Edukazzjoni

Pink October, magħruf ukoll bħala x-xahar għall-għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider, hija inizjattiva globali li tfittex li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, tinkoraġġixxi t-testijiet, u tappoġġja lil dawk milquta minn din il-marda li tbiddel l-istil ta’ ħajja li jgħixu.Read More…

back to school tips for mums

Aħna u nersqu lejn tmiem l-istaġun tas-sajf aħna l-ommijiet nibdew nimtlew bi ħsibijiet relatati mal-fatt li t-tfal tagħna se jerġgħu jirritornaw lura lejn l-iskola. Ovjament dawn il-ħsibijiet jistgħu iġibu magħhom mewġa t’ansjeta’ – “Għandi bżonn nixtri aktar uniformijiet? Għandna żraben u kalzetti? Żgur għandna bżonn basktijiet, ‘pockets’, fliexken tal-ilma, kaxxi tal-ikel… il-lunches! X’nista nagħmel lit-tifla biex forsi tikolli l-iskola daqs kemm hi ‘picky’ fejn jidħol l-ikel? Nispera li t-tfal jissetiljaw faċilment dis-sena. U ma rridx ninsa-t-trasport u minjaf x’fadalli niftakar aktar…” Għalkemm dan il-kunflitt f’moħħna nesperjenzawh sena wara l-oħra, din id-darba se tkun agħar għal dawk l-ommijiet li żammew lit-tfal id-dar magħhom is-sena l-oħra minħabbaRead More…

tips homeschooling covid pandemic

Bla dubju kollha kemm aħna nistgħu naqblu li s-sena 2020 ssorprendietna. Żgur li ħafna minna f’Marzu li għadda ma kellna l-ebda ħsieb li sa l-aħħar tas-sena konna se nkunu għadna qed nissaraw mal-COVID-19 f’pajjiża (bħal ma qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta’ madwar id-dinja) mingħajr data fissa għal vaċċin sigur kontra l-vajrus. Dan wassal għal ħafna nċertezza u biża’ fejn jidħlu uliedna w’ l-iskola, speċjalment għal dawk il-ġenituri u tfal li huma meqjusa vulnerabbli u suxxettibbli għal komplikazzjonijiet relatati ma’ dan il-vajrus. Għal din ir-raġuni ħassejt li għandi naqsam magħkom pariri dwar dak li personalment qed nagħmel mat-tfal tiegħi bħala ‘homeschooling’, sistema li qbadt sa mill-biduRead More…

critical thinking

Riċentament l-istudji u l-artikli jissuġġerixxu li aħna qisna qed ngħixu fi ‘kriżi tal-verita’’. Kemm jekk esaġerazzjoni u kemm jekk le, qed issir evidenti li l-ħsieb kritiku huwa kapaċita’ li għandna niżviluppaw u niffukaw fuqu bla dubju, sabiex ngħixu u nirnexxu f’era kumplessa u mħawda bħal din li ninsabu fiha. Ħafna drabi nużaw l-emozzjonijiet tagħna fl-attitudnijiet tagħna, imma, bħal ma tgħid ukoll il-‘World Economic Forum’, hemm mod aktar effiċjenti w’ effettiv biex nitrattaw l-ammonti kbar t’informazzjoni li rridu nipproċessaw kuljum u d-deċiżjonijiet li għandna naffaċċjaw. Albert Einstein darba qal “il-moħħ li jinfetaħ għal idea ġdida qatt ma jirritorna għad-dimensjoni ta’ qabel”. Dan kif? Kif nistgħu noħolquRead More…

back to school post covid

B’inqas minn ħames ġimgħat sakemm jiftħu l-iskejjel f’Malta, il-ġenituri u t-tfal m’għandhomx idea x’se jiġri. Il-Gvern qed jipproponi tliet xenarji, imma għadu ma kkonfermax liema xenarju se jiġi fis-seħħ. Madankollu, il-Ministru tal-Edukazzjoni Dr Owen Bonniċi qal li l-protokols se jkunu simili għal dawk li ġew segwiti waqt Skolasajf. “Waqt il-‘lockdown’, it-tifla marret tajjeb akkademikament. Imma bagħtiet emozzjonalment u soċjalment.” Filwaqt li reġgħu qed jiżdiedu l-każijiet tal-COVID_19, nemmen li huwa żmien delikat biex tagħmel deċiżjoni daqshekk importanti. Ħafna ġenituri qed jibżgħu għas-saħħa tat-tfal tagħhom f’ każ li jkollhom jibgħatuhom l-iskola, imma fl-istess ħin iridu lit-tfal ikomplu jitgħallmu u jqattgħu ftit żmien ma sħabhom – ħafna minnhomRead More…

ethics

Suġġett ġdid imsejjaħ Etika beda jiġi mniedi fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji Maltin fl-2014 u bħalissa qed jiġi mdaħħal f’dawn l-iskejjel. L-għanijiet ta’ dan is-suġġett huma li t-tfal jitgħallmu valuri morali minn approċċ sekulari u mhux denominazzjoni. Dan ifisser li l-istudenti kollha, irrispettivament mit-twemmin tagħhom, jistgħu jagħżlu li jistudjaw l-Etika. Għalkemm l-Etika huwa bbażat fuq it-tagħlim ta’ valuri, l-għan aħħari huwa li t-tagħlim isir mingħajr indottrinazzjoni, għaliex l-Etika tinkoraġġixxi lit-tfal u lill-adoloxxenti biex jaħsbu b’mod kritiku dwar il-valuri tagħhom. Is-suġġett jirrikonoxxi l-fatt li l-valuri morali u etikali jistgħu ikunu kontroversjali, u ġeneralment jiddependu fuq twemmin u opinjonijiet personali ffurmati mis-soċjeta’ ta’ min jikber fiha. DanRead More…