Il-ġlieda kontinwa għat-telf ta’ piż hija realta’ għal ħafna. L-istatistiċi juru li r-rata tal-obeżita’ fil-popolazzjoni tagħna, kemm fil-kbar u kemm fiż-żgħar, hija allarmanti ħafna. B’mod ġenerali n-nies huma konxji tal-implikazzjonijiet negattivi dwar is-saħħa marbuta ma’ piż eċċessiv.
Hemm varjeta’ ta’ fatturi li jaffettwaw il-piż tagħna; il-ġenetika, il-metaboliżmu, l-eta’, l-istil ta’ ħajja li ngħixu, id-drawwiet tagħna relatati mal-ikel u r-rutina tal-eżerċizzju kollha jagħmlu parti minn dan.
Minħabba s-sitwazzjoni kurrenti tal-COVID-19, ħafna nies biddlu r-rutina tax-xogħol u bdew jaħdmu mid-dar. Dan wassal biex kien hemm bidla wkoll fid-drawwiet relatati mal-ikel. Ċertu persuni sabu aktar ħin f’idejhom, u ddeċidew li jesperimentaw aktar fil-kċina. Dan wassal għall-żieda fil-piż mhux mixtieqa!
M’hemmx mirakli fejn jidħol it-telf tal-piż, u persuna trid ġenwinament tikkommetti ruħha għal saħħitha kuljum. Għalkemm tinstema’ li hi ħaġa ħafifa, id-dieta hija ħafna aktar milli tagħżel ‘salad’ minflok berger u ċips, jew li timxi għal 30 minuta darbtejn fil-ġimgħa. Approċċ ħolistiku huwa neċessarju fejn, minbarra li għandek tnaqqas l-ammont ta’ kaloriji li tieħu, għandhom ukoll jiġu diskussi l-bidliet fl-imġieba relatata.
Għal xi wħud, l-ikel huwa konfort li jgħinhom jaffaċċjaw il-problemi emozzjonali. F’dan il-każ, tista’ tkun ħaġa diffiċli ferm biex tnaqqas il-piż qabel ma taffaċċja l-problemi l-oħra. ‘Counselor/nutritionist’, tista’ tgħinek tidentifika dik l-imġieba u tgħinek titgħallem kif tbiddilha.
It-telf fil-piż jieħu ż-żmien u l-persuna idealment trid toħloq għanijiet qosra u realistiċi li jgħinuha tibqa’ motivata biex tkompli dak il-vjaġġ. Jgħinek ukoll li tagħżel rutina tal-eżerċizzju li tieħu gost tagħmel u li tista’ tagħmilha għal żmien twil. Il-benefiċċji tal-eżerċizzju regolari huma dokumentati u magħrufa: aktar enerġija, burdata aħjar, għadam b’saħħtu u rqad aħjar. Li żżomm djarju biex tikteb fuqu l-ikel li tiekol u l-eżerċizzju li tagħmel jista’ jgħin ukoll. Iżda l-aktar ħaġa importanti biex takkwista u żżomm piż tajjeb hija l-konsistenza.
Dak li tagħżel li tagħmel għandu jkun addattat speċifikament għalik!
L-ebda dieta, tkun kemm tkun tajba, ma hija sostenibbli jekk l-ikel ma jkunx tajjeb. Li tagħżel ingredjenti tajbin, tiekol porzjonijiet iżgħar u tiekol inqas laħam u aktar ħaxix fl-ikliet ta’ kuljum jgħin ħafna biex iżżomm il-piż ideali.
XLS-Medical Supplements
Supplimenti jistgħu jgħinuk fil-vjaġġ tat-telf ta’ piż tiegħek. Il-prodotti ta’ ‘XLS-Medical’ jikkonsistu f’kumpless naturali ta’ fibra privattiv idderivat minn sorsi organiċi.
Kif jaħdmu?
‘XLS-Medical Fat Binder’ huwa approvat klinikament li jingħaqad max-xaħam li jittiekel, filwaqt li ‘XLS-Medical Max Strength’ jaħdem billi jwaqqaf ftit mill-attivita’ tad-‘digestive enzymes’, li jirriżulta f’inqas tkissir ta’ karboidrati, zokkor u xaħam. B’hekk dawn jibqgħu wisq kbar biex jiġu assorbiti fl-imsaren u għalhekk jibqgħu għaddejjin u joħorġu mis-sistema diġestiva b’mod naturali. Ikun xi jkun il-prodott li tagħżel, kollox jiddependi fuq id-dieta tiegħek, u t-tabib tas-saħħa tiegħek jista’ jgħinek tagħmel l-aħjar għażla għall-bżonnijiet speċifiċi tiegħek.
‘XLS-Medical’ jistabbilizza z-zokkor fid-demm u l-livelli tal-insulina, li jgħinek iżżomm kontroll fuq l-aptiti li jkollok u l-immaniġjar taz-zokkor fid-demm. Dan jgħinek ittejjeb id-diġestjoni billi jipprevjeni l-istitikezza. L-istudju li sar wera li jekk tgħaqqad is-supplimenti tal-‘XLS-Medical’ ma’ dieta bbilanċjata, tista tonqos sa tlett darbiet jew erbgħa darbiet aktar minn dawk li jimxu ma dieta biss. Wara sitt ġimgħat, pazjenti li jieħdu ‘XLS-Medical’ kellhom ukoll nuqqas tas-sindromu metaboliku u kolesterol meta kkumparati ma dawk li ingħataw ‘placebo’ waqt l-istess studju.
Għal min?
Il-prodotti tal-‘XLS-Medical’ huma indikati għall-pazjenti li għandhom il-fuq minn 18-il sena u li għandhom piż żejjed jew obeżita’. Huwa rakkomandat li jieħdu dawn il-pilloli għal aktar minn xahar. Wara li jilħqu l-piż li jixtiequ, il-prodotti ‘XLS-Medical’ jistgħu jittieħdu meta l-persuna tkun se tieħu ikla mimlija kaloriji biex iżommu l-istess piż. Huwa rakkomandat ukoll li tixrob mill-inqas 2 litri ilma kuljum meta tieħu ‘XLS-Medical’.
Il-prodotti tal-‘XLS-Medical’ għandhom profil ta’ sikurta u tollerabbilta’ stabbilit. Madankollu, huwa dejjem importanti li titkellem ma tabib jekk għandek xi kundizzjoni medika jew qed tieħu xi mediċina.
Wieħed jista jsib il-prodotti tal-‘XLS-Medical’ għand l-ispiżjar, f’ċerti ħwienet tas-saħħa u onlajn fuq https://healthclub.mt