Share the love

F’dan ix-xahar t’Ottubru, Toly qed jikkollaboraw mal-Fondazzjoni ‘Women for Women’ għall-kampanja annwali Toly Thinks Pink, inċentiva sabiex titqajjem kuxjenza u jinġabru l-flus mill-bejgħ tal-‘compacts’ tal-‘blusher’ ta’ Toly, li huma disponobbli f’erbgħa kuluri.

Toly huma appassjonati dwar l-iżvilupp ta’ modi ġodda biex jgħaqqdu u jispiraw lin-nisa sabiex ikunu nvoluti, billi jsibu mezzi ġodda ta’ għajnuna ħalli jaffaċċjaw il-ġlieda u jissapportjaw gruppi vulnerabbli – persuni li qed isofru mill-kanċer tas-sider u li bħalissa qed jaffaċċjaw id-doppju tar-riskji u vulnerabbilta’, f’nofs il-pandemija tal-‘coronavirus’.

Il-fondazzjoni ‘Women for Women’ hija organizzazzjoni ‘non-profit’ fuq Facebook, li għandha aktar minn 37 elf mara li jinkuraġixxu u jissapportjaw lil xulxin, u li riċentament ġiet maħluqa bħala fondazzjoni apparti mill-grupp ta’ Facebook. Mill-komunita’ b’saħħitha u leali li nbniet, Toly ingħaqdu ma din il-pjattaforma biex jaraw kif ixerrdu l-kampanja permezz ta’ komunikazzjoni akbar, u jaffaċjaw il-ġlieda b’mod effiċjenti b’mod kollettiv.

Waqt dan ix-xahar iddedikat għall-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, aħna niftakru f’dawk in-nisa li tilfu ħajjithom, li illum qed jiġġieldu din il-ġlieda u lill dawk li rnexxielhom jirbħuha u jgħixu bil-marki tagħha. Bil-COVID-19 li bħalissa qed jisraq ix-xena f’ dawn iż-żminijiet inċerti, xejn ma’ jista’ jwaqqafna jew idewwimna milli nieħdu ħsieb ħajjitna u l-ħajja ta’ dawk ta’ madwarna.

L-għan ewlieni tal-kampanja Toly ‘Thinks Pink’ huwa biex inserrħu rasna li kull mara affettwata bil-kanċer tas-sider tirċievi l-aħjar trattament, servizz u kura possibli, u li jkunu jafu li huma m’humiex weħidhom. Minn din l-inizjattiva, kontribuzzjoni ġeneruża tingħata b’donazzjoni lil Hospice Charities u direttament lill-fondazzjoni ‘Women for Women’.

Kabbar is-sapport u agħti sorpriża lin-nisa favoriti tiegħek billi tibagħtilhom rigal żgħir t’apprezzament. Permezz tas-sit ‘Beauty Source’, aħna ħlaqna ‘blusher compacts, paraben-free’, li huma disponibbli biex b’għafsa ta’ buttuna tkun tista’ tissapportja lil dan il-moviment għal prezz ta’ €6.50 biss għal kull ‘compact’.

Waqt li aħna naddattaw għar-rekwiżiti li jbiddlu l-ħajja, bi front aktar diġitali u inqas interazzjoni wiċċ imb’wiċċ, jekk din is-sena għallmitna xi ħaġa hija li waħedna kapaċi nagħmlu xi ftit affarijiet, imma flimkien nistgħu nagħmlu differenza ħafn’ ikbar!

Għati donazzjoni llumhttp://beautysource.info/index.php/product/toly-thinks-pink-breast-cancer-awareness-compacts/


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *