Editor (Page 3)

struggling mother

Meta kien ikun hemm wisq qadi relatat mat-tfal, ommi kienet tinfaqa’ tibki u tgħajjat waħedha: ‘Meta ħa jmissni jien?!’ Kull darba li nipprova nagħmel sens mill-averżjoni tiegħi għall-maternità u l-kuntentizza tiegħi dwar il fatt li ħrabt minnha, moħħi dejjem idur għal dik il-ġurnata partikolari meta ommi ħarġitni mill-iskola fir-rebbiegħa fl-1975 biex ikollna “mother-daughter day”. Din ġrat sena qabel m’ommi w’ missieri sseparaw. L-avventura tagħna ta’ nofs il-ġimgħa ġiet ta’ sorpriża għalija anke jekk kont ferħana li għandi ġurnata barra mir-raba’ sena tal-iskola, bħal ma jħoss kull tifel jew tifla ta disa’ snin. Kienet se tkun ġurnata speċjali għalina biss, wegħeditni ommi. Konna sejrin il-Mużew MetropolitanRead More…

should i have a baby

Kerry Eustice ma kinitx taf riditx issir omm jew le, u b’hekk ikkonsultat ma’ persuni li jgħixu tipi differenti ta’ ħajja biex issib it-tweġiba tagħha. F’Settembru tas-sena l-oħra, ftit xhur qabel m’għalaqt 37 sena, bdejt nikteb lista, li semmejt… “Raġunijiet għaliex ma rridx tarbija”: Daqshekk ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa fejn inkun nista’ nqum tard Tista’ tkisser ir-relazzjoni tiegħi minn mar-raġel. X’jiġri jekk il-fatt li jkollna tarbija iġiegħlna nieqfu nħobbu l-xulxin? Inġibu tarbija f’dinja li qed issir sħuna żżejjed, nervuża u mifruqa żżejjed Daqshekk flus: it-tfal jiswew ħafna Il-familji tagħna jgħixu ġo pajjiżi differenti M’hemmx aktar ‘impromptu cocktails’, ‘yoga’, films u Ħdud nitgħażżnu Meta nisma’ tfalRead More…

fertility after breast cancer

L-ewwel rekord fit-tul ta’ kif pazjenti tal-kanċer jagħmlu użu mill-bajd u embrijuni maħżuna wara t-trattament tal-kanċer ġie ppreżentat fis-36 Laqgħa Annwali tal-ESHRE Minn informazzjoni miġbura f’dawn l-aħħar 20 sena nistgħu naraw riżultati f’kif il-priservazzjoni tal-fertilita’ tista tkun ta suċċess f’dawn il-pazjenti, speċjalment f’pazjenti li għandhom il-kanċer tas-sider. Dettalji tal-analiżi, li jkopru l-itwal perjodu ta’ użu rrappurtat, ġew preżentati illum online minn Dr Dalia Khalife minn Guy’s u St Thomas’s Hospital, Londra, fil-Laqgħa Annwali Virtwali tal-ESHRE. L-informazzjoni ġiet analizzata fuq 879 pazjenti nisa żgħażagħ li kienu ttrattati għall varjeta’ ta’ kanċers bejn 2000 u 2019; kollha kienu attendew konsultazzjoni dwar kif jistgħu jippreservaw il-fertilita’ tagħhom qabelRead More…

pre-eclampsia in pregnancy

Meta kelli 30 sena, ideċċidejt li ridt tarbija u l-fortuna daħkitli, tant li ħrigt tqila tlett xhur biss wara li bdejt nipprova. Minn dejjem kont it-tip ta’ persuna li naħdem bla qies għal dak li rrid u nagħmel ħilti kollha f’kollox, imma l-ewwel tqala tiegħi wrietni kemm kont kapaċi nkun vulnerabbli u mwerwra. Għamilt riċerka fuq kollox, u kilt kif kien xieraq: la qatt kilt laħam ipproċessat u lanqas missejt kafeina. Minkejja dan l-isforz kollu, waqt il-vista mal-ġinekologu tiegħi, f’egħluq it-28 ġimgħa fit-tqala tiegħi, dan qalli biex immur inqatta’ tmiem il-ġimgħa l-isptar għax il-pressjoni kienet kemxejn inkwetanti. Dak il-ħin, ma stajtx naħseb u nara ċar.Read More…

reproductive technologies in malta

Aħna ta’ Wham irċevejna talba mingħand xi ħadd mill-qarrejja tagħna biex insiru nafu aktar fuq it-teknoloġiji riproduttuvi disponibbli għall-koppji lisbjani u r-regoli rigward dawn l-opportunitajiet. B’hekk aħna kkuntatjajna lill Ms. Simone Attard, Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, biex taġġornana bl-aħħar regolamenti u informazzjoni, u biex tgħidilna x’hemm disponibbli għall-koppji jew persuni waħedhom li jixtiequ jfasslu familja. Tista tgħidilna aktar dwar il-prattiċi kurrenti u r-regoli relatati għal dawk il-koppji li jridu jibdew familja b’dan il-mod – li jużaw teknoloġiji riproduttivi? L-Azzjoni tal-Protezzjoni tal-Ebrijuni daħlet fil-forza  fl-1 ta’ Jannar 2013 mal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni biex jistabbilixxu bl-istess Att bħall-Awtorità Regolatorja. L-Att ġie emendat biex jinkludi servizzi oħra fl-1Read More…

Riċentament aħna ta’ Wham kellimna lis-sid tal-esebizzjoni tal-arti Christine Xuereb biex niksbu aktar informazzjoni dwar ix-xogħol interessanti li qed taħdem fuqu bħalissa… Min dejjem kont interessata fl-arti – l-eqdem memorja li għandi hija tiegħi nnifsi npenġi xi tpenġijiet għal sħabi tal-klassi. Is-suġġetti li kont immur l-aħjar fihom kienu jkunu dejjem l-arti u l-matematika – u għalkemm inizzjalment il-pjan tiegħi kien li nsir perit, id-deċizjonijiet li ħadt f’ħajti wassluni biex nieħu l-arti bħala s-suġġett ewlieni tiegħi. Eventwalment, bdejt nattendi wkoll il-lezzjonijiet tal-Istorja tal-Arti u Antropoloġija l-Università. Minħabba nuqqas ta’ memorja kif ukoll in-nuqqas ta’ nteress li kelli fl-Istorja tal-Arti ta’ qabel iż-żminijiet moderni, kont bdejt infellaq.Read More…

ethics

Suġġett ġdid imsejjaħ Etika beda jiġi mniedi fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji Maltin fl-2014 u bħalissa qed jiġi mdaħħal f’dawn l-iskejjel. L-għanijiet ta’ dan is-suġġett huma li t-tfal jitgħallmu valuri morali minn approċċ sekulari u mhux denominazzjoni. Dan ifisser li l-istudenti kollha, irrispettivament mit-twemmin tagħhom, jistgħu jagħżlu li jistudjaw l-Etika. Għalkemm l-Etika huwa bbażat fuq it-tagħlim ta’ valuri, l-għan aħħari huwa li t-tagħlim isir mingħajr indottrinazzjoni, għaliex l-Etika tinkoraġġixxi lit-tfal u lill-adoloxxenti biex jaħsbu b’mod kritiku dwar il-valuri tagħhom. Is-suġġett jirrikonoxxi l-fatt li l-valuri morali u etikali jistgħu ikunu kontroversjali, u ġeneralment jiddependu fuq twemmin u opinjonijiet personali ffurmati mis-soċjeta’ ta’ min jikber fiha. DanRead More…

Aħna ta’ Wham dejjem ninteressaw ruħna f’ avvenimenti differenti, u huwa pjaċir kbir tagħna li ngħarrfu lin-nisa dwar opportunitajiet ġodda ideali għalihom. Kien għalhekk li meta smajna dwar grupp ta’ nisa li jilgħabu l-‘polo’ ħassejna l-bżonn li nindagaw dwaru minnufiħ. Personalment ma tantx naf dwar il-‘polo’ apparti li dan jintlagħab minn fuq żiemel u li jidher kemmxejn perikoluż għalija li nibża ħafna miż-żwiemel. Iżda xorta ħassejt il-bżonn li nfittex aktar, speċjalment biex inkun nista’ ngħaddi informazzjoni u kuraġġ lin-nisa qarrejja tagħna. Għalhekk irħejtilha lejn l-Arena Polo f’ Montekristo Estates biex insir naf aktar dwar dan l-isport u n-nisa kuraġġużi li jilgħabuh. Iltqajt ma’ Steve VassalloRead More…

“Isma’, imma tibżax tagħmel xi ħaġa li hija għal qalbek għax tiddevja min-‘normal’. Jekk issegwi l-boxxla nterna tiegħek, il-ħajja għandha mod umoristiku kif tisvolġi.” Laura Paris Riċentament, Laura Paris ikkolaborat ma’ ‘Break the Taboo’ kif ukoll ma’ ‘Young Progressive Beings’ biex tinħoloq kollezzjoni ta’ esperjenzi ta’ nisa li għamlu abort. Dan il-proġett issejjaħ ‘Dear Decision Makers’ u sar bit-tama li jipperswadu lil dawk li joħolqu l-liġijiet f’ Malta biex jisimgħu t-talbiet tan-nisa u joħolqu dibattitu fuq il-projbizzjoni totali tal-abort f’Malta. Aħna ta’ Wham tkellimna ma’ Laura biex insiru nafu aktar fuq  x’ jogħġob lil din il-mara żagħżugħa u ambizzjuża. Hija taħdem bħala speċjalista tal-kontroll tal-mardRead More…

raw motherhood blog

Li esperjenzajt rabta materna diffiċli ma’ l-ewwel tarbija tiegħi kienet probabbilment l-aktar realta’ iebsa li qatt kelli naffaċċja s’ issa bħala omm. Waqt it-tqala kont assumejt li mat-twelid it-tarbija tiegħi awtomatikament kienet se ssir ossessjonata bija. L-anqas biss għaddieli minn moħħi li seta’ jkolli bżonn naħdem u nistinka sabiex nakkwista l-fiduċja tat-tarbija tiegħi billi l-ewwel u qabel kollox nitgħallem inkun ommu! Mhux kull omm tgħaddi minn din l-esperjenza iebsa, madankollu għal dawk l-ommijiet li qed isibu lilhom infushom jissieltu biex joħolqu rabta għażiża mat-tarbija tagħhom, nixtieq nassigurahom li din hi ħaga normali u li m’ humiex waħedhom f’ din ir-realta’. Li toħloq rabta ma’ tarbijaRead More…