X’Għandi Niekol Waqt it-Tqala?
Dieta bbilanċjata Dieta bbilanċjata hija parti importanti ħafna għall-istil ta’ ħajja sana, imma hija speċjalment vitali jekk tkun tqila jew qed tippjana tqala. Li tiekol affarijiet tajbin għas-saħħa jgħin lit-tarbija tiżviluppa u tikber tajjeb. Sakemm, ma tbatix minn xi marda relatata ma’ l-ikel, m’għandekx bżonn taddatta għal dieta speċjalizzata, imma huwa mportanti li tiekol varjeta’ ta’ ikel kuljum biex takkwista bilanċ tajjeb ta’ nutrijenti għalik u għat-tarbija tiegħek. Il-‘Folic acid’ huwa suppliment li dejjem irid jittieħed waqt it-tqala, apparti vitamini oħra li jistgħu jingħataw skond il-każ. Għalkemm jista’ jaqbdek aktar ġuħ meta tkun tqila, mhuwiex veru li għandek ‘tiekol għal tnejn’. Fil-fatt, jekk tagħmel danRead More…