Francesca Fenech Conti (Page 2)

Francesca Fenech Conti hija entużjasta dwar problemi soċjali u għandha BA fis-'Social Policy'. Hija wkoll fundattriċi u kreattriċi tal-grupp fuq Facebook iddedikat għan-nisa biss Women for Women (Malta) u l-‘Women for Women Foundation’ li taħdem id f’id ma’ NGOs u negozji oħra li jagħtu s-setgħa u l-appoġġ lin-nisa, speċjalment nisa li jrabbu t-tfal weħidhom.

Riċentament, Francesca ħalqet Wham.com.mt bl-għan li tipprovdi spazju tant meħtieġ fix-xenarju tal-medja lokali biex tippromwovi l-ilħna tan-nisa Maltin u tipprovdi lin-nisa sorsi ta nformazzjoni rigward il-benesseri tagħhom.

Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar Francesca kif ukoll għal lista ta' artikli li kitbet u ppubblikat fuq Wham

rachel sammut bumpandme

Mas-snin ta’ spiss kont nitkellem u naqsam l-ideat u l-opinjonijiet tiegħi ma Rachel, madankollu, dan dejjem sar b’mod virtwali minn fuq ‘messenger’. Għalhekk kienet ħaġa tassew sabiħa li fl-aħħar iltqajt magħha u sirt nafha aħjar. Rachel hija ggradwata bħala avukata, iżda hija wkoll negozjanta ispirazzjonali. Hija wkoll omm ta’ żewġt itfal ħelwin immens: Leila u Hugh. Wara li qattgħet ftit snin taħdem Londra fejn l-esperjenza tax-xogħol tagħha kienet ferm differenti mill-ħidma tagħha f’Malta, Rachel iddeċidiet li biex ikollha l-flessibilità u l-kwalità tal-ħajja li kienet taf minn qabel, hija kellha tkun ‘self-employed’. Minbarra li bdiet tagħmel xogħol ‘freelance’ bħala avukata fejn tispeċjalizza fil-liġi tal-kompetizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea,Read More…

scam love

Riċentament tkellimt ma Patricia* li xtaqet taqsam l-esperjenza tagħha bit-tama li nisa oħra ma jaqgħux fl-istess nasba li sabet ruħha fiha hi. Patricia hija mara indipendenti u edukata, għandha kumpanija tagħha u tħobb tgawdi ħajjitha ma ta’ madwarha. Filfatt għandha ħafna ħbieb, iżda bħal ħafna nisa oħra temmen li l-ħajja tista’ tkun aqwa u aktar sabiħa meta esperjenzata f’relazzjoni ma xi ħadd sinifikanti. Bħal ħafna nisa t’etajiet differenti, iddeċidiet tidħol tagħmel parti minn Connecting Singles, li hija pjattaforma onlajn bi skop ta’ ‘dating’. Patricia tistqarr li l-ewwel żball li għamlet kienet li kitbet dwar dak kollu li tħobb u li ma tħobbx, kif ukoll dwarRead More…

nikki muscat swimmer

L-intenzjoni tiegħi hi li nservi t’ eżempju għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajja billi nħeġġiġhom dejjem jaħdmu fuq il-ħolm tagħhom, ikunu xi jkunu. It-tajjeb dejjem jirbaħ u jekk taħdem u tistinka dejjem ikun hemm premju jistennik. Nikki Muscat Aħna ta’ Wham iltqajna ma Nikki Muscat: mara żagħżugħa b’passjoni kbira għall-għawm. Minkejja l-problemi li kellha taffaċċja fil-passat, illum Nikki hija mara b’saħħitha, reżiljenti u t’ispirazzjoni, u hija ddeterminata li tilħaq l-għanijiet kollha tagħha. Francesca: Naf li pparteċipajt fl-Olimpjadi f’Londra u Rio fl-2012 u 2016 rispettavament – nimmaġina li dik probabbli kienet xewqa tiegħek li saret realta’… għidilna naqra kif spiċċajt hemmhekk u kif kienet l-esperjenza tiegħek. Meta kelli 6Read More…

Young Progressive Beings YPB

Bħala mara nistħi ngħid li bdejt ninteressa ruħi fil-problemi li jaffaċċjaw in-nisa u fil-femminiżmu xi ftit tard f’ħajti. Dejjem kelli sens b’saħħtu ta’ ġustizzja u minn dejjem kont kapaċi nagħraf it-tajjeb mill-ħażin, imma l-passjoni vera u l-imħabba għall-kwistjoniijiet li jaffaċċjaw in-nisa u d-drittijiet tal-mara laqtuni l-aktar meta ltqajt ma Dr. Lara Dimitrijevic, li hija l-fundattriċi tal-‘Women’s Rights Foundation’. Ix-xogħol volontarju tagħha bħala avukata professjonali ma vittmi ta’ vjolenza domestika u vittmi ta’ traffikar uman vera kien t’ispirazzjoni għalija u għeni nara d-dinja li qed ngħixu fiha aħna n-nisa minn lenti differenti. Din il-kurżita’ ġdida dwarna n-nisa u l-ħajja li ngħixu wasslitni biex noħloq Women forRead More…

Selina Scerri Artist

Riċentament, aħna ta Wham iltqajna mal-artista Selina Scerri, wara li rajna xogħlha waqt li konna qed nintervistaw mara oħra ispirazzjonali…. Ħassejna l-bżonn li nsiru nafu aktar dwar il-mara li jirnexxilha toħloq pitturi “maġiċi” ta’ daqs kbir. Francesca: Għidilna ftit fuqek innifsek. Minn dejjem ikkumparajt lili nnifsi ma Peter Pan. Mhux għax persuna qatt ma tikber, imma għax nara lili nnifsi bħala tifla li qatt ma kibret. L-unika mod li bih ħassejt li stajt insalva lili nnifsi f’din id-dinja huwa li nemmen fil-maġija u npitter. Ilħaqt artista professjonali fl-2007 u kelli ‘studios’ differenti madwar l-Ewropa, inkluż fl-Ingilterra, l-Italja u Spanja. Bħalissa għandi post żgħir u ħelu f’Senglea.Read More…

persona med aesthetics plastic surgery

Spiss nirċievi talbiet anonimi mingħand membri tal-grupp ‘Women for Women’ rigward numru ta’ proċeduri relatati ma kirurġija kosmetika. Ħafna nisa jammettu li jistħu jistaqsu dirett dwar dawn il-proċeduri, u fil-fatt dan hu suġġett li mhux dejjem jiġi mitkellem faċilment. Għalhekk jien iddeċidejt li tkun idea tajba jekk nistaqsi l-mistoqsijiet kollha relatati li aħna n-nisa nixtiequ nkunu nafu. Personalment rajt ħafna rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar ‘Persona’, għalhekk ħsibt li dan huwa l-post perfett minn fejn għandi nibda, u fl-istess ħin nara x’joffri dan il-post. Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 li naqqsulna ċ-ċans li noħorġu aktar spiss, kif ukoll bix-Xitwa li ġejja u l-fatt li n-numri ta’ każijiet qegħdin dejjemRead More…

emma beck sweet valley family clinic

Kelli kurżita’ kbira sabiex niltaqa’ ma Emma Beck, li hija qabla kif ukoll psikoterapista. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċjalitajiet interessatni ħafna u għalhekk ħassejt il-bżonn li nsir naf aktar fuq Emma. Ippjanajna biex niltaqgħu fil-klinika tagħha, għax xi ħaġa li fil-fatt ma kontx irrealizzajt qabel hi li Emma hija wkoll businesswoman ta’ suċċess u determinazzjoni. Hija tmexxi l-klinika ‘Sweet Valley Family Clinic’ f’B’Kara. Qatt ma konna ltqajna qabel, u kont sorpriża meta sibt mara żagħżugħa b’daħka tassew ħelwa u karattru ferrieħi. Kont ħerqana u kurjuża biex insir naf aktar fuq x’inhu eżattament il-ħsieb wara ‘Sweet Valley Family Clinic’. Xi trid tfisser biha ‘family clinic’, forsiRead More…

maltese women who say abortion saved their lives

F’dawn l-aħħar ħames snin, diversi nisa ħassew il-bżonn li jaqsmu miegħi l-esperjenzi tagħhom relatati mal-abort b’mod kunfidenzjali. S’issa, l-ebda mara minnhom ma qaltli li ddispaċiha ta’ dak li kellha tagħmel. Anzi, ħafna minn nisa li tkellmu miegħi qaluli li kienet waħda mill-aħjar deċiżjonijiet li ħadu f’ħajjithom u li m’għandhom l-ebda dispjaċir. Nixtieq naqsam magħkom uħud minn dawn l-esperjenzi. L-Abort Għandu Jkun Relatat Direttament Ma’ Kompassjoni u Fehem Statistika li nħarġet fl-Ingilterra fis-sena 2019 turi li 90% ta’ kull abort fl-Ingilterra seħħ qabel it-12-il ġimgħa tat-tqala. Terminazzjoni li sseħħ qabel it-12-il ġimgħa tat-tqala isseħħ bl-istess mod ta’ korriment. Nisa Maltin qed jagħmlu abort qabel it-12-il ġimgħaRead More…

women rights foundation

Il-ħsieb li aħna n-nisa Maltin m’għandna l-ebda dritt fuq ġisimna ġie aktar evidenti wara li l-qrati f’Malta, hekk kif ġie rrappurtat fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Women’s Rights Foundation’, waqqfu mara milli ssiefer għax l-għarus tagħha allega li kienet se ssiefer biex tagħmel abort – u dan m’huwa vera xejn! Il-fatt li l-qrati aġixxew fuq dak li ġie allegat u dlonk neħħewlha d-dritt tal-liberta’ tal-moviment, huwa bla raġuni, perikoluż u jistabbilixxi preċedent tal-biża’. Dan ifisser li jekk jien nissuspetta li xi ħadd qed jagħmel xi ħaġa, nista’ kemm immur għand il-pulizija u ngħidilhom li eżempju, Joe Bloggs għandu jiġi miżmum għax jien ċerta li se jmurRead More…

Hourie PhD Student

Bħala nisa żagħzagħ irridu nifhmu li aħna irridu nkunu li nidderieġu ħajjitna; ma nistgħux nagħmlu dak kollu li jriduna nagħmlu ta’ madwarna, lanqas jekk dan ikun ġej mill-ġenituri tagħna. Toqgħodx tinkwieta jekk ikollok tibda t-triq waħdek, la tkun fit-triq it-tajba eventwalment l-oħrajn se jibdew jimxu warajk. Hourie Erba’ snin ilu ltqajt ma Hourie f’Malta waqt li konna qed nagħmlu xogħol ta’ volontarjat mal-Assoċjazzjoni tan-Nisa Imigranti. Hourie impressjonatni bil-mod kalm, ġentili u ntelliġenti li bih tikkomunika, u bl-attitudni pożittiva li għandha lejn il-ħajja. Mill-ewwel indunajt li din il-mara kellha potenzjal kbir u li kienet se timxi l-quddiem f’ħajjitha. Il-ħarsa pożittiva li għandha lejn il-ħajja kif ukollRead More…