Saħħa (Page 9)

pre pregnancy advice

Kemm hu żmien ta’ ferħ u eċitament iż-żmien fejn tkun qed tippjana żieda ta’ tarbija fil-familja! Iżda tajjeb ngħidu li hemm xi ftit affarijiet li tajjeb tikkonsidra biex taċċerta ruħek li kemm inti kif ukoll is-sieħeb tiegħek tkunu fl-aqwa saħħa possibbli qabel tidħlu f’ din il-fażi. Ejjew naraw modi faċli li bihom tistgħu tassiguraw dan: Dieta Id-dieta tagħkom għandha tkun ibbażata fuq frott u ħxejjex friski. Vera li dan forsi jirrikjedi sforz akbar, pero huwa ta’ benefiċċju kbir li l-ikel li tiekol ikun magħmul frisk. B’hekk inti tkun tista tassigura ruħek li qed tieħu l-vitamini, proteini u karboidrati kollha neċessarji. Żomm kemm tista l-bogħod minnRead More…

prolapse

Prolass ta’ l-organi tal-pelvis. Rari nisimgħu bih, madankollu huma ħafna n-nisa li jbatu minn din il-kundizzjoni. Filfatt, huwa stmat li madwar 50% tan-nisa li kellhom it-tfal (għalkemm anke nisa li ma kellhomx tfal jistgħu jiġu affettwati) esperjenzaw din il-problema. X’ inhu l-prolass tal-organi tal-pelvis? Biex nispjegawha b’ mod sempliċi, dan iseħħ meta wieħed jew aktar mill-organi tal-pelvis (ir-rektum – il-passaġġ ta’ wara, il-bużżieqa ta’ l-awrina, jew l-utru) jinżlu l-isfel fil-vaġina. Dan jiġri meta jkun hemm nuqqas ta’ sapport mill-muskoli tal-pelvis, ligamenti u l-‘fascia’. X’ inhuma s-sintomi tal-prolass? Ċertu nisa ma jesperjenzaw l-ebda sintomu u jkomplu b’ ħajjithom b’ mod normali mingħajr ma jkunu jafu liRead More…

incontinence

“Tant dħakt li kważi għamilt taħti!” Kemm il-darba smajna nisa jgħidu din il-frażi? Kemm il-darba għedtha inti stess? U xi ngħidu dwar ċajt relatat ma dan l-aċċident b’ mod dirett ma’ l-għatis? Dan kollu huwa relatat mal-inkontinenza urinarja, li hija tnixxija involuntarja ta’ awrina kkawżata minn pressjoni fl-addominali bħal ma jiġri f’ każ ta’ sogħla, għatis, daħk, qbiż, ġiri, ‘squats’ u erfigħ. Iva, dan hu komuni ĦAFNA! Fil-fatt, mara minn kull erbgħa ta’ l-fuq minn tmintax-il sena tesperjenza episodji ta’ inkontinenza urinarja. Iżda huwa normali li jiġri hekk? Le. Hija xi ħaġa li għandna nitgħallmu ngħixu biha? Definittivament le! L-inkontinenza urinarja kkawżata minn pressjoni hijaRead More…

contraception in malta

Addattata bil-Malti fuq kitba ta’ Dr Michele MONTANARO-GAUCI MD. MSc. FRCOG – Speċjalista fil-Ġinekoloġija. Għażla vasta ta’ kontraċettivi għandha tkun disponibbli u aċċessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel ta’ kull eta’ f’ Malta. Kulħadd għandu d-dritt jaċċessa kontraċettivi effettivi b’ mod faċli, għax dan jgħinhom iżommu f’ saħħithom, jevitaw tqala mhux mistennija, u jkollhom ħajja sesswali sodisfaċenti u bla riskji. Vista fi klinika ta’ kontraċettivi tinkludi informazzjoni u diskussjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar metodu kontraċettiv għall-individwu, mill-għażla kollha disponibbli. Meta tittieħed din id-deċiżjoni, tista ssir il-proċedura neċessarja fejn ikun hemm bżonn, kif ukoll il-visti ta’ konsultazzjoni wara li dan isir. Konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu suġġettiRead More…

sunscreen frezyderm

Kollha kemm aħna nafu kemm hu mportanti li nużaw ‘sunscreen’ biex nipprevjenu ħsara mir-raġġi tax-xemx, tikmix u anke kanċer tal-ġilda, iżda fir-realta’ kemm minna sabu ditta ta’ ‘sunscreen’ għal qalbhom tant li ma joħorġux il-barra mid-dar mingħajr ma jużawh? Kemm hu diffiċli ssib ‘sunscreen’ li ma jdellikx, ma jħallix traċċi żejda, jew li jkun iwaħħal ħafna iżda jkun effettiv! Kull sajf nispiċċa nixtri sa tlett ditti differenti bit-tama li nsib ditta għal qalbi, iżda qatt ma rnexxieli. Minħabba l-fatt li s-sajf tiegħi ngħaddi ħafna ħin minnu fuq dgħajsa f’ temperatura ta’ mill-inqas 30 grad, irrid inkun ċerta li s-‘sunscreen’ tiegħi ma jitlaqx bl-ilma, u liRead More…

MAP Morning After Pill Malta

Wara ‘post’ riċenti fuq Facebook, il-Ġinekoloġista Dr. Rita Hansagi ħasset li kellha tintervjeni biex tfiehem aktar il-kunċett tal-‘MAP (Morning After Pill)’ u kif taħdem. Għeżież, jiena ġinekoloġista. Il-professjoni tiegħi tirrikjedi li nwieġeb din il-mistjoqsija. Hemm 2 tipi ta’ MAP disponibbli f’Malta. 1. Escapelle –Li fiha doża għolja tal-ormona ‘progesterone’ artifiċjali. L-unika ħaġa li tagħmel il-‘progesterone’ hi li tipposponi jew ‘tibblokkja’ l-ovulazzjoni, billi iddewwem iż-żieda tal-LH. Hija sempliċiment relatata mal-bijoloġija tal-ormoni. Ma toqtolx trabi. 2. Ella One – Din tikkonsisiti f’tip ieħor ta’ kimika msejħa ‘ullipristat’ – imma għandha mekkaniżmu differenti – taħdem billi timmodifika l-attivita’ tal-‘progesterone’, imma fl-aħħar mill-aħħar jiġri l-istess ħaġa – tipposponi l-ovulazzjoni. Ma toqtol l-ebda tarbija.Read More…