Nisa

low self esteem

Minn dejjem niftakarni nissorprendi l-kulħadd meta naqbad nitkellem dwar memorji passati li għandi. “Kemm tiftakar!“, jgħiduli. Iżda jkolli nammetti li mhux dejjem niftakar kollox faċilment. Għandi t-tendenza ninsa affarijiet li għalija jkunu insinifikanti. Imma mbagħad, memorji li s-subkonxju tiegħi iħoss li huma mportanti donnhom jiġu impjantati f’moħħi għal dejjem. Waqt li qed nikteb dan l-artiklu qed nirrealizza li l-memorji kollha li ta’ spiss jiġu fuq moħħi meta nkun imdejqa kollha kkontribwew lejn awtostima baxxa tiegħi innifsi. Tiskanta kif kelma waħda mitkellma lilna anke fi tfulitna tista’ tħalli mpatt fuq ħajjitna kollha. Niftakar li meta kelli 5 snin kont narani ħoxna u ‘stramba’. L-għalliema tiegħi kifRead More…

Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed. F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021: “Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minnRead More…

Machination

Il-Fotografa Fran Stivala teħodna wara l-kwinti fil-ħolqien ta’ servizz fotografiku għall-poster tal-film, ‘Machination’. Raġġ qawwi ta’ dawl irradjat minn tieqa żgħira u għolja ġewwa mezzanin li jservi wkoll ta’ studjow fl-Imgarr, fejn kien se jittieħed ir-ritratt għall-film ‘Machination’. Kien qisu bħallikieku qed jolqot element; it-tieqa kellha titgħatta sabiex jittieħed dan ir-ritratt partikulari, għax id-dawl ambjentali kien ukoll meħtieġ. Il-film huwa tat-tip ‘thriller’ psikoloġiku li jsegwi it-tgħaqid imdallam tal-moħħ tal-protagonista prinċipali, Maria, parti maħduma mill-attriċi Steffi u l-battalja tagħha biex tgħelibhom waqt li tkun itturufnata waħedha d-dar waqt pandemija. Machination jagħti ħarsa lejn il-mard mentali mhux djanjostikat u l-effett tiegħu fuq ħajjiet in-nies. Ivan Malekin uRead More…