Nieklu għal qalbna aktar milli għal żaqqna… Għaliex nieklu skond l-emozzjonijiet tagħna?
Il-konnessjoni tagħna mal-ikel u l-emozzjoni hija waħda primittiva ħafna li tibda mat-twelid, eżattament fil-minuta li jħaddnuna u jagħtuna l-ewwel ħalib tagħna. F’dak il-mument nesperjenzaw is-sentiment sabiħ ta’ sigurta’ u sodisfazzjon. Tarbija titwieled b’ żewġ bżonnijiet prinċipali, il-bżonn tal-għaqda, viċinanza fiżika, u sens ta’ sigurta’, kif ukoll il-bżonn li tiekol. Meta tarbija żżommha u titmagħha fl-istess ħin, dawn iż-żewġ bżonnijiet jiġu moqdija flimkien; il-mument fejn l-ikel u s-sentiment jitħalltu u jsiru ħaġa waħda. Huwa mportanti ħafna li nifmhu li din il-konnessjoni ssir fis-subkonxju u għalhekk teħodhiex kontra tiegħek innifsek meta tfittex l-ikel bħala konsolazzjoni. Nistgħu ngħidu li aħna bijoloġikament ipprogrammati biex niffokaw fuq l-ikel kull metaRead More…