Share the love

Il-Ġurnata Dinija Favur il-Kontraċezzjoni, jew kif nafuha aħjar il-‘World Contraception Day’ tiġi ċċelebrata kull sena fis-26 ta’ Settembru.

L-għan ta’ ‘World Contraception Day’ hija li toħloq kuxjenza dwar kull metodu differenti ta’ kontraċezzjoni disponibbli, biex in-nies ikunu jistgħu jagħmlu għażliet tajbin u nfurmati sew rigward is-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom.

Il-kampanja annwali ‘World Contraception Day’ bdiet fl-2007, u ġiet ikkreata minn viżjoni fejn kull tqala tkun mixtieqa. Il-kunċett tal-ippjanar tal-familja kif ukoll l-aċċess għal dawk il-metodi tal-kontraċezzjoni preferiti huma essenzjali għas-saħħa u l-awtonomija tal-ġisem tal-mara. Hija tissapportja wkoll prosperu tal-iżvilupp ta’ komunita aħjar, u tgħin biex tnaqqas il-poverta.

Il-Kontraċezzjoni Żiedet l-Opportunitajiet Lin-Nisa

Opportunitajiet Finanzjarji: Terz tal-qligħ fil-pagi f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin jista’ jiġi attribwit għall-aċċess tal-kontraċettivi orali. Filwaqt li xi nisa llum għadhom jaffaċċjaw pagiet baxxi, il-kontraċezzjoni xorta qed tikkontribwixxi biex titnaqqas l-eżistenza tad-differenza tal-pagi bejn in-nisa w’ l-irġiel (Bailey et al., 2012 as cited by Sonfield et al., 2013).

Opportunitajiet Edukattivi: Riċerka turi li l-aċċess għal kontraċezzjoni orali minn nisa qabel l-eta’ ta’ 21 sena tirriżulta f’aktar nisa li jkomplu l-istudji tagħhom, filwaqt li nstab li kien hemm tnaqqis ta’ 35% ta’ nisa li telqu mir-rata tal-edukazzjoni fost in-nisa b’aċċess għal kontraċettivi orali (Hock, 2007 as cited by Sonfield et al., 2013). Kien hemm żieda ta’ 20% ta’ nisa li kellhom aċċess ta’ kontraċettivi orali, li daħlu l-universita’, meta ġew ikkumparati ma nisa li ma kellhomx aċċess (Bailey et al., 2012 as cited by Sonfield et al., 2013). Madankollu, l-abbilta’ li n-nisa jkollhom aċċess għall-‘pill’ legalment qabel jagħlqu l-21 sena, ikkontribwixxiet f’żieda ta’ 2.3% ta’ nisa li ggradwaw mill-universita’. Kien hemm anke nisa li kellhom it-tfal u komplew isegwu opportunitajiet ta’ edukazzjoni (Ananat and Daniel, 2012 as cited by Sonfield et al., 2013). Finalment, kien hemm żieda ta’ 30% fil-proporzjon ta’ nisa fl-‘Advanced Professional Degrees’ bejn is-snin 70 u 90, li jistgħu jiġu attribwiti għall-aċċess ta’ ‘birth control’ (Goldin and Lawrence, 2002 as cited by Sonfield et al., 2013).

Inqas ‘Teenagers’ tqal: Skond l-uffiċċju tal-istatistika nazzjonali kif imsemmi fuq ‘SexualHealth.gov.mt’, 32 tarbija twieldu lil tfajliet li għandhom 16-il sena jew inqas f’Malta fl-2011. Fl-2004, kien hemm 187 wild minn ommijiet li kellhom bejn 16 sa 19-il sena. Fl-Istati Uniti saret analiżi tan-National Survey of Family Growth (NSFG), is-sors ewlieni ta’ nformazzjoni tal-gvern dwar il-popolazzjoni u s-saħħa riproduttiva, li sabet li l-kontraċezzjoni tikkontribwixxi għal 86 fil-mija tat-tnaqqis reċenti fit-tqala fl-adoloxxenti (Santelli et al., 2007). Dawn in-numri jindikaw l-importanza li nimplementaw strateġiji biex nippromwovu aktar informazzjoni fuq l-użu ta’ kontraċezzjoni f’Malta.

Nuqqas ta’ Tqaliet Mhux Ippjanati: Fl-Istati Uniti, is-servizz tal-ippjanar tal-familja jgħin in-nisa jipprevjenu 2.2 miljuni ta’ tqaliet mhux ippjanati kull sena. Mingħajr dawn is-servizzi, in-numru ta’ tqaliet mhux ippjanati u n-numru tal-abort kien ikun madwar żewġ terzi ogħla milli qiegħdin bħalissa (Frost et al., 2013).

Prevenzjoni tal-kanċer: L-użu ta’ kontraċezzjoni orali dejjem wera li jnaqqas ir-riskju tal-kanċer tal-ovarji u tal-endometriju (NCI, 2012).

Għal aktar informazzjoni fuq il-metodi tal-kontraċettivi kollha disponibbli f’Malta tista’ taqra artiklu ddettaljat ħafna miktub speċifikament għal Wham minn Speċjalista Ġinekoloġista Dr Michele Montanaro-Gauci MD. MSc. FRCOG fuq https://wham.com.mt/mt/2020/06/30/il-kontracettivi-f-malta/

Tista ssib aktar informazzjoni rigward il-kontraċettivi fuq https://sexualhealth.gov.mt/content/contraception minn ‘The Health Promotion and Disease Prevention Directorate’ jew segwi l-paġna ta’ Facebook Sexual Health Malta.

Referenzi:

Frost, Jennifer J., et al. (2013). Contraceptive Needs and Services, 2010. New York: Guttmacher Institute.

NCI — National Cancer Institute. (2012). Oral Contraceptives and Cancer Risk. Accessed at http://www.cancer.gov/cancertopics/factsheet/Risk/oral-contraceptives

Santelli, John S., et al. (2007). “Explaining Recent Declines in Adolescent Pregnancy in the United States: The Contribution of Abstinence and Improved Contraceptive Use.” American Journal of Public Health, 97(1) , 150 – 156.

Sexual Health. Teenage Pregnancy. Accessed on 25th September 2020 at https://sexualhealth.gov.mt/content/young-people/teenage-pregnancy

Sonfield, Adam, Hasstedt, Kinsey, Kavanaugh, Megan L, & Anderson, Ragnar. (2013). The Social and Economic Benefits of Women’s Ability To Determine Whether and When to Have Children. Policy File, Policy File, 2013-03-01.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *