Share the love

Monsoon

Monsoon hija marka kummerċjali ta’ stil ta’ ħajja li tagħmillek ħajtek aktar rikka permezz ta’ sbuħija naturali, pożittivita’ u skoperti bla tmiem…

L-istorja tagħna taf il-bidu tagħha lil raġel u l-viżjoni tiegħu; biex iġib ilbies vibranti, mimli kuluri, maħduma b’reqqa bl-idejn minn postijiet il-bogħod lejn is-suq ta’ Londra.  Kien vjaġġ li beda f’Ibiza fl-1970 f’komunità ta’ hippies, u spiċċa fi vjaġġar estiż fuq l-art lejn il-Lvant, mill-Afganistan u l-Indja. Il-fundatur tagħna, Peter Simon, ġieb lura minn dawn l-avventuri esperjenzi li biddlulu ħajtu sabiex jibda jaqbad sensibilità ġdida għal dawk id-drappijiet sbieħ, ispirati mill-Boemja, ipprintjati u minsuġa bl-idejn, b’dettalji maħduma bil-ganċ, li beda n-negozju bihom minn ħanut f’ Portobello Road, Londra.

Tlett snin wara fetaħ l-ewwel Monsoon.

MonsoonAccessorize

Sa mill-bidu nett, Monsoon ħadem ma’ nies tas-sengħa f’ villaġġi u komunitajiet żgħar. Ma’ kienx hemm dubju li dawn il-komunitajiet u nies tas-sengħa riedu kummerċ, mhux għajnuna, sabiex jiksbu indipendenza sostenibbli. Fl-1994, The Monsoon Accessorize Trust ġie stabbilit. Permezz tal-edukazzjoni, kura tas-saħħa u proġetti li jiġġeneraw dħul finanzjarju, it-trust għadu jkompli jgħin nisa diżavvantaġġati u tfal fl-Asja kollha sal-lum.

L-ewwel kollezzjonijiet Monsoon kienu jinkludu lbies boem sabiħ ħafna, magħmul f’villaġġi Indjani li użaw newl magħmul bl-idejn, b’żebgħa veġetali organika u b’teknika artiġjanali ta’ stampar bi blokki. Imma, għalkemm frixna aktar f’marka kummerċjali dinjija, qatt ma tlifna l-interess tagħna lejn l-ambjent kif ukoll l-impenn tagħna lejn negozju etiku. Għalhekk minbarra li nistinkaw biex nagħmlu dak li hu xieraq ma’ persuni li jagħmlulna affarijiet tant sbieħ, naħdmu qatiegħ ukoll biex f’dak kollu li nagħmlu nnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent.

Monsoon hija marka kummerċjali ta’ stil ta’ ħajja li tagħmel il-ħajja ta’ kuljum aktar rikka permezz tas-sbuħija naturali, skoperti bla tmiem u pożittivita’. Aħna imħeġġa biex ngħaqqdu disinji kontemporanji ma’ xibka ta’ nies tas-sena li joħolqu kollezzjonijiet uniċi li wieħed ikollu għal qalbu. Aħna nħobbu nagħmlu l-jum tal-klijenti tagħna dik in-naqra izjed speċjali u ‘l fuq minn dak li hu ordinarju!

KOLLEZZJONI S.E.W.

TFITXIJA TA’ KOLLEZZJONI FAVUR L-AMBJENT

MonsoonAccessorize

Viżjoni u Strateġija

Is-sostenibilita’ kienet dejjem fil-qalba tan-negozju tagħna.  Aħna marbutin li nagħmlu lbies sabiħ li jġib il-prosperita’ lill-komunitajiet li naħdmu magħhom, filwaqt li nibqgħu dejjem konxji dwar l-impatt fuq l-ambjent.  Aħna jimpurtana mill-klijenti tagħna, mill-prodotti tagħna u mill-persuni li jipproduċuhom.

Illum, jidhru resqin lejna sfidi ġodda. It-tibdil fil-klima u nuqqas ta’ ilma, jolqtuna ftit jew wisq ilkoll kemm aħna. Hekk kif nippreparaw ruħna għal dawn l-isfidi li ġejjin, aħna marbutin li nżommu mpatt pożittiv u kostanti fuq il-komunitajiet kollha li naħdmu magħhom, inklużi l-klijenti, il-katina tal-fornituri tagħna u l-ambjent in ġenerali.  M’għandniex risposta għal kollox imma nafu li jeħtiġilna naħdmu flimkien biex inħallu mpatt pożittiv fuq ġenerazzjonijiet futuri.

Il-mod kif naħdmu

Aħna nimxu fuq tlett prinċipji fl-appoġġ tal-prodott, tal-persuni u tal-pjaneta: li tkun SOSTENIBBLI bl-użu risponsabbli ta’ fibri estratti u drappijiet sostenibbli; li tkun KOMMESS li tgħin komunitajiet u li jkollok impatt pożittiv fuq ġenerazzjonijiet futuri; u li tkun KONXJU li tnaqqas il-firxa tal-intervent tiegħek fuq l-ambjent.

Permezz ta’ dawn il-prinċipji, żviluppajna mod ta’ azzjoni li jassigura li dawn iż-żoni jibqgħu minn ta’ quddiem fl-istrateġija sostenibbli tagħna, il-miri u l-viżjoni matul l-2020 u aktar ‘l quddiem.  Bnejna sħubija qawwija mal-fornituri tagħna għal ħafna snin.  Ilna naħdmu ma’ xi fornituri tagħna sa mill-ewwel jum li bdejna fl-1973.  Ħdimna magħhom fi żminijiet tajba kif ukoll ħżiena, u flimkien ħloqna prodott sabiħ u ta’ kwalita’ billi użajna prattiċi ġusti u etiċi.

Il-fornituri tagħna huma verament parti minn negozju tagħna. Bħala marka kummerċjali aħna nevitaw moda ta’ ejja ħa mmorru u tibdil fil-fornituri. Il-mod kif naħdmu huwa li flimkien mal-fornituri tagħna nassiguraw li jkollna negozju ġust għaż-żewġ naħat. Aħna nappoġġjaw sistemi li l-ħaddiema  jkollhom impjieg kostanti, b’kondizzjonijiet tajbin li permezz tagħhom jipproteġu l-katina tal-produzzjoni tagħna mill-isfruttament.  Bdejna l-vjaġġ tagħna lejn drappijiet sostenibbli. Bħala negozju, aħna nieħdu b’serjetà li nkunu sostenibbli sa fejn nistgħu u issa qed naħdmu biex nassiguraw li l-ilbies KOLLU tagħna jkun fuq bażi ta’ drappijiet li għandhom element sostenibbli.

KOLLEZZJONI S.E.W.

INFITTXU KOLLEZZJONI FAVUR L-AMBJENT

Nintroduċu S.E.W: Aħna kommessi li nfittxu dinja favur l-ambjent, billi nibdew mill-moda. Din il-kollezzjoni kapsula tagħna hi maħluqa bl-użu ta’ drappijiet alterattivi sostenibbli, inkluż qoton organiku mixtri b’responsabbilta’ u LENZING ECO-VERO, li huwa alternattiva għall-viskożju favur il-pjaneta. Skopri denim b’impatt ridott fuq l-ambjent fi ġgieget u jeans, kif ukoll ilbiesi midi imnedija minn xejriet kurrenti u t-tops magħmulin minn qoton purament naturali. Il-kollezzjoni għandha primarjament karatterstiċi ta’ moda mfittxija, magħmula minn fibri sostenibbli bħal qoton oraniku u denim, li huma l-għażla tagħna favur l-ambjent li tappoġġja u tferraħ sew lin-nies kif ukoll il-pjaneta.

Is-sostenibbilta’ m’hijiex it-tendenza – hija moviment. F’Monsoon, qed nitkellmu dwar passi żgħar u kruċjali biex nibnu futur aktar maħsub ekoloġikament għall-moda permezz tal-Kollezzjoni S.E.W. tagħna u għandna saħansitra pjani akbar għall-ġejjieni fil-proġetti tagħna – u l-ewwel wieħed, qed nitkellmu dwar drappijiet.  Qed nistinkaw sabiex nagħmlu użu ta’ aktar materjal magħżul etikament biex nagħmlu ftit mill-affarijiet l-aktar sbieħ tagħna u hawn, qed nitkellmu magħkom dwar l-erba’ drappijiet sostenibbli li għandkom bżonn fil-gwardarobba tagħkom favur l-ambjent.

Monsoon

LENZING™ ECOVERO™ huwa drapp sostenibbli li l-oriġini tiegħu hija ċċertifikata li ġejja minn sorsi ta’ njam imġedded u li hu magħmul bl-użu ta’ metodu ta’ produzzjoni ekoloġiku responsabbli.  Din tiġġenera sa 50% inqas emissjonijiet u impatt fuq l-ilma meta meqjusa mal-viskożju tradizzjonali u hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent aktar nadif.

Dan id-drapp li għandu proprjeta’ naturali li hu ħafif u versatili jagħmlu meħtieġ fil-gwardarobba tiegħek ta’ kull staġun, kif muri fil-kollezzjoni kurrenti tagħna bit-taħlita ta’ forom sempliċi, prints iffirmati u paletta ta’ kuluri friski.

Monsoon

TENCEL™ – Famuż għall-kumdità naturali, TENCEL™ hu prodott magħmul minn sorsi ta’ njam sostenibbli mġedded li juża proċessi ta’ produzzjoni sostenibbli u responsabbli favur l-ambjent.

Dan huwa fejn għandek tmur għall-fabrikazzjoni ta’ casual silhouette bis-saħħa tal-proprjeta’ li għandu li huwa tant lixx u soffiċi kif tmissu – fittxu fil-kapsula tagħna fil-kollezzjoni ta’ jumpsuits, joggers u dbielet midi.

Monsoon

Qoton Organiku – Sbejjaħ, ħafif u soffiċi meta tmissu, il-qoton tagħna organiku hu ‘kkultivat b’metodi li jirrispettaw l-ambjent.  Jitwarrbu minn pestiċidi tossiċi u fertilizzanti sintetiċi u dan jagħmel il-produzzjoni aktar sikura għan-nies u għall-fauna.

Bħala parti mill-impenn tagħna lejn moda sostenibbli, qoton organiku se jsir parti aktar prominenti fil-kollezzjonijiet tagħna li għadhom ġejjin, minn ko-ordinati friski sa lbies għal matul il-jum bi prints minn ta’ quddiem fl-istaġun.

Monsoon

Għażel– Minnu nnifsu naturali frisk, ħafif u tgħaddi l-arja minnu, l-għażel minn ħafna żmien ilu,  kien meqjus bħala d-drapp favorit għal żmien ix-xhur tas-sajf. Huwa maghmul mill-pjanta tal-kittien li tiddependi biss fuq ix-xita, hija mkabbra mingħajr l-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u għalhekk mingħajr ħela.

Favorit għalina (u anke għalikom), il-kollezzjoni tal-għażel tagħna hija ‘ppakkjata bi stili sostenibbli li qed jikkompetu biex jiksbu post ewlieni fil-gwardarobba tiegħek ta’ żmien it-temp sħun – li jfakkrek fi ilbiesi għad-dawl tax-xemx, jumpsuits mingħajr sforzi u ilbies separat għaż-żiffa tas-sajf.

Kun żgura li tara il-kollezzjoni sostenibbli tagħna fuq www.monsoonaccessorize.com.mt u ibdel il-mod tiegħek li tixtri u taħseb! Ikunlek tassew mod differenti għalik u d-dinja madwarek.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected]


Jekk tixtieq tirriklama n-negozju tiegħek magħna, ikkuntattjana jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love