Saħħa Mentali

perinatal mental health

Problemi relatati mas-saħħa mentali tal-omm waqt u wara t-tqala (Perinatal Mental Health) jibdew iseħħu waqt it-tqala jew fl-ewwel sena wara t-twelid tat-tarbija. Jintlaqtu minnha sa 20% ta’ ommijiet ġodda jew li qed jistennew tarbija, u jinkludu firxa kbira ta’ kundizzjonijiet. Hawnhekk se ssib dak kollu li teħtieġ tkun taf dwar is-saħħa mentali tal-omm waqt u wara t-tqala….  Il-perjodu ‘Perinatal‘ jibda meta mara toħroġ tqila u jwassal sa l-ewwel sena wara t-twelid tat-tarbija. Il-vjaġġ personali hu uniku għall-mara waqt it-tqala, it-twelid u l-maternita’ bikrija. Dan il-perjodu jista’ jkun esperjenza tal-akbar sfida fil-ħajja tal-mara jew inkella esperjenza li tippremjak. F’dan iż-żmien huwa komuni li sew in-nisa kifRead More…

dealing with mental health

Hija sitwazzjoni iebsa ħafna meta bħala ‘single mother’ issib ruħek taffaċċja mard mentali wkoll, speċjalment meta l-akbar biża’ tiegħek tkun dik li jekk titlob għajnuna psikoloġika jew psikjatrika forsi jispiċċaw jeħdulek l-uliedek… Iż-żwieġ tiegħi kien tfarrak kompletament. Kelli nitlaq bilfors. Meta fl-aħħar sibt il-kuraġġ biex naqbad l-uliedi u nitlaq, sibt lili nnifsi nikkumbatti ma diffikultajiet ġodda. Imfarrka kif kont, kelli bżonn insib post li stajt insejjaħlu tiegħi. Il-familjari u l-ħbieb għenuni nsib post b’kera baxxa kif ukoll biex nakkwista affarijiet bażiċi għad-dar il-ġdida tiegħi u t’uliedi. Ma kelli l-ebda xogħol u ma stajtx infittex xogħol dak iż-żmien għax ma kelli l-ħadd li seta’ jeħodli ħsiebRead More…

Ma nistax nieħu nifs … Dak huwa l-ħsieb ewlieni li jiġini f’moħħi kull darba li nesperjenza attakk ta ansjeta‘. Imbagħad inħoss sidri jingħafas, qalbi taħrab, ġismi jibda jirtogħod, ma nkunx nista’ niffoka u nesperjenza l-agħar sensazzjoni ta’ biża. Dak il-ħin, id-dinja tieqaf iddur. Imbagħad infakkar lili nnifsi biex nerġa nibda nieħu n-nifs sew … nifsijiet bilmod waqt li ngħannaq lili nnifsi – ġest li jgħinni nħossni aktar sigura … imbagħad nibda nerġa niffoka ftit ftit. Niftaħ għajnejja li jkunu laħqu mtlew bid-dmugħ u nkun nista’ nerġa nara d-dinja ta’ madwari. Bilmod il-mod kollox jibda jaqleb għall-aħjar u minn hemm jirnexxili nħalli l-attakk t’ansjeta’ warajja, uRead More…

post partum psychosis

Il-Vjaġġ Matern Tiegħi Lejn Ġenn Tal-Moħħ Temporanju Qatt ma kont smajt dwar il-possibilta’ ta’ psikożi wara t-twelid tat-tarbija (post-partum psychosis), sakemm din ipprovat tkissirli ħajti. L-ewwel tarbija tiegħi twieldet permezz ta’ ċesarja urġenti wara ħafna ħin fil-ħlas. Nemmen li l-esperjenzi li għaddejt minnhom fl-ewwel ftit xhur wara l-ħlas komplew jiggravawli s-saħħa mentali tiegħi, li eventwalment inbidlet f’psikożi severa tmien xhur wara. Ibni ddaħħal l-isptar tlett darbiet f’dawk l-ewwel ftit xhur ta’ ħajtu; il-fatt li kelli nieqaf inredda’ t-tarbija tiegħi wara li rritornajt lura x-xogħol ‘full time’ ma għenix, speċjalment għax ma kontx tlabt l-għajnuna għad-dipressjoni u l-ansjeta’ li kont diġa’ qed nesperjenza. B’dawn il-problemi kollhaRead More…

movember

F’dawn l-aħħar snin rajna żieda f’interess fuq is-saħħa mentali u fiżika ta’ l-irġiel, speċjalment fix-xahar ta’ Novembru. Fl-fatt, fil-bidu ta’ dan ix-xahar, li jġorr ukoll it-terminu ‘Movember‘, numru t’irġiel jibdewh mingħajr leħja, u matul ix-xahar ikabbru l-mustaċċi. Dan il-ġest isir bil-ħsieb li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa tar-raġel, b’mod aktar speċifiku, l-kanċer tal-prostata u tat-testikoli, dipressjoni, ansjeta’ u suwiċidju. Din il-kampanja tfittex li tħeġġeġ lill-irġiel biex jgħixu ħajja b’saħħa aħjar. Il-moviment Movember jagħraf il-bidu tiegħu lis-sena 2003 fl-Awstralia. Madankollu llum huwa meqjuż bħala avveniment globali. Movember ma jiffokax biss fuq is-saħħa fiżika tar-raġel, iżda wkoll dik mentali. L-idea ta’ tkabbir ta’ mustaċċi hija biss mezz liRead More…

healing from ptsd

Il-ħajja bil-PTSD, l-ansjeta’ u d-dipressjoni mhix faċli. Tibda ssibha tqila biex tqum mis-sodda kull filgħodu, tibda tmur ix-xogħol u titfa’ tbissima falza fuq fommok. Tgħid lil kulħadd li tħossok tajba meta fir-realta’ ma tkunx qed tħossok sew; tgħid hekk biss sabiex tevita terġa tisma l-kliem ‘eh ġurnata ħażina mela’. Tħossok għajjiena imma ma jkollokx nagħas. Taħseb iżżejjed fuq kull dettal. Tikkonfondi kontinwament fuq xi stajt għamilt ħażin, jekk għidtx il-ħaġa t-tajba, jew fuq xi stajt għamilt aħjar. Jien għandi l-PTSD, u bħala konsegwenza għandi l-ansjeta’ u d-dipressjoni wkoll. Din hija l-istorja tiegħi. Għal snin twal stajt inħoss li kien hemm xi ħaġa differenti fija, immaRead More…

mental health awareness day

Kull sena eżattament fl-10 t’Ottubru tiġi osservata l-‘World Mental Health Day‘, bl-oġġettiv ewlieni tagħha jkun li titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali kif ukoll li jingħata s-sapport fejn ikun hemm bżonn. F’din il-ġurnata, individwi u istituzzjonijiet li għandhom il-poter biex iġibu l-bidla huma inkoraġġuti jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom mall-komunita’, kif ukoll jenfasizzaw iz-zoni li fihom jidher li hemm bżonn titjib. Din is-sena ‘World Mental Health Day’ ġiet fi żmien partikolari fejn in-nuqqas ta’ sigurtà, biża’, ansjetà, fost emozzjonijiet negattivi oħra, qed jegħlbu ħafna ħajjiet ta’ nies. Din iż-żieda hija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, li qed tiddisturba ħafna aspettattivi fis-soċjeta’: fuq livell personali, soċjali u ekonomiku. Minħabba l-vulnerabbiltàRead More…

anxiety apps

Kollha kemm aħna ngħaddu minn fażijiet differenti fil-ħajja, u ngħaddu minn esperjenzi kemm tajbin kif ukoll ħżiena. Ftit minna nġorru dawn l-esperjenzi magħna u nidhru li kapaċi nkomplu b’ħajjitna mingħajr ma nbagħtu ħafna, imma ħafna minna jħossu l-bżonn ta’ xi tip t’ għajnuna. Il-Covid-19 qed iġiegħel lil persuni li qatt ma nkwetaw jew esperjenzaw l-anzjeta’ ibagħtu minnha huma wkoll. Fortunatament hemm ħafna għajnuna madwarna u r-‘Richmond Foundation’ qed jagħmlu xogħol siewi ħafna billi qed joffru servizzi ta’ konsultazzjonijiet b’xejn (tista’ ċċemplilhom fuq 1770). Hemm anke numru ta’ psikoloġisti u psikjatri disponibbli għal sessjonijiet privati kemm onlajn kif ukoll wiċċ imb’wiċċ. Għal dawk li xorta jħossuhom konfużiRead More…

sexual trauma

Abbuż sesswali jinvolvi kull tip ta’ att sesswali li jsir mingħajr kunsens. Dan jinvolvi stupru, sess orali jew mess sesswali mhux mixtieq u ġeneralment il-vittma tħossha abbużata, invażata u mhux sikura. Abbuż sesswali QATT m’huwa t-tort tal-vittma u rapporti dwar abbuż għandhom dejjem jiġu trattati bis-serjeta’. Skont riċerka partikolari, 80% ta’ assult sesswali jseħħ minn persuna li l-vittma  jkun jaf u jafda, bħal membru tal-familja, xi ġar jew sieħeb romantiku. Irrispettivament mis-sess u l-età, l-abbuż sesswali jista’ jkun devastanti u l-effetti ħafna drabi jkunu aktar minn biss effetti fiżiċi. Tista’ tħossok “maħmuġa”, “użata” jew “prodott imkisser” u ma tibqax tħossok sikura fik innifsek. L-abbuż sesswaliRead More…