Noħolqu Aktar Għarfien Dwar il-Kanċer tas-Sider fix-Xahar t’Ottubru 2021
Reġa wasal ix-xahar t’Ottubru – xahar li fih ta’ kull sena madwar id-dinja noħolqu aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u l-impatt li dan iħalli fuq in-nisa; xahar li nirreferu għalih bħala Pink October. Il-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni fin-nisa Maltin, kemm mil-lat ta’ rata t’inċidenza, kif ukoll ta’ mortalita’. Għalkemm il-kawża primarja għadha sal-lum mhux magħrufa, hemm fatturi ta’ riskju li jżidu ċ-ċans li persuna tiżviluppa dan it-tip ta’ kanċer. Dawn jinkludu: passat ta’ kanċer tas-sider fil-familja, eta’ akbar, passat ta’ boċċi mhux kanċerużi, dijanjosi ta’ kanċer tas-sider fil-passat, kif ukoll piż żejjed jew obeżita’, u teħid eċċessiv ta’ alkoħol. Jekk għandek riskju akbarRead More…