minn snien bla ħsara. Il-ħalq huwa passaġġ dirett lejn il-ġisem, u jirrifletti direttament fi problemi oħra bħal dijabete, lewkimja u lupus. Kura ġenerali għal ħalqek Id-dentisti jirrakkomandaw li kulħadd għandu jaħsel snienu mill-inqas darbtejn kuljum għal żewġ minuti b’ ‘toothpaste’ bil-‘fluoride’ (b’ konċentrazzjoni qrib ta’ 1500ppm F – dan tista’ tikkonfermah fuq wara tat-tubu tat-‘toothpaste’ tiegħek. ‘Flossing’ idealment għandu jsir darba kuljum għax dan jgħinek tnaddaf bejn is-snien, post li bit-‘toothbrush’ ma tilħqux. Tista’ wkoll issib alternattivi għal flossingRead More…