Share the love

It-telf tax-xagħar fin-nisa huwa kwistjoni ta’ saħħa komuni u sinifikanti li taffettwa d-dehra tal-ġisem, il-kunfidenza personali u l-kwalita’ tal-ħajja b’mod negattiv. Huwa stmat li 60% tan-nisa bejn it-30 u s-60 sena jesperjenzaw xi tip ta’ telf tax-xagħar u traqqiq tax-xagħar f’xi stadju f’ħajjithom, u ħafna jsofru fis-skiet u ma jkunux jafu lil min għandhom jistaqsu għall-pariri.

X’inhu t-telf tax-xagħar?

It-telf tax-xagħar m’huwiex biss kwistjoni kosmetika. Ħafna nisa ma jirrealizzawx li l-kundizzjoni ta’ xagħarhom tirrifletti s-saħħa personali. F’ċertu etajiet u waqt xi stadji fil-ħajja tal-mara, is-saħħa ta’ xagħar tista’ tkun affettwata minn fatturi diversi. Kawżi ta’ telf ta’ xagħar eċċessiv jista’ jvarja minn kundizzjonijiet mediċi ereditarji għal stress, dieta, twelid u kwistjonijiet relatati ma’ ‘styling’. Għalhekk huwa mportanti li tirċievi dijanjosi minn professjonist fil-kura tas-saħħa biex tiddetermina t-tip ta’ telf tax-xagħar u teskludi kwalunkwe kundizzjoni medika sottostanti bħal livelli baxxi tal-ħadid fid-demm, problemi tat-‘thyroid’ u żbilanċi fl’ormoni.

It-telf ta’ xagħar fin-nisa f’ ’pattern’ huwa kundizjoni komuni li ħafna drabi tmur għall-agħar waqt il-menopawsa minħabba l-livelli tal-ormoni. Waqt u wara li mara tkun qed tesperjenza l-menopawsa, ix-xagħar jista’ jirqaq għax il-folliċi tax-xagħar jiċkienu. Ix-xagħar jikber aktar bil-mod u jibda’ jaqa’ faċilment. Telf ta’ xagħar f ’’pattern’ fin-nisa u x-xagħar irqieq ħafna drabi jkun iċċentrat fil-qurriegħa tar-ras.

Iċ-ċiklu tat-tkabbir tax-xagħar

Hi x’inhi l-kawża tat-telf tax-xagħar, iċ-ċiklu tat-tkabbir tax-xagħar jiġi affettwat. Huwa normali li twaqqa’ madwar 50 sa 100 xagħra kuljum u minfloku jikber xagħar ġdid. Tipikament, 85% sa 90% tax-xagħar ikun qed jikber attivament il-ħin kollu filwaqt li 10% sa 15% tax-xagħar ikun fil-fażi tal-mistrieħ. Il-konsegwenzi ta’ ċiklu tat-tkabbir tax-xagħar imfixkel huma kważi dejjem nuqqas fit-tul taż-żmien tal-fażi tal-‘Anagen’ (tkabbir). Din twassal għal żieda fit-twaqqigħ tax-xagħar u tkabbir mill-ġdid aktar dgħajjef peress li aktar xagħar jidħol fil-fażi Telogen (Mistrieħ) kmieni u jsir inattiv.

Li nindirizzaw it-telf tax-xagħar b’Terapija mmirata lejn is-Sostituzzjoni ‘Proteoglycan’ huwa l-ewwel pass biex nippromwovu t-tkabbir tax-xagħar u ntejbu l-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawk l-individwi li qed jitilfu xagħarhom.

Is-supplimenti tax-xagħar Nourkrin

Nourkrin joffri approċċ terapewtiku għat-telf ta’ xagħar. L-ingredjent attiv bażiku, Marilex, huwa mimli ‘proteoglycans’, li huma mportanti li jkunu preżenti fil-follikuli tax-xagħar uman u huma essenzjali għaċ-ċiklu follikulari. Marilex jaħdem kemm fuq follikuli tax-xagħar inattivi u anke fuq dawk eżistenti billi jistimula l-follikuli tax-xagħar sabiex jidħlu fil-fażi Anagen (tkabbir) u jtawwlu din il-fażi. B’dan il-mod, huwa jippromwovi tkabbir mill-ġdid ta’ xagħar b’saħħtu kontinwu u jnaqqas l-ammont ta’ twaqqigħ ta’ xagħar.

Il-pilloli Nourkrin huma effettivi u ppruvati xjentifikament li jkunu jistgħu jintużaw bħala l-ewwel linja ta’ trattament, billi jipprovdu l-effett ta’ normalizzazzjoni integrali għaċ-Ċiklu tat-Tkabbir tax-Xagħar u jistgħu jintużaw waqt trattamenti oħra. Dan dejjem skond il-kundizzjoni tat-telf tax-xagħar.

Kif jintuża n-Nourkrin

Huwa rrakkomandat li l-pilloli Nourkrin jittieħdu għal 6 xhur minħabba t-tul medju taċ-Ċiklu tat-Tkabbir ta’ Xagħar. Għalkemm ir-riżultati individwali jvarjaw, ħafna nies li jagħmlu użu minn Nourkrin jibdew jinnutaw differenza wara 2 sa 3 xhur .

Nourkrin huwa sikur u m’għandux effetti sekondarji, imma ma jistax jittieħed min-nies li jbagħtu minn-allerġiji għall-ħut għaliex l-ingredjent attiv tagħhom huwa estratt derivat mill-baħar.

Nourkrin huwa ssapportjat minn 30 sena riċerka fuq problemi tat-tkabbir ta’ xagħar u ġie mogħti ‘Gold Medal’ mis-Soċjeta’ Dinjija tat-Trichology.

Nourkrin huwa disponibbli fi spiżeriji, parrukkieri selettivi u onlajn minn https://healthclub.mt/product/nourkrin-woman-3-month-supply/.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *