Francesca Fenech Conti

Francesca Fenech Conti hija entużjasta dwar problemi soċjali u għandha BA fis-'Social Policy'. Hija wkoll fundattriċi u kreattriċi tal-grupp fuq Facebook iddedikat għan-nisa biss Women for Women (Malta) u l-‘Women for Women Foundation’ li taħdem id f’id ma’ NGOs u negozji oħra li jagħtu s-setgħa u l-appoġġ lin-nisa, speċjalment nisa li jrabbu t-tfal weħidhom.

Riċentament, Francesca ħalqet Wham.com.mt bl-għan li tipprovdi spazju tant meħtieġ fix-xenarju tal-medja lokali biex tippromwovi l-ilħna tan-nisa Maltin u tipprovdi lin-nisa sorsi ta nformazzjoni rigward il-benesseri tagħhom.

Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar Francesca kif ukoll għal lista ta' artikli li kitbet u ppubblikat fuq Wham

online purchases

Ix-xiri online jista’ jkun pjuttost konvenjenti, speċjalment waqt dan iż-żmien li qed ngħixu fih. Hawn għandek issib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar xiri online u l-ġimgħatejn ‘cooling off period’ – dritt tal-konsumatur… B’ daqstant prodotti mixtrija u mibjugħa online f’dawn iż-żminijiet, aħna ta’ wham ħsibna li jkun tajjeb li nfakkru l-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, kif ukoll lill-bejjiegħa dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. Affarijiet mixtrija online jew minn fuq it-telefon, kemm lokalment kif ukoll minn fornituri barranin huma suġġetti għal dak imsejjaħ ‘two-week cooling off period’. Dawn il-ġimgħatejn jibdew mill-ġurnata li fihom il-konsumatur jirċievi l-prodott. Dan ifisser li x-xerrej għandu d-dritt jirritorna l-prodott mixtri fiRead More…

supporting local

Aħna ta’ Wham nemmnu fl-appoġġ lill-komunita’ lokali bħall-komunita’ fuq Facebook b’membri esklussivament nisa, Women for Women. Nemmnu fl-appoġġ u l-promozzjoni tal-fehma u l-ħeġġa tal-mara sabiex tikseb is-setgħa. Matul il-pandemija ħafna nisa tilfu l-impieg jew ma’ setgħux joħorgu minn djarhom, jew għax huma meqjusa vulnerabbli, jew għax kellhom jibqgħu id-dar biex jassistu lill-uliedhom fit-tagħlim skolastiku mid-dar tagħhom stess. Bħas-soltu, n-nisa ma baqgħux lura minn din l-isfida u biddlu l-passatempi tagħhom, kif ukoll l-abilitajiet tagħhom f’opportunitajiet li bihom jaqilgħu l-għixien. Issa, aktar minn qatt qabel, huwa mportanti għalina bħala komunita’ biex ningħaqdu flimkien u nagħtu l-appoġġ lil xulxin. Tassew, il-kumdita’ u l-għażla vasta ta’ prodotti bi prezzijietRead More…

Tamara Webb The Balance Queen

X’nista’ ngħid dwar is-sensazzjoni tal-midja soċjali Tamara Webb, li hija magħrufa wkoll bħala ‘The Balance Queen’ – ir-reġina tal-bilanċ? Xejn inqas minn “mara tal-għaġeb!” Iltqajna fuq Zoom minħabba l-pandemija, iżda minkejja l-fatt li tkellimna onlajn, xorta impressjonajt ruħi bil-karattru karismatiku tagħha. Missni kont naf li din il-mara kellha aktar x’turi minn dak li jolqot l-għajn. Għalkemm qatt ma ltqajna qabel, millewwel ħassna komdi nitkellmu ma xulxin. Kont għadni ma rrealizzajtx kemm taħdem għal qalbha, kemm hija ħaġa naturali għaliha li taħdem fin-negozju, u kemm hi attiva fit-twaqqif u t-tmexxija tal-intrapriżi popolari bħal The Balance Queen, Jar, Carb u ħafna proġetti kreattivi oħra li diġa’ humaRead More…

decriminalisation of abortion

Bħalkom trabbejt Malta u kont kontra dekriminalizzazzjoni tal-abort. Għadni niftakar meta kont ngħix Londra lejn l-aħħar tas-snin 80 u ltqajt ma’ ħabiba ta’ ħabiba tiegħi li qalet li kienet għamlet abort. Kont ħassejtni xxukkjata, ma stajtx nifhem kif xi ħadd jista’ jasal joqtol it-tarbija tiegħu stess. Niftakar li kont nara dibattiti fuq programmi televiżivi Ingliżi dwar iż-żmien li fih hu kkunsidrat li jista’ jsir abort; kienu jiddibattu jekk l-abort għandux ikun legali sa 12 il ġimgħa jew aktar. Dan ukoll kien xokkanti għalija; għalija ħajja fil-ġuf kienet tarbija sa mill-ewwel ġurnata tat-tqala. Għalija qatt ma kellu  jkun hemm diskussjoni fuq in-numru ta’ ġimgħat. L-abort kienRead More…

self portrait artist

L-artista Martina Mifsud esebixxiet pitturi personali ħafna tagħha nnifisha nuda f’Malta, fejn in-nudita’ għadha meqjusa bħala xi ħaġa pjuttost ambigwa. Personalment ma jien tajba f’xejn relatat ma l-arti, ma nafx inpitter, niżfen, inkanta u lanqas ma jien tajba fl-isport. Niftakar li anke meta kont żgħira kont nemmen li Alla (meta kont għadni nemmen fl-eżistenza tiegħu) ma tani l-ebda talent. Għalhekk li nista’ nagħmel hu li napprezza lil dawk kollha li jagħrfu t-talenti tagħhom u jiżviluppawhom. Meta Luisa, binti tar-rispett, bagħtitli ritratti t’esebizzjoni ta’ pitturi nudi tal-ħabiba tagħha, l-artista Martina Mifsud, ħassejtni intrigata minnufih. Dawn il-pitturi mhumiex biss sbieħ saħansitra għal min bħali mhux tekniku fl-arti.Read More…

I took the covid vaccine

“Ħadt il-vaċċin kontra l-COVID19 Pfizer-BioNTech biex nipproteġi lili nnifsi u l-komunita’ li nservi”, qalet l-infermiera speċjalista tas-saħħa pubblika Tracy… Sa fl-aħħar il-vaċċin kontra l-COVID19 wasal ukoll f’Malta. Dawk kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa huma l-ewwel li bdew jingħataw dan il-vaċċin. Ħafna nies għadhom itellgħu u jniżżlu jekk jaċċettawx li jieħdu l-vaċċin. Għalhekk tkellimna ma Tracy, infermiera speċjalista fis-saħħa pubblika. Tracy għandha 59 sena, hija parzjalment Maltija u taħdem m’ ommijiet u familji bi tfal mit-twelid sa ħames snin. Tracy taħdem fil-komunita’ bħala ‘health visitor’ iżżur l-ommijiet u l-familji tagħhom fi djarhom. Hija temmen li hija responsabbilta’ tagħha u parti mill-irwol tagħha, li tipproteġi lilha nfishaRead More…

Santa Klaws ġie kemmxejn tard dan il-Milied biex jagħti rigal lill-tifla ta’ 9 snin… imma bis-saħħa tal-qalb tajba ta’ Angela u Omar irnexxielu jasal eżatt fil-ħin biex jagħti r-rigali ma ħafna ferħ! Vera li l-Covid19 ħarbat il-Milied ta’ ħafna nies din is-sena, imma nistgħu ukoll insibu stejjer li jserrħulna qalbna. Jien u naħseb waħdi f’dari hekk kif ninsab fuq kwarantina waqt li r-raġel tiegħi jinsab iżolat waħdu fuq, daħalli messaġġ ieħor fuq il-mowbajl. Ħafna mill-messaġġi li rċevejt illum kienu biex jirringrazzjawni jew biex jawgurali Milied tajjeb. Iżda dan il-messaġġ kien kemmxejn differenti. Il-messaġġ kien jgħid hekk: “Jien ‘single parent’ u issa erġajt bdejt naħdem, fl-ewwelRead More…

hysterectomy and hrt

Permezz tal-Isterektomija u l-HRT rnexxieli nieħu ħajti lura… Għalkemm il-‘period’ tiegħi kien dejjem regolari u ħafif, sa mill-bidu soffrejt mill-PMS, u minħabba f’hekk kont inbagħti ħafna bil-burdati, kont inkun imdejqa u sensittiva tant li kont ninfaqa’ nibki malajr. Niftakarni naħseb ħafna fuq il-mewt u kont anke nesperjenza konfużjoni mentali ġimgħa qabel u ftit ġranet wara li kont inkun bil-‘period’. Dan ifisser li għal 10t’ijiem minn kull xahar ma kontx inkun il-persuna ferriħija li jien fir-realta’. Bħala nisa nitgħallmu ngħixu b’din il-bidla kontinwa minħabba li nafu li ma tantx nistgħu nagħmlu affarijiet biex nibdluha – awtomatikament naħsbu li din hija parti mir-realta’ ta’ x’jiġifieri li tkunRead More…

what happens during a miscarriage

Prof Isabel Stabile ġentilment aċċettat li twieġeb xi domandi mportanti dwar dak li jiġri waqt korriment, kif ukoll dwar kif sitwazzjoni ta’ korriment hija trattata f’pajjiżna. Milli nista’ nifhem hemm tipi differenti ta’ korrimenti naturali, u li kollha hemm huma jikkawżaw trawma fil-mara. Ċertu korrimenti jseħħu malajr u l-fetu jintrema’ l-barra mill-ġisem b’mod naturali, u dan ħafna drabi ma jikkawżax problemi żejda fil-mara, anke jekk xorta tkun esperjenza trawmatika. X’għandha tagħmel mara jekk tesperjenza dan it-tip ta’ korriment, u x’inhi l-proċedura normali f’dan ir-rigward? Prof Isabel Stabile: M’hemmx ħafna x’tagħmel f’każ bħal dan, apparti li tieħu ‘pain killers’ u tixrob l-ilma ħalli żżomm ruħek idratata.Read More…

Filigree Women for Women

Minn dejjem kienet għal qalbi l-filigrana, u għalhekk meta Dr. Joanna Delia ikkuntattjatni bi pjan għal kollaborazzjoni u bejgħ ta’ ġojjellerija filigrana għal ġbir ta’ fondi b’risq il-Women for Women Foundation u l-Women’s Rights Foundation aċċettajt mill-ewwel. Ċans ieħor sabiex nikkollabora ma Joanna u nisa oħra b’għanijiet simili għal ġbir ta’ fondi. Ħadt gost aktar meta Dr Joanna Delia qaltli li l-pendenti l-ġodda kienu se jirrappreżentaw il-vaġina tal-mara. B’affezzjoni kbira laqqamthom ‘Pussy Pendants’ filwaqt li Joanna sejħitilhom ‘Weewees’. Dawn il-‘Weewees’ jew ‘Pussy Pendants‘ huma ddisinjati bl-idejn minn artist professjonali fil-filigrana u l-ħadid, Kevin Attard. Kevin ilu jagħmel xogħol fin bl-idejn għal aktar minn 33 sena.Read More…