L-ewwel rekord fit-tul ta’ kif pazjenti tal-kanċer jagħmlu użu mill-bajd u embrijuni maħżuna wara t-trattament tal-kanċer ġie ppreżentat fis-36 Laqgħa Annwali tal-ESHRE
Minn informazzjoni miġbura f’dawn l-aħħar 20 sena nistgħu naraw riżultati f’kif il-priservazzjoni tal-fertilita’ tista tkun ta suċċess f’dawn il-pazjenti, speċjalment f’pazjenti li għandhom il-kanċer tas-sider.
Dettalji tal-analiżi, li jkopru l-itwal perjodu ta’ użu rrappurtat, ġew preżentati illum online minn Dr Dalia Khalife minn Guy’s u St Thomas’s Hospital, Londra, fil-Laqgħa Annwali Virtwali tal-ESHRE.
L-informazzjoni ġiet analizzata fuq 879 pazjenti nisa żgħażagħ li kienu ttrattati għall varjeta’ ta’ kanċers bejn 2000 u 2019; kollha kienu attendew konsultazzjoni dwar kif jistgħu jippreservaw il-fertilita’ tagħhom qabel it-trattamenti.
Trattamenti bħall-kimoterapija u radjuterapija huma magħrufa li għandhom effetti varji fuq il-funzjoni tal-ovarji, li ta’ spiss jikkawżaw infertilità.
L-eta’ medja tal-pazjenti kienet ta 33 sena, u il-kanċer tas-sider huwa wieħed mill-aktar dijanjożi frekwenti (63% tal-każijiet).
Wara l-konsultazzjoni, 373 pazjenti (42%) għażlu li jippriservaw il-fertilita’ tagħhom b’wieħed mit-tlett modi disponibblli: l-ifriżar tal-bajd (53%); l-iffriżar tal-emrijuni (41%); iż-żewġ metodi flimkien (5%); u krijopreservazzjoni tat-tessut tal-ovarji (1%).
S’issa, tirrapporta Dr Khalife, ir-rata ta’ dawk li rritornaw biex jagħmlu użu mill-bajd u l-emrijuni friżati hija ta’ 16% (16/373), u 44 minnhom kisbu rata ta’ twelid għolja ħafna ta’ 71%, b’rata ta’ tewmin ta’ 9%, meta l-bajd u l-embrijuni fertiliżżati ġew ittrasferiti permezz tal-proċedura tal-IVF.
Madwar żewġ-terzi tal-pazjenti rritornaw sentejn wara li ngħataw id-dijanjosi; nisa bil-kanċer tas-sider kienu aktar komuni għalihom li jirritornaw għat-trattament tal-fertilità.
Dawn il-pazjenti kisbu l-għola rati ta’ twelid, għola b’mod sinifikanti, bħal pazjenti li għandhom limfoma (70% vs 30%).
“Dawn ir-riżultati juru li l-priservazzjoni tal-fertilita’ f’dawn il-każijiet jistgħu jkunu effettivi,” tgħid Dr Khalife. “Madwar wieħed minn sitta ta’ dawk li kellhom l-gametes tagħhom maħżuna kellhom riżultat tajjeb”
Filwaqt li t-trattament tal-kanċer kellu varjeta’ t’effetti fuq il-fertilita’, “kważi kull pazjent” wera deterjorament fir-riżerva tal-ovarji tiegħu, li jirrifletti l-firxa ta’ risponsi minn tossiċità ħafifa tal-kura (effett minimu fuq markaturi tar-riżerva tal-ovarji) għal tossiċita’ qawwija (insuffiċjenza prematura ta’ l-ovarji). Kien hemm ukoll numru ta’ tqaliet li ġew b’mod naturali wara t-trattament tal-kanċer.
Dr Khalife tfiehem li l-metodu l-aktar xieraq ta’ preservazzjoni tal-fertilità jiġi deċiż fuq bażi individwali. “L-iffriżar tal-oocyte normalment jiġi offrut lil nisa żgħażagħ,” qalet, “u it-tekniki ta’ ffriżar imtejba ħafna tagħna, tipprovdi ċans tajjeb ta’ tqala fil-futur.”
Aqra l-artiklu sħiħ hawn: https://www.news-medical.net/news/20200706/Fertility-can-be-successfully-preserved-in-breast-cancer-patients-shows-study.aspx. Riveduta minn James Ives, M.Psych. (Editur)Jul 6 2020