Nisa (Page 2)

domestic abuse

Ħadd m’hu perfett; l-ebda familja m’hi perfetta, anke jekk tidher perfetta. Konflitti w’argumenti huma parti minn kull relazzjoni, anzi dawn xi kultant itejjbu dak li aħna u r-relazzjonijiet li nagħmlu parti minnhom. Madankollu, meta l-konflitti w’ argumenti jseħħu b’mod estrem, dawn jistgħu iħallu effetti orribbli fuq il-persuni nvoluti primarjament, kif ukoll fuq dawk li jkunu qed jaraw kollox: it-tfal. Dan hu eżattament dak li jiġri f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż domestiku. Minn barra, il-familja tiegħi hija waħda perfetta: missieri jaħdem ħafna biex jipprovdi l-għixien, ommi tipprovdi dak kollu neċessarju, u ħuti w’jiena mmorru tajjeb ħafna flimkien. Għalkemm dan kollu huwa minnu, mill-bieb il-ġewwa l-istorja hija totalment differenti.Read More…

online purchases

Ix-xiri online jista’ jkun pjuttost konvenjenti, speċjalment waqt dan iż-żmien li qed ngħixu fih. Hawn għandek issib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar xiri online u l-ġimgħatejn ‘cooling off period’ – dritt tal-konsumatur… B’ daqstant prodotti mixtrija u mibjugħa online f’dawn iż-żminijiet, aħna ta’ wham ħsibna li jkun tajjeb li nfakkru l-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, kif ukoll lill-bejjiegħa dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. Affarijiet mixtrija online jew minn fuq it-telefon, kemm lokalment kif ukoll minn fornituri barranin huma suġġetti għal dak imsejjaħ ‘two-week cooling off period’. Dawn il-ġimgħatejn jibdew mill-ġurnata li fihom il-konsumatur jirċievi l-prodott. Dan ifisser li x-xerrej għandu d-dritt jirritorna l-prodott mixtri fiRead More…

supporting local

Aħna ta’ Wham nemmnu fl-appoġġ lill-komunita’ lokali bħall-komunita’ fuq Facebook b’membri esklussivament nisa, Women for Women. Nemmnu fl-appoġġ u l-promozzjoni tal-fehma u l-ħeġġa tal-mara sabiex tikseb is-setgħa. Matul il-pandemija ħafna nisa tilfu l-impieg jew ma’ setgħux joħorgu minn djarhom, jew għax huma meqjusa vulnerabbli, jew għax kellhom jibqgħu id-dar biex jassistu lill-uliedhom fit-tagħlim skolastiku mid-dar tagħhom stess. Bħas-soltu, n-nisa ma baqgħux lura minn din l-isfida u biddlu l-passatempi tagħhom, kif ukoll l-abilitajiet tagħhom f’opportunitajiet li bihom jaqilgħu l-għixien. Issa, aktar minn qatt qabel, huwa mportanti għalina bħala komunita’ biex ningħaqdu flimkien u nagħtu l-appoġġ lil xulxin. Tassew, il-kumdita’ u l-għażla vasta ta’ prodotti bi prezzijietRead More…

cystic fibrosis malta mandy vella

Il-Fibrożi Ċistika (Cystic Fibrosis) hija kondizzjoni ġenetika li tikkawża ġmiegħ ta’ mukus fil-pulmun u fis-sistema diġestiva, li jwasslu għal infezzjonijiet fil-pulmun u jikkaġunaw diffikultajiet fis-sistema diġestiva.  Is-sintomi komuni jibdew juru l-preżenza tagħhom fil-bidu tat-tfulija u jaggravaw maż-żmien minħabba l-ħsara fil-pulmun u fis-sistema diġestiva li sfortunatament iwasslu għal aspettattiva ta’ ħajja relattivament iqsar. L-effetti tal-Fibrożi Ċistika jitnaqqsu b’kura adattata li ġġib magħha għixien aħjar. Evidenza xjentifika uriet li t-Trikafta (magħrufa aħjar bħala Kaftrio fl-Ewropa) ikollha impatt pożittiv fuq pazjenti b’Fibrożi Ċistika, għax ittejbilhom il-funzjoni tal-pulmun b’14% (Cystic Fibrosis Trust). L-iżvantaġġ iżda hu li din il-mediċina tiġi bi prezz għoli ħafna u għalhekk tagħmilha mpossibbli għal dawk liRead More…

teen's school related fears

Tul it-tfulija tiegħi dejjem żammejt f’moħħi li ż-żmien li kelli nqatta’ nitgħallem l-iskola kien se jinkludi 6 snin primarja, sentejn ‘middle school‘, tlett snin sekondarja, u wara, dejjem skond l-għażla li nkun se nagħmel, sentejn oħra post-sekondarja, segwiti minn snin l-Universita’. Għadni kemm għalaqt 13-il sena u wasalt biex nibda nattendi l-iskola sekondarja, iżda ma nħossnix daqshekk eċitata li ħa nibda nattendi skola ġdida bħal ma kont inħossni t’għaxar snin, speċjalment minħabba l-fatt li prattikament spiċċajt tlift sentejn skola. Meta l-pandemija tal-COVID-19 resqet lejn xtutna, bdejt nistudja mid-dar. Waqt dik is-sena skolastika, li għalija kienet Year 7, ġejna pprovduti b’lezzjonijiet onlajn permezz ta’ Zoom jewRead More…

online schooling in malta

Kienu ħafna li beżgħu mill-għeluq tal-iskejjel għal xhur sħaħ għal raġunijiet ovji, iżda reġa’ ġara l-istess. Mill-15 ta’ Marzu 2021 ġie ntrodott l-online schooling f’Malta għat-tfal kollha li jattendu l-iskola, bil-ħsieb li jiġi tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19 fil-gżejjer Maltin waqt il-proċess nazzjonali tal-vaċċinazzjoni. Sfortunatament din id-deċiżjoni ħolqot tensjoni, insigurta’, instabbilta’ u stress fuq ħafna familji bit-tfal. L-aktar milquta minn din id-deċiżjoni huma bla dubju ta’ xejn l-ommijiet li jaħdmu. Ħafna ommijiet ħassew il-bżonn li jiftħu qalbhom dwar il-problemi marbuta ma din l-istrateġija fuq il-medja soċjali, inkluż fuq il-grupp ta’ Facebook Women for Women (Malta). Minn dawn il-messaġġi jidher biċ-ċar li l-ommijiet qed iħossuhom mifnija uRead More…

women in poverty

In-nisa qed jitqabdu battalja l-ħin kollu.  Matul is-snin, it-taqbida tagħna issawwret madwar aspetti soċjali varji; minn ġlieda għad-dritt tal-vot, għat-taqbida kontra d-diskriminazzjoni, vjolenza u femminiċidju; sa taqbid soċjali, inkluż id-dritt għall-ħlas ugwali bħall-irġiel għal xogħol tal-istess valur u rappreżentazzjoni ugwali f’bordijiet, fil-Parlament u f’pożizzjonijiet ewlenin ta’ tmexxija. Wieħed mill-pilastri tal-Agenda tan-Nazzjonijiet Uniti huwa l-ġlieda kontra l-faqar.  Ma nistgħux ma nagħrfux l-avvanz sew lokali u internazzjonali meta nqisu l-kwalita’ tal-ħajja, imma xorta hija realta’ li għad hawn nies li qegħdin viċin il-marġni tal-linja tal-poverta’ u li f’xi każi, in-nisa huma aktar propensi lejn il-faqar.  Kien rappurtat min Nazzjonijiet Uniti fl-2015, li n-nisa kienu l-aktar esposti għall-faqarRead More…

Nickie Vella De Fremaux Gender Quotas

Dil-ġimgħa waqt dibattitu fuq il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, l-avukata Nicki Vella De Fremaux attakkat is-sitwazzjoni politika meta qalet li l-kwoti tal-ġeneru huma “insulti” lejn in-nisa. Biex inkunu preċiżi, hija qalet: “Ma rrid lil ħadd jagħtini siġġu fil-parlament jew xogħol ieħor minħabba l-fatt li jien mara, għax li tużagħni biex timla l-kwota nqisu bħala nsult”. Ironkament, il-kummenti ta’ De Fremaux intqalu fl-istess xahar li fih persuna ta’ 19-il sena ġie mogħti siġġu fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Finanzi f’Malta. Dan iż-żagħżugħ, li għadu lanqas iggradwa mill-Universita’, ġie mogħti pożizzjoni kruċjali li normalment tiġi mogħtija biss lil dawk li jkollhom snin t’esperjenza. Aqta’ x’ġeneru jidentifika miegħu dan iż-żagħżugħ? Eżatt! DanRead More…

Emma Portelli Bonnici

Emma Portelli Bonnici hija politikanta żagħżugħa b’esperjenzi ma l-għaqdiet ‘We Are’, KSU, MZPN u TEDxUniversityofMalta. Għalkemm Emma hi pjuttost żgħira fl-eta’, xejn ma jwaqqafha. Emma ta’ spiss tuża leħinha biex titfa’ xaq ta’ dawl fuq kwistjonijiet li ċerti politikanti m’għandhomx il-kuraġġ jevalwaw, filwaqt li tibqa’ tevalwa u taħdem biex tkabbar l-għarfien tagħha. Din il-ġimgħa stess, Emma dehret ta’ spiss fuq il-medja soċjali wara li bdiet tinvestiga każ fejn filmat intimu ta’ tfajla ġie muri f’ristorant lokali. Filfatt grazzi għall-investigazzjoni li għamlet irnexxielha tiskopri l-isem tar-restorant kif ukoll l-identita’ ta’ l-udjenza preżenti dakinhar li seħħ il-każ. Iltqajt m’Emma sabiex insir naf aktar dwarha bħala persuna, kifRead More…

Malta Sexual Health Policy

Maya Spiteri Dalli hija studenta tal-liġi fl-Universita’ ta’ Malta. Bħala membru tal-GħSL kellha rwol sinifikanti fil-kreazzjoni ta’ dokument nazzjonali favur l-ugwaljanza bejn is-sessi. Apparti minn hekk, dan jisħaq favur il-legalizzazzjoni tal-abort, aċċess b’xejn għal prodotti kontraċettivi, u riforma kompleta ta’ l-istrateġija nazzjonali dwar is-saħħa sesswali. Din l-istrateġija ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna f’pajjiżna minħabba li hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip, kif ukoll minħabba li hija pass sinifikanti fl-istorja legali f’pajjiżna dwar id-drittijiet tan-nisa. Tkellimna ma Maya li spjegatilna l-proċess kollu tal-kreazzjoni ta’ dan id-dokument, l-irwol tagħha fil-kreazzjoni tiegħu, kif ukoll dwar dak li tittama li dan id-dokument jista’ jibdel f’Malta. X’inhu l-irwol tiegħek fil-GħSL? GħidliRead More…