Aktar (Page 3)

sustainable fashion movement

Maya Aarohi qed issegwi kors tal-B.A. fl-Ingliż u l-Komunikazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta. Filwaqt li għaddejja bl-istudji tagħha, Maya bdiet moviment għal moda sostenibbli biex tirrivoluzzjona l-industrija tal-moda u tinkuraġġixxi lill-istudenti jkunu aktar etiċi u sostenibbli meta jixtru l-ħwejjeġ. L-attiviżmu ta’ Maya jaf il-bidu tiegħu lill-alleanza internazzjoni msejħa “Fashion Revolution”, u minn hemm fetħet fergħa oħra li sejħet ‘Fashion Revolution UoM’. Minn din l-organizzazzjoni tal-istudenti, Maya qajmet kuxjenza dwar ‘sweatshops’, xogħol minn skjavitu’ u produzzjoni mhux umanitarja minn marki popolari. Hija għallmet lill-istudenti sabiex jaħsbu qabel ma jixtru u anke jfittxu nformazzjoni fuq il-marki li jipproduċu l-ħwejjeġ li jilbsu huma stess. Aħna ltqajna ma Maya biexRead More…

what to do on christmas day

Għadek m’intix ċerta dwar kif tista’ tqatta’ il-ġurnata tal-Milied speċjalment bħalissa waqt din il-pandemija tal-COVID19? Jekk se tqatta’ dan il-perjodu festiv waħdek jew se tkun aktar kwieta mis-soltu, ikkunsidra xi wħud minn dawn is-suġġerimenti t’hawn taħt li jistgħu ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa emozzjonali u soċjali tiegħek… Ninsab nikteb dan l-artiklu fil-5 ta’ filgħodu fejn is-siġra tal-Milied. Għalkemm fil-bidu ma kontx eċitata biex inżejjen dari din is-sena għall-Milied, inħossni kuntenta ħafna bid-deċiżjoni li ħadt. Il-parir “iffoka fuq id-dawl mhux id-dlam” huwa utli ferm speċjalment dis-sena li fiha qed niċċelebraw l-istaġun tal-festi fil-‘bubble’ żgħira tagħna, il-bogħod minn ħbiebna u l-familja. Milied Diġitali 2020 Dawn iż-żminijiet jistgħu jikkawżawRead More…

Ma nistax nieħu nifs … Dak huwa l-ħsieb ewlieni li jiġini f’moħħi kull darba li nesperjenza attakk ta ansjeta‘. Imbagħad inħoss sidri jingħafas, qalbi taħrab, ġismi jibda jirtogħod, ma nkunx nista’ niffoka u nesperjenza l-agħar sensazzjoni ta’ biża. Dak il-ħin, id-dinja tieqaf iddur. Imbagħad infakkar lili nnifsi biex nerġa nibda nieħu n-nifs sew … nifsijiet bilmod waqt li ngħannaq lili nnifsi – ġest li jgħinni nħossni aktar sigura … imbagħad nibda nerġa niffoka ftit ftit. Niftaħ għajnejja li jkunu laħqu mtlew bid-dmugħ u nkun nista’ nerġa nara d-dinja ta’ madwari. Bilmod il-mod kollox jibda jaqleb għall-aħjar u minn hemm jirnexxili nħalli l-attakk t’ansjeta’ warajja, uRead More…

aftermath of a narcissist

Bħalissa ninsabu fl-istaġun marbut mal-Milied, u għal ħafna nies dan l-istaġun huwa meqjuż bħala l-istaġun ta’ l-imħabba, ferħ u prosperita’. Imma sfortunatament dan mhux applikabbli għal kulħadd…għal min hu bħali, it-tiżjin u d-dawl iteptep fost il-kanzunetti ferħana jidwu matul it-toroq iservu bħala vjaġġ mentali lejn il-passat fejn kont niġi trattata ta’ żibel…żmien fejn kont taħt kontroll assolut ta’ narċissist, u l-agħar ħaġa dwar dan kienet li ma stajt nagħmel xejn biex noħroġ mill-morsa li kont spiċċajt fiha. Kien irnexxielu jaqtagħni kompletament minn mal-familja u l-ħbieb tiegħi, u għalhekk kont nemmen li ma kelli l-ebda mod li bih stajt nitlob l-għajnuna…u onestament, anke kieku kelli ċansRead More…

child maintenance

Il-bieraħ irċevejt messaġġ emozzjonanti mingħand ħabiba tal-qalb tiegħi – omm ta tlett’ itfal, mara li ili naf għal aktar minn għaxar snin. Waqt il-konverżazzjoni li kellna aktar tard ma felħitx iżżomm id-dmugħ għat-tortura li l-ex tagħha, missier binha ż-żgħir, għadu qed jgħaddiha minnha. Iżda l-aktar ħaġa li tweġġagħha f’din ir-realta’ hija li l-Qrati tal-Ġustizzja tagħna donnhom iħobbu jissapportjaw missirijiet li jibqgħu jittormentaw u jkissru lill-ex maħbubin tagħhom permezz ta’ nuqqas t’azzjoni, anke fejn ikun hemm evidenza ċara t’inġustizzja u gideb bla waqfien minn naħa tal-missier. Din hi Sonia*, li aċċettat li taqsam l-esperjenza personali tagħha bit-tama li jsir tibdil fis-sistema ġudizzjarja tagħha b’relazzjoni mal-liġijiet tal-mantenimentRead More…

landlords refuse rent to single mother

Dan l-aħħar aktar u aktar nisa qed jitkellmu dwar sitwazzjoni komuni li qed jiltaqgħu magħha bħala ‘single mothers’ meta jkunu qed ifittxu biex jikru appartament. Filwaqt li ċertu sitwazzjonijiet bħal żidiet drastiċi fl-ammont tal-kera għadhom l-istess, iltqajna ma Tina* li qaltilna li qed tesperjenza dik li tidher li hi diskriminazzjoni speċifikament immirata lejn ‘single mothers’. Tina* kienet qed toqgħod f’appartament bil-kera għall-aħħar sena, u kull xahar ħallset il-kera u l-kontijiet relatati fil-ħin u bla ebda problemi. U filwaqt li fil-perjodu tal-‘lockdown’ ħafna mis-sidien ta’ postijiet bil-kera naqqsu l-prezzijiet tagħhom, Tina* baqgħet tħallas l-ammont kollu bla tgergir. Madankollu, is-sid tal-post issa ddeċieda li minħabba li l-kuntrattRead More…

marrying a paedophile

Kienet is-sena 2010 u jien kont ‘single mother’ ta’ tifla ta’ 3 snin. Kont kuntenta pero kelli ċertu vojt f’qalbi, u għalhekk ingħaqadt mal-websajt Connecting Singles. Wara xi messaġġi pjuttost strambi sa fl-aħħar irċivejt messaġġ ħelu minn raġel. Kemm deher orrajt! Qalli li kien għadu kemm ġie joqgħod Malta riċentament u li kien jaħdem fis-settur tal-‘i-gaming’. Wara xi ftit ġimgħat nikkomunikaw iddeċidejna li niltaqgħu għax konna qed naqblu ħafna flimkien. Tant ħassejtni komda miegħu li saħansitra ftaħt qalbi miegħu dwar abbuż sesswali li kont esperjenzajt fit-tfuliti. L-ewwel ‘date’ tagħna kienet waħda indimentikabbli. Eventwalment iltaqa’ wkoll mat-tifla tiegħi u bħal donnhom qablu ħafna flimkien. Wara madwarRead More…

pro-life pro-choice

Jiena favur il-ħajja. Għalija l-ħajja għandha valur. Inħobb lil kulħadd b’qalbi kollha, anke l-dawk li għamluli l-ħsara fil-passat, u nemmen li kulħadd għandu potenzjal. Jiena w’nikber ġejt mgħallma biex nara l-valur u l-potenzjal f’kull ħaġa ħajja, bl-istess mod bħal ma nħares lejn tfal, adulti, u kwalunkwe ħaġa ħajja oħra. Għalhekk ili nsejjaħ lili nnfisi favur il-ħajja għal ħafna snin. Kelli ħafna problemi fil-passat, inklużi tqaliet mhux mistennija, li nammetti ħallew impatt drammatiku fuq ħajti speċjalment f’dawk iż-żminijiet. Kelli nkampa waħdi, bi ftit biss għajnuna. Naf xi jfisser li tbati b’dipressjoni ta’ wara l-ħlas…mhux darba esperjenzajtha, imma darbtejn. Naf xi jfisser li jkollok ħsibijiet kontinwi ta’Read More…

tips homeschooling covid pandemic

Bla dubju kollha kemm aħna nistgħu naqblu li s-sena 2020 ssorprendietna. Żgur li ħafna minna f’Marzu li għadda ma kellna l-ebda ħsieb li sa l-aħħar tas-sena konna se nkunu għadna qed nissaraw mal-COVID-19 f’pajjiża (bħal ma qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta’ madwar id-dinja) mingħajr data fissa għal vaċċin sigur kontra l-vajrus. Dan wassal għal ħafna nċertezza u biża’ fejn jidħlu uliedna w’ l-iskola, speċjalment għal dawk il-ġenituri u tfal li huma meqjusa vulnerabbli u suxxettibbli għal komplikazzjonijiet relatati ma’ dan il-vajrus. Għal din ir-raġuni ħassejt li għandi naqsam magħkom pariri dwar dak li personalment qed nagħmel mat-tfal tiegħi bħala ‘homeschooling’, sistema li qbadt sa mill-biduRead More…

stillborn experience

Konna tassew eċitati biex niltaqgħu mal-ewwel tarbija tagħna. It-tqala tiegħi kienet waħda tajba u mxiet sew, il-movimenti tat-tarbija kienu tfakkira kostanti tat-tqala li kont qed inġorr. Madankollu, nistqarr li kelli biża’ kbira mit-twelid – imma fir-realta’ min ma jibżax? L-iljieli bdew isiru itqal, u kont bdejt inbagħti biex norqod. Imbagħad darba waħda filgħaxija, eżatt wara t-38 ġimgħa, ma stajtx norqod, u spiċċajt indur minn naħa għall-oħra tal-kamra. Ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina. Ma bdejtx inħoss lit-tarbija tiċċaqlaq bħal qabel, imma kkonvinċejt ruħi li dan kien effett tal-biża’ li kont qed nesperjenza. Wara kollox dakinhar stess filgħodu kelli ‘ultrasound’ u kollox kien deher liRead More…