Aktar (Page 2)

sarah everard murder

L-isem Sarah Everard dar madwar id-dinja kollha f’inqas minn xahar hekk kif sparixxiet hi u kienet sejra d-dar. Ftit tal-ġranet wara, il-pulizija kkonfermaw li biċċiet ta’ ġisem li nstabu kienu nfatti ta’ din it-tfajla. Filwaqt li l-inċident seħħ fin-naħa t’isfel ta’ Londra, ħafna nisa minn madwar id-dinja bdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ fastidji u assulti, kif ukoll x’jagħmlu biex iħossuhom sikuri huma u mexjin fit-toroq. Jien u naqra dan bdejt niftakar u nidentifika ċerti azzjonijiet li jiena stess drajt nagħmel waqt li nkun qiegħda barra. L-istorja ta’ Sarah Everard fakkrittni wkoll f’esperjenza li għaddejt minnha ftit xhur wara li għalaqt sbatax-il sena. Dan li seRead More…

Tamara Webb The Balance Queen

X’nista’ ngħid dwar is-sensazzjoni tal-midja soċjali Tamara Webb, li hija magħrufa wkoll bħala ‘The Balance Queen’ – ir-reġina tal-bilanċ? Xejn inqas minn “mara tal-għaġeb!” Iltqajna fuq Zoom minħabba l-pandemija, iżda minkejja l-fatt li tkellimna onlajn, xorta impressjonajt ruħi bil-karattru karismatiku tagħha. Missni kont naf li din il-mara kellha aktar x’turi minn dak li jolqot l-għajn. Għalkemm qatt ma ltqajna qabel, millewwel ħassna komdi nitkellmu ma xulxin. Kont għadni ma rrealizzajtx kemm taħdem għal qalbha, kemm hija ħaġa naturali għaliha li taħdem fin-negozju, u kemm hi attiva fit-twaqqif u t-tmexxija tal-intrapriżi popolari bħal The Balance Queen, Jar, Carb u ħafna proġetti kreattivi oħra li diġa’ humaRead More…

Emma Portelli Bonnici

Emma Portelli Bonnici hija politikanta żagħżugħa b’esperjenzi ma l-għaqdiet ‘We Are’, KSU, MZPN u TEDxUniversityofMalta. Għalkemm Emma hi pjuttost żgħira fl-eta’, xejn ma jwaqqafha. Emma ta’ spiss tuża leħinha biex titfa’ xaq ta’ dawl fuq kwistjonijiet li ċerti politikanti m’għandhomx il-kuraġġ jevalwaw, filwaqt li tibqa’ tevalwa u taħdem biex tkabbar l-għarfien tagħha. Din il-ġimgħa stess, Emma dehret ta’ spiss fuq il-medja soċjali wara li bdiet tinvestiga każ fejn filmat intimu ta’ tfajla ġie muri f’ristorant lokali. Filfatt grazzi għall-investigazzjoni li għamlet irnexxielha tiskopri l-isem tar-restorant kif ukoll l-identita’ ta’ l-udjenza preżenti dakinhar li seħħ il-każ. Iltqajt m’Emma sabiex insir naf aktar dwarha bħala persuna, kifRead More…

you're the worst mum ever

“Int l-agħar omm tad-dinja!”. Hekk qaltli t-tifla tiegħi dalgħodu, f’Jum San Valentinu. Onestament minn dejjem kont niddubita l-kapaċita’ tiegħi bħala omm. U għalkemm nemmen li f’dawn l-aħħar 20 sena għamilt ħilti kollha biex inkun omm tajba għat-tfal tiegħi, hekk kif smajt dak il-kliem ħassejt għafsa ta’ qalb. Nistqarr li l-mod ta’ kif inrabbi lill-uliedi huwa pjuttost differenti mill-metodi li jużaw ommijiet oħra. Ta 18-il sena sirt omm għall-ewwel darba, u minkejja li dak iż-żmien kont qed naffaċċja sitwazzjoni kemmxejn iebsa, addattajt ruħi faċilment għal ħajja bħala omm. Mhux hekk biss, iżda fl-istess waqt kont ġejt mogħtija rigal sabiħ – tifla ċkejkna: tifla li tiddependi fuqi daqsRead More…

separazzjoni

Illum infakkar 10 snin minn kemm l-istituzzjonijiet fil-każ tiegħi ma ħadmux. Bħal lum 10 snin ilu, b’ self esteem f’miljun biċċa, jien għamilt il-kuraġġ u ħadt l-ewwel pass biex nitlaq minn relazzjoni abbużiva. Irnexxieli nagħmel kuntatt ma’ avukat u bagħat l-ewwel ittra lir-raġel biex nibdew proċeduri ta’ separazzjoni, idealment b’mod bonarju. Mhux se nidħol fid-dettalji tal-każ għaliex għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja imma ma nistax nibqa’ aktar siekta fuq id-dewmien esaġerat f’kawżi ċivili u kif dan id-dewmien mhux biss ikompli jivvittimizza lill-vittmi imma wkoll ineżżagħhom minn kull dinjità u mid-dritt li jgħixu ħajja sana. Ftaħna medjazzjoni li damet tkaxkar 11-il xahar. Min hu midħla fil-qasamRead More…

dear mum

Għażiża Ommi, Għalkemm ilek ħafna li ħallejtni għadni qed nesperjenza diversi emozzjonijiet sal-lum il-ġurnata. Qed inħoss il-bżonn li nneħħi dan it-toqol kollu li għandi ġewwa fija anke jekk inti ma tistax taqra’ dan li nixtieq ngħidlek. Għaliex ma kontx iżżiegħel bija meta kont nibki? Għaliex dejjem imbuttajtni minnek? Qatt ma niftakrek tgħannaqni jew tbusni, anke bħala tifla ċkejkna. Kelli bżonnok ma, imma qatt ma tajt kas il-bżonnijiet emozzjonali tiegħi. Kont tirrakkontali stejjer sbieħ dwar Ġesu’, iżda kont ukoll issemmili x-xitan ta’ spiss. Kont nitwerwer kull meta kont nagħmel xi ħaġa ħażina ta’ tfal li kont għax kont naf li kont se npatti għaliha b’ xebgħa…uRead More…

unknown father unrecognised mother in police conduct

Riċentament omm imbikkma kkuntattjat lill-amministratriċi tal-grupp Women for Women (Malta), Francesca Fenech Conti, dwar sitwazzjoni xokkanti li esperjenzat hekk kif marret tiġbor kondotta tal-pulizija għal binha…binha, li kellha trabbi waħedha minħabba li missieru rrifjuta li jerfa’ xi tip ta’ responsabbilta’ tiegħu, u li għalhekk irreġistratu b’ ‘missier mhux magħruf’ (unknown father). Anke jekk dan ix-xokk u l-uġigħ emozzjonali li esperjenzat kienu kbar, din l-omm ħalfet li taħdem biex tara l-ġustizzja sseħħ permezz ta’ tibdil neċessarju f’dan ir-rigward. Din hija l-istorja tagħha… Il-Ħajja f’Soċjeta’ Patrijarka – L-esperjenza Ta’ Omm Minħabba ‘Missier Mhux Magħruf’ Mill-politiċi u l-attivisti kollha li kkuntattjat s’ issa, Francesca kienet l-unika waħda liRead More…

i forgave my abuser

Permezz ta’ kitba anonima fuq il-grupp Women for Women (Malta), mara qasmet l-esperjenza tagħha ta’ vjolenza domestika ma narċissist, partner vjolenti li kellha. Ir-realta’ tagħha ħarġet ċara fi kliemha stess: “ħfirt lil dak li abbuża minni għax bżajt li joqtolni jekk ma naħfirlux“. Anita* tifhem il-fatt li xi wħud jistaqsu mistoqsijiet bħal: “Għaliex ċertu nisa jirrapportaw lill-partners tagħhom fuq abbuż imma mbagħad jirtiraw kliemhom u jwaqqgħu il-kawża?” Anita spejgatilna għaliex għażlet li “taħfer” lil dak li abbuża minnha. Sena ilu Anita għaddiet minn esperjenza trawmatika, fejn il-partner tagħha, narċissist, kien kontinwament jigdeb, jibdel u jimmanipula l-fatti b’kapaċita’ assoluta. Sabiex jiġġustifika l-fatt li kien vjolenti fiżikamentRead More…

Santa Klaws ġie kemmxejn tard dan il-Milied biex jagħti rigal lill-tifla ta’ 9 snin… imma bis-saħħa tal-qalb tajba ta’ Angela u Omar irnexxielu jasal eżatt fil-ħin biex jagħti r-rigali ma ħafna ferħ! Vera li l-Covid19 ħarbat il-Milied ta’ ħafna nies din is-sena, imma nistgħu ukoll insibu stejjer li jserrħulna qalbna. Jien u naħseb waħdi f’dari hekk kif ninsab fuq kwarantina waqt li r-raġel tiegħi jinsab iżolat waħdu fuq, daħalli messaġġ ieħor fuq il-mowbajl. Ħafna mill-messaġġi li rċevejt illum kienu biex jirringrazzjawni jew biex jawgurali Milied tajjeb. Iżda dan il-messaġġ kien kemmxejn differenti. Il-messaġġ kien jgħid hekk: “Jien ‘single parent’ u issa erġajt bdejt naħdem, fl-ewwelRead More…

Rachelle Deguara

Rachelle Deguara hija l-‘Co-Chair person’ ta’ ‘ADZ Green Youth Malta’, sid tan-negozju ‘Mellowmoon’, membru tal-kummissjoni ta’ ‘Young Progressive Beings’ u artista bl-isem ta’ REA. Fi kliem ieħor, Rachelle Deguara hija mara b’viżjoni għal bidla bi pjan li tilħaqha. Iltqajna ma Rachelle biex nitgħallmu aktar dwarha. Minn fejn tħoss li bdiet il-ħeġġa tiegħek għal pjanijiet soċjali u politiċi? Fl-2016 ktibt l-ewwel diska tiegħi, sewwasew meta il-Munxar, f’Marsaskala, kien qed jiġi mhedded bl-iżvilupp sabiex isir villaġġ tal-agri-turiżmu. Kantajt din id-diska open mic f’Maori fejn inzerta kien hemm Alex Caruana, attivist, li nkuraġġieni ningħaqad ma Graffitti. Illum il-ġurnata din saret drawwa u ħajti ma narahiex mingħajrha. Nieħu gostRead More…