Francesca Sant

Francesca Sant ikkwalifikat bħala ‘personal trainer’ fl-2009, u wara li esperjenzat problemi personali fir-rikoverazzjoni ta’ wara ċ-ċesarja, dijastasi, inkontinenza u prolass, kompliet tispeċjalizza fil-benessri tan-nisa – inklużi r-rikoverazzjoni ta’ wara t-tqala u l-isterektomija, inkontinenza, problemi relatai mal-pelvis u l-perjodu ta’ qabel il-menopawża.

prolapse

Prolass ta’ l-organi tal-pelvis. Rari nisimgħu bih, madankollu huma ħafna n-nisa li jbatu minn din il-kundizzjoni. Filfatt, huwa stmat li madwar 50% tan-nisa li kellhom it-tfal (għalkemm anke nisa li ma kellhomx tfal jistgħu jiġu affettwati) esperjenzaw din il-problema. X’ inhu l-prolass tal-organi tal-pelvis? Biex nispjegawha b’ mod sempliċi, dan iseħħ meta wieħed jew aktar mill-organi tal-pelvis (ir-rektum – il-passaġġ ta’ wara, il-bużżieqa ta’ l-awrina, jew l-utru) jinżlu l-isfel fil-vaġina. Dan jiġri meta jkun hemm nuqqas ta’ sapport mill-muskoli tal-pelvis, ligamenti u l-‘fascia’. X’ inhuma s-sintomi tal-prolass? Ċertu nisa ma jesperjenzaw l-ebda sintomu u jkomplu b’ ħajjithom b’ mod normali mingħajr ma jkunu jafu liRead More…

incontinence

“Tant dħakt li kważi għamilt taħti!” Kemm il-darba smajna nisa jgħidu din il-frażi? Kemm il-darba għedtha inti stess? U xi ngħidu dwar ċajt relatat ma dan l-aċċident b’ mod dirett ma’ l-għatis? Dan kollu huwa relatat mal-inkontinenza urinarja, li hija tnixxija involuntarja ta’ awrina kkawżata minn pressjoni fl-addominali bħal ma jiġri f’ każ ta’ sogħla, għatis, daħk, qbiż, ġiri, ‘squats’ u erfigħ. Iva, dan hu komuni ĦAFNA! Fil-fatt, mara minn kull erbgħa ta’ l-fuq minn tmintax-il sena tesperjenza episodji ta’ inkontinenza urinarja. Iżda huwa normali li jiġri hekk? Le. Hija xi ħaġa li għandna nitgħallmu ngħixu biha? Definittivament le! L-inkontinenza urinarja kkawżata minn pressjoni hijaRead More…