Il-Mard Mentali u l-Impatt Li Jħalli Fuq l-Omm – “Bżajt Li Nitlef L-Uliedi”
Hija sitwazzjoni iebsa ħafna meta bħala ‘single mother’ issib ruħek taffaċċja mard mentali wkoll, speċjalment meta l-akbar biża’ tiegħek tkun dik li jekk titlob għajnuna psikoloġika jew psikjatrika forsi jispiċċaw jeħdulek l-uliedek… Iż-żwieġ tiegħi kien tfarrak kompletament. Kelli nitlaq bilfors. Meta fl-aħħar sibt il-kuraġġ biex naqbad l-uliedi u nitlaq, sibt lili nnifsi nikkumbatti ma diffikultajiet ġodda. Imfarrka kif kont, kelli bżonn insib post li stajt insejjaħlu tiegħi. Il-familjari u l-ħbieb għenuni nsib post b’kera baxxa kif ukoll biex nakkwista affarijiet bażiċi għad-dar il-ġdida tiegħi u t’uliedi. Ma kelli l-ebda xogħol u ma stajtx infittex xogħol dak iż-żmien għax ma kelli l-ħadd li seta’ jeħodli ħsiebRead More…