Parentcraft Midwives – Qwiebel Li Jipprovdu Edukazzjoni u Sapport Lill-Ommijiet u Nisa Li Qed Jistennew Tarbija
‘Parentcraft Services’ huwa servizz indipendenti offrut mid-Dipartiment tal-Obstetrika fl-ewwel sular, blokka E, fl-Isptar Mater Dei. ‘Parentcraft Services’ joffru edukazzjoni u s-sapport kemm waqt, kif ukoll wara t-tqala. Waqt li kont qed nagħmel ftit riċerka għall-informazzjoni neċessarja għal dan l-artiklu, kont fortunata biżżejjed li tkellimt maċ-‘Charge Midwife and Parentcraft Services Coordinator’, Louise Bugeja, li permezz ta’ telefonata ġentilment kellmitni fid-dettal dwar l-opportunitajiet edukattivi kollha li jiġu offruti permezz ta’ dan is-servizz. Ms Bugeja spjegatli li l-edukazzjoni sseħħ f’’team meetings’ li jiġu offruti għall-ommijiet/koppji li qed jistennew tarbija, ommijiet tqal b’tewmin, nanniet, u ommijiet bi tqaliet konsekuttivi. L-ommijiet jiġu mgħaqqda flimkien fi gruppi skond ix-xahar li jkunuRead More…