Share the love

Wara ‘post’ riċenti fuq Facebook, il-Ġinekoloġista Dr. Rita Hansagi ħasset li kellha tintervjeni biex tfiehem aktar il-kunċett tal-‘MAP (Morning After Pill)’ u kif taħdem.

Għeżież, jiena ġinekoloġista. Il-professjoni tiegħi tirrikjedi li nwieġeb din il-mistjoqsija.

Hemm 2 tipi ta’ MAP disponibbli f’Malta.

1. Escapelle –Li fiha doża għolja tal-ormona ‘progesterone’ artifiċjali. L-unika ħaġa li tagħmel il-‘progesterone’ hi li tipposponi jew ‘tibblokkja’ l-ovulazzjoni, billi iddewwem iż-żieda tal-LH. Hija sempliċiment relatata mal-bijoloġija tal-ormoni. Ma toqtolx trabi.

2. Ella One – Din tikkonsisiti f’tip ieħor ta’ kimika msejħa ‘ullipristat’ – imma għandha mekkaniżmu differenti – taħdem billi timmodifika l-attivita’ tal-‘progesterone’, imma fl-aħħar mill-aħħar jiġri l-istess ħaġa – tipposponi l-ovulazzjoni. Ma toqtol l-ebda tarbija. Billi ma tħallix ċellola ta’ bajda biex tiġi rrilaxxata, il-fertilizzazjoni ma tistax isseħħ. B’hekk mhux se jifforma embrijun. Hija qed tippreveniha milli tiġri. Dan huwa prattikament l-għan ta’ kull pillola kontraċettiva. Id-differenza hija fid-doża u fl-effetti sekondarji li jista’ jkollha. Issa jekk il-pillola tiġi meħuda wara li seħħet l-ovulazzjoni, il-metodu tagħha jkun falla. Tista’ xorta tinqabad tqila u t-tqala mhux se tiġi affetwata biha. Anzi ħafna nisa jinqabdu tqal xorta waħda. Kollox jiddependi mill-istadju taċ-ċiklu li tkun wasalt fih meta tieħu l-pillola.

Il-frażi speċjali relatat mas-suċċess tal-MAP hija: qabel l-ovulazzjoni u malajr kemm jista’ jkun wara sess mhux protett jew falliment ta’ metodi kontraċettivi oħra. Aktar ma teħodha kmieni, aktar għandek ċans li taħdem.

Jekk tfittex statistiċi tajbin meħuda minn pubblikazzjonijiet mediċi akkreditati, għandek issib li r-rata li l-MAP jirnexxilha tipprevjeni t-tqala hija madwar 80-85%, mhux għax m’hijiex effiċjenti, imma għax il-persuna tkun diġa’ għaddiet mill-ovulazzjoni u għalhekk ma tistax tpoġġi l-bajda lura f’postha. U hawn hija t-tweġiba.

Jekk il-MAP toqtol kull embrijun, jekk tkun qed timmira għall-embrijun, kieku ma tagħmilx differenza meta teħodha (jekk hux qabel jew wara l-ovulazzjoni). Il-MAP ma toqtol l-ebda tarbija, imma sempliċiment iddewwem il-proċess li fih tiġi rrilaxxata l-bajda, u għalhekk bl-ebda mod ma tista’ titqies bħala abortiva. Ippruvajt inkun ċara kemm nista’.

Dr. Rita Herczegh-Hansagi

Speċjalista tal-Ostetriċja-Ġinekoloġija
St James Hospital Group Zejtun, Sliema, Burmarrad; Remedies Clinic Birkirkara; DaVinci Hospital Birkirkara


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *