Mariposa

Mariposa’s Blog jippreżenta esperjenzi reali kif ukoll emozzjonijiet ta’ omm u uliedha bniet. Flimkien jaqsmu esperjenzi relatati mal-ħajja, bħal emozzjonijiet, fertilita’, vjolenza domestika, problemi relatati mal-ħajja studenteska, nisa, ‘teens’, saħħa u edukazzjoni relatata ma’ l-ulied ta’ eta’ żgħira, u ħafna aktar.

Għal aktar informazzjoni kif ukoll għal lista ta' artikli ppubblikati fuq Wham minn Mariposa's Blog ikklikkja hawn

low self esteem

Minn dejjem niftakarni nissorprendi l-kulħadd meta naqbad nitkellem dwar memorji passati li għandi. “Kemm tiftakar!“, jgħiduli. Iżda jkolli nammetti li mhux dejjem niftakar kollox faċilment. Għandi t-tendenza ninsa affarijiet li għalija jkunu insinifikanti. Imma mbagħad, memorji li s-subkonxju tiegħi iħoss li huma mportanti donnhom jiġu impjantati f’moħħi għal dejjem. Waqt li qed nikteb dan l-artiklu qed nirrealizza li l-memorji kollha li ta’ spiss jiġu fuq moħħi meta nkun imdejqa kollha kkontribwew lejn awtostima baxxa tiegħi innifsi. Tiskanta kif kelma waħda mitkellma lilna anke fi tfulitna tista’ tħalli mpatt fuq ħajjitna kollha. Niftakar li meta kelli 5 snin kont narani ħoxna u ‘stramba’. L-għalliema tiegħi kifRead More…

domestic abuse

Ħadd m’hu perfett; l-ebda familja m’hi perfetta, anke jekk tidher perfetta. Konflitti w’argumenti huma parti minn kull relazzjoni, anzi dawn xi kultant itejjbu dak li aħna u r-relazzjonijiet li nagħmlu parti minnhom. Madankollu, meta l-konflitti w’ argumenti jseħħu b’mod estrem, dawn jistgħu iħallu effetti orribbli fuq il-persuni nvoluti primarjament, kif ukoll fuq dawk li jkunu qed jaraw kollox: it-tfal. Dan hu eżattament dak li jiġri f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż domestiku. Minn barra, il-familja tiegħi hija waħda perfetta: missieri jaħdem ħafna biex jipprovdi l-għixien, ommi tipprovdi dak kollu neċessarju, u ħuti w’jiena mmorru tajjeb ħafna flimkien. Għalkemm dan kollu huwa minnu, mill-bieb il-ġewwa l-istorja hija totalment differenti.Read More…

sarah everard murder

L-isem Sarah Everard dar madwar id-dinja kollha f’inqas minn xahar hekk kif sparixxiet hi u kienet sejra d-dar. Ftit tal-ġranet wara, il-pulizija kkonfermaw li biċċiet ta’ ġisem li nstabu kienu nfatti ta’ din it-tfajla. Filwaqt li l-inċident seħħ fin-naħa t’isfel ta’ Londra, ħafna nisa minn madwar id-dinja bdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ta’ fastidji u assulti, kif ukoll x’jagħmlu biex iħossuhom sikuri huma u mexjin fit-toroq. Jien u naqra dan bdejt niftakar u nidentifika ċerti azzjonijiet li jiena stess drajt nagħmel waqt li nkun qiegħda barra. L-istorja ta’ Sarah Everard fakkrittni wkoll f’esperjenza li għaddejt minnha ftit xhur wara li għalaqt sbatax-il sena. Dan li seRead More…

pro-life pro-choice

Jiena favur il-ħajja. Għalija l-ħajja għandha valur. Inħobb lil kulħadd b’qalbi kollha, anke l-dawk li għamluli l-ħsara fil-passat, u nemmen li kulħadd għandu potenzjal. Jiena w’nikber ġejt mgħallma biex nara l-valur u l-potenzjal f’kull ħaġa ħajja, bl-istess mod bħal ma nħares lejn tfal, adulti, u kwalunkwe ħaġa ħajja oħra. Għalhekk ili nsejjaħ lili nnfisi favur il-ħajja għal ħafna snin. Kelli ħafna problemi fil-passat, inklużi tqaliet mhux mistennija, li nammetti ħallew impatt drammatiku fuq ħajti speċjalment f’dawk iż-żminijiet. Kelli nkampa waħdi, bi ftit biss għajnuna. Naf xi jfisser li tbati b’dipressjoni ta’ wara l-ħlas…mhux darba esperjenzajtha, imma darbtejn. Naf xi jfisser li jkollok ħsibijiet kontinwi ta’Read More…

how can I leave him

Kemm il-darba nisimgħu b’vittmi ta’ vjolenza domestika li jiġu ġġudikati talli jkunu baqgħu f’relazzjoni b’abbuż kontinwu meta setgħu jitilqu? Sfortunatament spiss rajt nisa jiġu ġġudikati b’dan il mod, speċjalment fuq il-medja soċjali… “Jekk baqgħet sinjal li kienet qed tgħix komda”… “Ma nemminhiex din l-istorja… għala mara għandha tibqa’ f’relazzjoni daqshekk tossika? Bilfors qed tigdeb, din ma tistax tkun vera!” “Għala għandha tħalli lit-tfal ibagħtu dik it-tbatija u l-uġiegħ kollu? Kif tista’ tkun egoista hekk?’” “Għaliex ma krietx post għaliha u għat-tfal u telqet?” Kif ma tirrealizzawx li din il-povra mara probabbli qed taqra’ dawn il-kummenti dwarha fuq il-medja soċjali? Ma taħsbux li meta tħallu dawnRead More…

sexual and emotional abuse

Għandna d-drawwa li nħarsu lejn koppji madwarna u mill-perspettiva tagħna nimmaġinaw il-ħajja tagħhom. Il-verita’ hija li ħadd ma jkun jaf x’inhu għaddej lil hinn mill-bieb ta’ barra sakemm ma jkunx joqgħod magħhom. Din hija l-istorja tiegħi. Storja vera ta’ kważi għoxrin sena t’abbuż sesswali u emozzjonali… qabel u waqt iż-żwieġ. Storja fejn, bħal kull omm oħra, issagrifikajt il-kuntentezza tiegħi għat-tfal… jew almenu, hekk ħsibt li kont qed nagħmel dak iż-żmien. Il-Bidu Kollox beda meta ltqajt miegħu. Kelli 17-il sena dak iż-żmien u hu kien ħames snin ikbar minni. Kont għadni żgħira u nnoċenti, u kbirt f’familja kattolika. Bħal ma kont mgħallma, ma ridtx ikolli x’naqsamRead More…

period expectations

Kollha kemm aħna għaddejna minn perjodu f’ħajjitna fejn nibdew insaqsu mistoqsijiet fuq dak kollu li qed jigrilna. Jiena għandi ħdax-il sena, u nista ngħid li qed nibża kull darba li tuġagħni żaqqi. Il-Logħba ta’ l-Istennija Aħna l-bniet nesperjenzaw il-‘period’ kull xahar, imma meta tkun għadek qed tistenna li jiġik l-ewwel darba, tibda issibha bi tqila biex timmaġina x’għandek tistenna meta jiġi, anke jekk in-nies ta madwarek jgħidulek kif tħossok f’dak il-perjodu tax-xahar. Jien għandi sħabi daqsi li diġa ġihom, iżda l-unika mod li persuni bħali, li għadhom qed jistennew, jistgħu jippreparaw għal din il-bidla hija biss bl-immaġinazzjoni. Diġa nafu li jdum farka inqas minn ġimgħa,Read More…

mariposa's blog

Iż-żmien itir u ċ-ċirkustanzi jinbidlu. Hemm żmien biex nipprovaw nikkonċepixxu, u żmien biex nevitaw it-tqala. Madwar għaxar snin ilu kont anzjuża biex nikkonċepixxi għat-tieni darba, iżda bdejt insibha bi tqila biex jirnexxili! Iktar tard, madwar ħames snin wara, il-paġna nqalbet u kont anzjuża biex ma ninqabadx tqila. Iżda xi kultant il-ħajja tipprovdielna ċirkustanzi li ma nkunux qed nistennew! Hawnhekk ħa naqsam miegħek l-esperjenza tiegħi personali – il-problemi, l-istress, il-fjaski, it-tagħlim, ħalli titgħallem mill-iżbalji tiegħi u possibilment jirnexxilek tapplika dan li se ngħidlek biex tasal għal dak li tixtieq inti b’ mod naturali. Problema biex Nikkonċepixxi Minħabba li kont inqbadt tqila l-ewwel darba mingħajr ma kienRead More…