Benessere (Page 2)

Francesca Fenech during treatment

Wara aktar minn tlett xhur maqfula ġewwa ħassejt il-bżonn ta’ bidla totali. Xtaqt nerġa nieħu r-ruħ, nerġa nħossni “ħajja”. Bdejt b’ vista għand il-‘hairdresser’ tiegħi Bianca ta’ Alfie’s, li għamlitli ‘cut’, ‘colour’ u ‘blow-dry’. Irnexxieli wkoll ingawdi minn konsultazzjoni qasira dwar ‘moisturizer’ mal-‘beautician’ u ‘makeup artist’ Francesca Scerri Rizzo, oħt Bianca, li bħal dejjem mingħajr ma ssikkatni dwar il-prodotti varji li għandha, spjegatli u tagħtni kampjuni b’ xejn biex nippruvahom u nara liema jogħġbuni l-aktar. Ħriġt mis-‘salon’ inħossni ħafn’ aħjar u lesta għal konsultazzjoni oħra dwar il-possibilta’ ta’ trattamenti estetiċi ta’ malajr b’ riżultati fit-tul. Għalhekk tlaqt niltaqa’ ma Dr Joanna Delia ta’ People andRead More…

sunscreen frezyderm

Kollha kemm aħna nafu kemm hu mportanti li nużaw ‘sunscreen’ biex nipprevjenu ħsara mir-raġġi tax-xemx, tikmix u anke kanċer tal-ġilda, iżda fir-realta’ kemm minna sabu ditta ta’ ‘sunscreen’ għal qalbhom tant li ma joħorġux il-barra mid-dar mingħajr ma jużawh? Kemm hu diffiċli ssib ‘sunscreen’ li ma jdellikx, ma jħallix traċċi żejda, jew li jkun iwaħħal ħafna iżda jkun effettiv! Kull sajf nispiċċa nixtri sa tlett ditti differenti bit-tama li nsib ditta għal qalbi, iżda qatt ma rnexxieli. Minħabba l-fatt li s-sajf tiegħi ngħaddi ħafna ħin minnu fuq dgħajsa f’ temperatura ta’ mill-inqas 30 grad, irrid inkun ċerta li s-‘sunscreen’ tiegħi ma jitlaqx bl-ilma, u liRead More…