Moda u Sbuħija

The Aesthetic Physician Association of Malta (APAM)

Dr Jason Debono, President, flimkien mas-Segretarja Ġenerali Dr Joanna Delia, Teżorier, Dr Charlene Scicluna u membri fundaturi, Dr David Grech, Dr Tyron Pillow, u Dr Anna Maria Fenech Magrin, għandhom il-pjaċir iħabbru l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba Estetiċi (Aesthetic Physician Association of Malta – APAM). Opportunita’ ta’ sħubija f’din l-Assoċjazzjoni hija miftuħa għat-tobba mediċi li huma liċenzjati f’Malta u li jeżerċitaw il-mediċina estetika full-time. Sħubija Assoċjata hija wkoll disponibbli għal Tobba mediċi li jeżerċitaw il-mediċina estetika part-time. L-APAN ġiet stabbilita biex tippromwovi u ġġib ‘l quddiem il-prattiċi effettivi, siguri u etiċi tal-mediċina estetika għall-benefiċċju tal-prattikanti mediċi u l-membri tal-pubbliku. “Il-Bord irid jagħmel dan permezz ta’Read More…

Monsoon

Monsoon hija marka kummerċjali ta’ stil ta’ ħajja li tagħmillek ħajtek aktar rikka permezz ta’ sbuħija naturali, pożittivita’ u skoperti bla tmiem… L-istorja tagħna taf il-bidu tagħha lil raġel u l-viżjoni tiegħu; biex iġib ilbies vibranti, mimli kuluri, maħduma b’reqqa bl-idejn minn postijiet il-bogħod lejn is-suq ta’ Londra.  Kien vjaġġ li beda f’Ibiza fl-1970 f’komunità ta’ hippies, u spiċċa fi vjaġġar estiż fuq l-art lejn il-Lvant, mill-Afganistan u l-Indja. Il-fundatur tagħna, Peter Simon, ġieb lura minn dawn l-avventuri esperjenzi li biddlulu ħajtu sabiex jibda jaqbad sensibilità ġdida għal dawk id-drappijiet sbieħ, ispirati mill-Boemja, ipprintjati u minsuġa bl-idejn, b’dettalji maħduma bil-ganċ, li beda n-negozju bihom minnRead More…

hair loss why does hair loss happen

“Għaliex qed jaqagħli xagħri?” – Nokkli jew lixx, twil jew qasir, bjonda jew brunette, xagħrna huwa parti mill-identita’ tagħna, u mhux mument sabiħ meta tibda tara li qed titlef xagħrek jew li qed jirqaq. Hemm ħafna raġunijiet għala jaqa’ x-xagħar u ħafna drabi hemm modi li bihom tista’ titratta dil-problema. Għalkemm tajjeb ngħidu li huwa aċċettabbli wkoll li tagħżel li tħallih kif inhu. “Għaliex qed jaqagħli xagħri?” Ix-xagħar jgħaddi minn tlett fażijiet ewlenin: il-fażi tat-tkabbir (li tieħu 3-5 snin), il-fażi intermedjarja (tul ta’ ġimgħatejn) u l-fażi tat-twaqqigħ. F’ċirkustanzi normali nitilfu madwar 50 sa 100 xagħra kuljum. Il-folliċi tax-xagħar jistgħu ikunu fi kwalunkwe fażi mit-tlett fażijietRead More…

Nourkrin Hair Regrowth Supplement

It-telf tax-xagħar fin-nisa huwa kwistjoni ta’ saħħa komuni u sinifikanti li taffettwa d-dehra tal-ġisem, il-kunfidenza personali u l-kwalita’ tal-ħajja b’mod negattiv. Huwa stmat li 60% tan-nisa bejn it-30 u s-60 sena jesperjenzaw xi tip ta’ telf tax-xagħar u traqqiq tax-xagħar f’xi stadju f’ħajjithom, u ħafna jsofru fis-skiet u ma jkunux jafu lil min għandhom jistaqsu għall-pariri. X’inhu t-telf tax-xagħar? It-telf tax-xagħar m’huwiex biss kwistjoni kosmetika. Ħafna nisa ma jirrealizzawx li l-kundizzjoni ta’ xagħarhom tirrifletti s-saħħa personali. F’ċertu etajiet u waqt xi stadji fil-ħajja tal-mara, is-saħħa ta’ xagħar tista’ tkun affettwata minn fatturi diversi. Kawżi ta’ telf ta’ xagħar eċċessiv jista’ jvarja minn kundizzjonijiet mediċi ereditarjiRead More…

persona med aesthetics plastic surgery

Spiss nirċievi talbiet anonimi mingħand membri tal-grupp ‘Women for Women’ rigward numru ta’ proċeduri relatati ma kirurġija kosmetika. Ħafna nisa jammettu li jistħu jistaqsu dirett dwar dawn il-proċeduri, u fil-fatt dan hu suġġett li mhux dejjem jiġi mitkellem faċilment. Għalhekk jien iddeċidejt li tkun idea tajba jekk nistaqsi l-mistoqsijiet kollha relatati li aħna n-nisa nixtiequ nkunu nafu. Personalment rajt ħafna rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar ‘Persona’, għalhekk ħsibt li dan huwa l-post perfett minn fejn għandi nibda, u fl-istess ħin nara x’joffri dan il-post. Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 li naqqsulna ċ-ċans li noħorġu aktar spiss, kif ukoll bix-Xitwa li ġejja u l-fatt li n-numri ta’ każijiet qegħdin dejjemRead More…

Toly Think Pink Campaign

F’dan ix-xahar t’Ottubru, Toly qed jikkollaboraw mal-Fondazzjoni ‘Women for Women’ għall-kampanja annwali Toly Thinks Pink, inċentiva sabiex titqajjem kuxjenza u jinġabru l-flus mill-bejgħ tal-‘compacts’ tal-‘blusher’ ta’ Toly, li huma disponobbli f’erbgħa kuluri. Toly huma appassjonati dwar l-iżvilupp ta’ modi ġodda biex jgħaqqdu u jispiraw lin-nisa sabiex ikunu nvoluti, billi jsibu mezzi ġodda ta’ għajnuna ħalli jaffaċċjaw il-ġlieda u jissapportjaw gruppi vulnerabbli – persuni li qed isofru mill-kanċer tas-sider u li bħalissa qed jaffaċċjaw id-doppju tar-riskji u vulnerabbilta’, f’nofs il-pandemija tal-‘coronavirus’. Il-fondazzjoni ‘Women for Women’ hija organizzazzjoni ‘non-profit’ fuq Facebook, li għandha aktar minn 37 elf mara li jinkuraġixxu u jissapportjaw lil xulxin, u li riċentamentRead More…

mesotherapy malta

Ġilda żagħżugħa, radjanti u b’saħħitha – xi ħaġa meqjusa qaddisa fl-industrija tal-estetika medika. Imma kif nistgħu nilħquha? U kif nistgħu inżommuha? Soluzzjoni effettiva hija il-‘mesotherapy’, trattament li oriġina fi Franza fl-1950 u li f’dawn is-snin laħqet popolarita’ madwar id-dinja bħala proċedura speċjalizzata. ‘Mesotherapy’ hija magħrufa wkoll bħala ‘biorevitalization’ jew “titjib” fil-ġilda. Hija trattament effettiv u sempliċi mmirat għal ġilda matura u li tagħti riżultati naturali essenzjalment bla ebda waqfien. Ejjew naraw x’inhi l-‘mesotherapy’ u kif taħdem, filwaqt li nesploraw ukoll xi kunċetti żbaljati dwarha. Kif taħdem il-‘Mesotherapy’? Il-formoli tal-‘mesotherapy’ ġeneralment jinkludu kombinazzjoni ta’ aċidu ‘hyaluronic’ (HA), ‘polypeptides’, vitamini, minerali u ingredjenti approvati oħra. Dawn humaRead More…

Maskne acne from covid masks

Aħna ta’ Wham staqsejna lill Dr Charmaine Apap fuq Maskne… F’xogħli qed jiżdiedu ħafna konsultazzjonijiet ma’ pazjenti (nisa u rġiel) li qed jaraw l-akne ħabba l-użu ta’ maskri għal żmien twil. Dan qed jiġri f’nies li qatt ma kienu esperjenzaw l-akne qabel, kif ukoll qed tiggrava s-sitwazzjoni anke f’dawk li kienu diġà suxxettibbli għall-problema. Tant kemm hawn nies madwar id-dinja li qed ibagħtu minn din il-problema, li nħalqet it-terminoloġija ‘Maskne’. Il-‘Maskne’ hija kkawżata mis-sħana, frizzjoni u okklużjoni li tiżviluppa taħt il-maskra (fil-fatt huwa tip ta’ akne okklussiva msejħa “acne mechanica“). Dan huwa aggravat aktar bl-umdità (permezz ta’ għaraq, nifs u taħdit) u żejt, li huwaRead More…

lovetheskinurin

Li tħossok kunfidenti u kuntenta bik innifsek, tidher kif tidher, hija sensazzjoni kbira ta’ liberazzjoni. Ta’ 51 sena nista’ finalment ngħid li nħobb lili nnifsi kif jien. M’għadnix ninkwieta jekk xagħri jkun ‘frizzy’, jekk saqajja ma jkunux mqaxxrin perfettament jew jekk għandix xi ponta f’nofs geddumi. Iżda ta’ min jgħid li mhux minn dejjem kont inħossni daqshekk kunfidenti. Niftakarni nħossni konxja ħafna tiegħi innifsi u kien hemm ħafna partijiet ta ġismi li ma kienux jogħġbuni, bħat-tbissima ‘gummy’ tiegħi, is-suf f’ġismi, ix-xagħar ‘frizzy’ tiegħi, it-tul tiegħi, li għandi s-swaba ta’ saqajja koroh u li dejjem nilbes żraben magħluqin anke meta t-temperatura tkun ta’ 40 grad ċelsius.Read More…

Is-Sajf tas-sena 2020…Sajf mistenni b’ ħerqa kbira! Wara li qattajna Xitwa d-dar, żgur li kollha kemm aħna ninsabu ħerqana biex ingawdu s-Sajf aktar minn qatt qabel. Għalhekk, Accessorize huwa l-post l-aktar ideali għalik, mimli malji, ħwejjeġ mill-aqwa għall-fejn il-baħar, ‘sarongs’, ‘kaftans’, krakar u sandlijiet, ġojjellerija u ħafna aktar. Żid ftit tal-faxxinu fid-dehra tiegħek fejn il-‘pool’ bil-kollezzjoni tagħna SS2020 u żgur li dan ikunlek l-aqwa Sajf li qatt esperjenzajt s’ issa! “Kemm hu sabiħ dak il-mument fejn tant tħossok kuntenta bl-aċċessorji perfetti li tkun liebsa, li jikkumplimentaw ħwejġek, juru l-istil tiegħek jew iġagħluk titbissem!” – IT_TIM TA’ ACCESSORIZE ĦWEJJEĠ U MALJI GĦAL FEJN IL-BAĦAR… Tmur fejnRead More…