Niltaqgħu Ma’ l-Artista Angele Lautier
Ili ma nara l’Angele aktar minn 25 sena imma l-entużjażmu għall-ħajja sibt li għadu jispikka fiha. Nista’ nara dan fix-xogħol kollu tagħha. Grazzi għal Facebook u Instagram riċentament erġajna bdejna nitkellmu u kienet ħaġa veru sabiħa li erġajt bdejt nitgħallem fuq dak li kienet bdiet tagħmel minn meta konna għadna żewġ tfajliet fuq ruħna, kemmxejn imqarba u li konna nħobbu nieħu gost mingħajr l-ebda inkwiet u ħsieb fid-dinja. Fil-ħin liberu tagħna konna noqogħdu nimmudellaw fuq ‘catwalk’ flimkien, ġeneralment f’‘fashion shows’ biex niġbru l-flus għal ħafna karitajiet. Konna verament nieħdu gost, konna grupp ta’ żgħażagħ insiefru l-Italja biex nimmudellaw f’’fashion show’ ġo kastell veru sabiħ f’Read More…