Anonymous

GBS Awareness Group B Streptococcus Disease

“Ħassejtni fis-seba’ sema hekk kif kont qed nitpaxxa nħares lejn it-tarbija tiegħi…ma kellix idea li fi ftit tal-ħin kont se nirċievi aħbar daqstant xokkanti! Il-GBS qalbitilna ħajjitna ta’ taħt fuq…” Bħala omm għaddejt minn trawma. Din hija l-istorja tiegħi.  Fit-3 ta’ Diċembru 2019 eżatt fl-4:05 ta’ filgħodu, żewġi u jien ilqajna lil bintna għall-ewwel darba – tarbija tassew sbejħa. It-tnejn li aħna konna ferħanin se ntiru! Imma fl-istess ħin konna qisna għadna f’ħolma, għax it-tifla ċkejkna tagħna kienet waslet 4 ġimgħat qabel id-data mistennija.  Ir-rigal tal-Milied kien ingħatalna kmieni dik is-sena – iżda xejn ma konna nafu dak li kien hemm lest għall-familja tagħna! FilwaqtRead More…

preimplantation genetic diagnosis

Jiena mara maltija ta’ 38 sena li ngħix barra, fil-bidu kelli djanjożi t’ infertilità mingħajr spjegazzjoni meta kelli 33 sena u ta’ 37 kelli djanjożi ta’ endometrijożi, li tat ir-raġuni għall-intertilità.  Mill-vjaġġ twil tal-IVF (in vitro fertilization) li għaddejt minnu, nixtieq nagħti ftit dawl għaliex huwa kruċjali li jiġi ttestjat l-embrijun – dan il-proċess mediku hu magħruf bħala Preimplantation Genetic Diagnosis PGD. (Djanjosi Ġenetika Qabel l-Impjantazzjoni). Sfortunatament, l-ittestjar tal-embrijun bħalissa mhux disponibbli f’ Malta. L-ewwelnett, minħabba li kont fi stadju 4 tal-endometrijożi li kienet mifruxa mal-utru u l-ovarji, kont biss nipproduċi massimu ta’ tlett bajdiet f’kull ċiklu, u dan biss meta kont stimulata u għalhekkRead More…

separazzjoni

Illum infakkar 10 snin minn kemm l-istituzzjonijiet fil-każ tiegħi ma ħadmux. Bħal lum 10 snin ilu, b’ self esteem f’miljun biċċa, jien għamilt il-kuraġġ u ħadt l-ewwel pass biex nitlaq minn relazzjoni abbużiva. Irnexxieli nagħmel kuntatt ma’ avukat u bagħat l-ewwel ittra lir-raġel biex nibdew proċeduri ta’ separazzjoni, idealment b’mod bonarju. Mhux se nidħol fid-dettalji tal-każ għaliex għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja imma ma nistax nibqa’ aktar siekta fuq id-dewmien esaġerat f’kawżi ċivili u kif dan id-dewmien mhux biss ikompli jivvittimizza lill-vittmi imma wkoll ineżżagħhom minn kull dinjità u mid-dritt li jgħixu ħajja sana. Ftaħna medjazzjoni li damet tkaxkar 11-il xahar. Min hu midħla fil-qasamRead More…

dear mum

Għażiża Ommi, Għalkemm ilek ħafna li ħallejtni għadni qed nesperjenza diversi emozzjonijiet sal-lum il-ġurnata. Qed inħoss il-bżonn li nneħħi dan it-toqol kollu li għandi ġewwa fija anke jekk inti ma tistax taqra’ dan li nixtieq ngħidlek. Għaliex ma kontx iżżiegħel bija meta kont nibki? Għaliex dejjem imbuttajtni minnek? Qatt ma niftakrek tgħannaqni jew tbusni, anke bħala tifla ċkejkna. Kelli bżonnok ma, imma qatt ma tajt kas il-bżonnijiet emozzjonali tiegħi. Kont tirrakkontali stejjer sbieħ dwar Ġesu’, iżda kont ukoll issemmili x-xitan ta’ spiss. Kont nitwerwer kull meta kont nagħmel xi ħaġa ħażina ta’ tfal li kont għax kont naf li kont se npatti għaliha b’ xebgħa…uRead More…

Ma nistax nieħu nifs … Dak huwa l-ħsieb ewlieni li jiġini f’moħħi kull darba li nesperjenza attakk ta ansjeta‘. Imbagħad inħoss sidri jingħafas, qalbi taħrab, ġismi jibda jirtogħod, ma nkunx nista’ niffoka u nesperjenza l-agħar sensazzjoni ta’ biża. Dak il-ħin, id-dinja tieqaf iddur. Imbagħad infakkar lili nnifsi biex nerġa nibda nieħu n-nifs sew … nifsijiet bilmod waqt li ngħannaq lili nnifsi – ġest li jgħinni nħossni aktar sigura … imbagħad nibda nerġa niffoka ftit ftit. Niftaħ għajnejja li jkunu laħqu mtlew bid-dmugħ u nkun nista’ nerġa nara d-dinja ta’ madwari. Bilmod il-mod kollox jibda jaqleb għall-aħjar u minn hemm jirnexxili nħalli l-attakk t’ansjeta’ warajja, uRead More…

aftermath of a narcissist

Bħalissa ninsabu fl-istaġun marbut mal-Milied, u għal ħafna nies dan l-istaġun huwa meqjuż bħala l-istaġun ta’ l-imħabba, ferħ u prosperita’. Imma sfortunatament dan mhux applikabbli għal kulħadd…għal min hu bħali, it-tiżjin u d-dawl iteptep fost il-kanzunetti ferħana jidwu matul it-toroq iservu bħala vjaġġ mentali lejn il-passat fejn kont niġi trattata ta’ żibel…żmien fejn kont taħt kontroll assolut ta’ narċissist, u l-agħar ħaġa dwar dan kienet li ma stajt nagħmel xejn biex noħroġ mill-morsa li kont spiċċajt fiha. Kien irnexxielu jaqtagħni kompletament minn mal-familja u l-ħbieb tiegħi, u għalhekk kont nemmen li ma kelli l-ebda mod li bih stajt nitlob l-għajnuna…u onestament, anke kieku kelli ċansRead More…

marrying a paedophile

Kienet is-sena 2010 u jien kont ‘single mother’ ta’ tifla ta’ 3 snin. Kont kuntenta pero kelli ċertu vojt f’qalbi, u għalhekk ingħaqadt mal-websajt Connecting Singles. Wara xi messaġġi pjuttost strambi sa fl-aħħar irċivejt messaġġ ħelu minn raġel. Kemm deher orrajt! Qalli li kien għadu kemm ġie joqgħod Malta riċentament u li kien jaħdem fis-settur tal-‘i-gaming’. Wara xi ftit ġimgħat nikkomunikaw iddeċidejna li niltaqgħu għax konna qed naqblu ħafna flimkien. Tant ħassejtni komda miegħu li saħansitra ftaħt qalbi miegħu dwar abbuż sesswali li kont esperjenzajt fit-tfuliti. L-ewwel ‘date’ tagħna kienet waħda indimentikabbli. Eventwalment iltaqa’ wkoll mat-tifla tiegħi u bħal donnhom qablu ħafna flimkien. Wara madwarRead More…

adoption

Nixtieq naqsam magħkom ir-realta’ ta’ xi ħadd li ilu ‘fostered’ għal 18-il sena, għax nara ħafna kummenti mingħand nies li huma kontra l-abort u li jaħsbu li l-addozzjoni jew il-fostering huma l-unika tweġiba. Jien ili ‘fostered’ minn mindu kelli sentejn. Dan ifisser li jien ma niftakarnix fil-perjodu fejn kont indur familji differenti sakemm insib l-‘aħjar’ familja. Imma it-tfal li jiġu ‘fostered’ ħafna drabi jiftakru, u naf kemm hi ħaġa diffiċli u kemm tista’ tgħajjik mentalment. Kont tassew fortunata li sibt familja t’eta żgħira imma qabel ma ġejt ‘fostered’, meta kelli 6 xhur sa meta għalaqt sentejn, ħafna familji kienu joħorġuni magħhom. Għal grazzja t’Alla maRead More…

healing from ptsd

Il-ħajja bil-PTSD, l-ansjeta’ u d-dipressjoni mhix faċli. Tibda ssibha tqila biex tqum mis-sodda kull filgħodu, tibda tmur ix-xogħol u titfa’ tbissima falza fuq fommok. Tgħid lil kulħadd li tħossok tajba meta fir-realta’ ma tkunx qed tħossok sew; tgħid hekk biss sabiex tevita terġa tisma l-kliem ‘eh ġurnata ħażina mela’. Tħossok għajjiena imma ma jkollokx nagħas. Taħseb iżżejjed fuq kull dettal. Tikkonfondi kontinwament fuq xi stajt għamilt ħażin, jekk għidtx il-ħaġa t-tajba, jew fuq xi stajt għamilt aħjar. Jien għandi l-PTSD, u bħala konsegwenza għandi l-ansjeta’ u d-dipressjoni wkoll. Din hija l-istorja tiegħi. Għal snin twal stajt inħoss li kien hemm xi ħaġa differenti fija, immaRead More…

my sex doesn't define me

Ninsab ċerta li ħafna jistgħu jaqblu miegħi li l-irġiel iħobbu jidhru aktar superjuri min-nisa. Għal xi wħud din il-ħaġa hija kważi intrinsika, x’aktarx li ma jirrealizzawx li qed jagħmluha jew l-idea li huma superjuri ma togħġobhomx, imma prattikament tiġi ħaġa naturali għalihom. Nara ħafna rġiel (u xi kultant anke nisa) li jassumu li jafu min aħna għax aħna nisa; jaħsbu li aħna “sensittivi”, “emozzjonali”, “u li rridu nikkommettu ruħna għalihom”, meta m’aħna xejn minn dan. Il-karattri tagħna m’humiex iddefiniti mill-ġeneru tagħna, m’hijiex ħaġa tqila biex tifhem! Din ovvjament tgħodd għaż-żewġ sessi imma għalissa se niffoka biss fuq in-nisa. Jien nara ħafna rġiel ta’ etajiet differentiRead More…