Share the love

X’inhi id-differenza bejn allerġija u intolleranza għal tipi ta’ ikel?

Sensittivita’ u intollerenza għall-ikel huma aktar komuni minn allerġija għall-ikel, skont il-‘British Allergy Foundation’. Madankollu, l-ebda minn dawn ma jinvolvi s-sistema immunitarja. Ċertu ikel jista’ jikkawża xi intolleranza fis-sistema diġestiva. Dan jiġri meta l-ġisem ma jkunx jista’ jkissru sew jew meta l-ġisem ikun qed ikollu reazzjoni għall-ikel li għandu sensittivita’ għalih, per eżempju, intollerenza għall-lattosju sseħħ meta l-ġisem ma jkunx kapaċi jkisser il-lattosju, li huwa tip ta’ zokkor li jinsab fil-prodotti magħmula mill-ħalib. Intollerenza għall-ikel hija ġeneralment relatata mal-ammont li jiġi kkunsmat: nies b’intollerenza għall-ikel jistgħu ma jesperjenzawx sintomi jekk ma jieħdux ammont kbir minnu jew ma jikluħx b’mod frekwenti. Hemm lista ta’ raġunijiet li għalihom tista’ tkun sensittiva jew intolleranti għal xi tip ta’ ikel. Dawn jinkludu:

  • ma jkollokx l-‘enzymes’ it-tajbin li jkissru ċertu tip ta’ ikel
  • reazzjoni għal xi addittivi jew preservattivi tal-ikel bħas-sulfiti, MSG jew kuluri artifiċjali
  • fatturi farmakoliġiċi, bħal sensittivita’ għal kaffeina jew kimiċi oħra
  • sensittivita’ għal xi zokkor misjub naturalment f’ċertu ikel bħal basal, brokkoli jew ’Brussels sprouts’
id-differenza bejn allerġija u intolleranza

Sintomi kkawżati minn xi sensittivita’ għall-ikel ivarjaw, imma s-sintomi tal-intollerenza għall-ikel huma kollha relatati mas-sistema diġestiva u għalhekk jistgħu jibdew jaffettwaw bejn 2 u 72 siegħa wara li tkun ikkunsmajt dan l-ikel. Dawn is-sintomi jinkludu:

  • gass u ‘bloating’
  • diarrea
  • konstipazzjoni
  • tgergir
  • dardir
id-differenza bejn allerġija u intolleranza

Minn naħa l-oħra, allerġija għall-ikel tinvolvi s-sistema immunitarja. Din is-sistema tiddefendi l-ġismek kontra xi nvażjoni minn bakterja, fungus jew vajrus komuni. Ikollok allerġija għall-ikel meta s-sistema immunitarja tidentifika proteina li tkun kilt bħala invażur, u tirreaġixxi billi tipproduċi l-‘antibodies’ biex tiġġilidlu.

Allerġijja għall-ikel hija reazzjoni mmedjata mill-immunità għall-ikel. L-aktar komuni hija reazzjoni mmedjata mill-‘immunoglobulin E (IgE)’. IgEs huma ‘antibodies’ allerġiċi. Dawn jikkawżaw reazzjoni mmedjata meta kimiċi bħall ‘histamine’ jiġu rrilaxxati minn ċelloli ‘mast’. Allerġiji tal-ikel jistgħu ikunu fatali, mhux bħall-intolleranza jew sensittivita’ għall-ikel. F’każijiet estremi, jekk ixxomm jew tmiss ammont żgħir ta’ dak l-ikel tista’ tiġi ikkawżata reazzjoni severa.

Sintomi tal-allerġiji għall-ikel jinkludu:

  • reazzjonijiet tal-ġilda, bħal raxx bil-ħotob, nefħa u ħakk
  • anaphylaxis’, inkluża diffikulta’ biex tieħu nifs, ‘wheezing’, ħass ħażin/sturdament, u anke mewt
  • Sintomi diġestivi
id-differenza bejn allerġija u intolleranza

Tmien tipi t’ikel li jammontaw għal persentaġġ ta’ 90 fil-mija ta’ reazzjonijiet allerġiċi jinkludu: ħalib, bajd, ħut, ‘shellfish’, karawett, lewż, qamħ u ‘soybeans’. Individwi b’allerġiji għall-ikel nissuġġerulhom li jevitaw b’mod strett l-ikel li huma allerġiċi għalih (anke f’ammonti żgħar), u f’każijiet severi, jistgħu anke jġorru EpiPen għal każ t’emerġenza.

Jeżistu wkoll allerġiji mmedjati minn ikel li mhux ikkalkulat bħala IGE. Dawn ir-reazzjonijiet iseħħu meta partijiet oħra tas-sistema immunitarja jiġu attivati flimkien ma IGE. Is-sintomi ta’ reazzjonijiet mhux IGE tipikament idumu biex jibdew jidhru, u jseħħu primarjament fil-passaġġ gastro-intestinali. Dawn jikkawżaw remettar, diarrea u nefħa. Ma tantx għad għandna informazzjoni dwar din it-tip ta’ reazzjoni, imma ġeneralment din m’hijiex waħda fatali.

id-differenza bejn allerġija u intolleranza

X’għandek tagħmel jekk taħseb li għandek allerġija jew intolleranza għal xi ikel?

l-ewwel pass tiegħek irid ikun li tkellem il-GP tiegħek. Jekk il-GP jaħseb li s-sintomi li qed tesperjenza huma sintomi t’allerġija għall-ikel, jirreferik għal għand speċjalista. Madankollu, jekk jaħseb li l-kawża tas-sintomi ġejja minn xi intollerenza, jittieħdu passi differenti. F’dal każ tista’ tiġi referuta għand ‘dietitian’ u tabib speċjalizzat imsejjaħ ‘gastroenterologist’. X’aktarx li d-‘dietitian’ tgħidlek iżżomm ‘food symptom diary’, fejn għandek tniżżel is-sintomi li jkollok wara li tiekol ċertu tipi t’ikel. Huwa vera mportanti li tikteb l-ingredjenti użati għall-ikel li tkun kilt għax xi kultant ingredjent speċifiku jkun il-kawża tal-intolleranza tal-ikel li jkollok. Id-‘dietitian’ tiggwidak x’għandek tiekol skont dak li tkun niżżilt fid-djarju tiegħek.

Il-‘ gastroenterologist’ jagħmillek aktar testijiet biex jidentifika l-kawża u jeliminaha minn ikliet futuri. ‘Elimination diet’ tista’ tiġi preskritta wkoll, fejn fiha telimina ċertu ikel mid-dieta tiegħek u wara ftit żmien terġa’ tibda tintroduċih bil-mod. Din id-dieta ġeneralment issir fuq il-parir tad-‘dietitian’ għaliex jekk telimina ammont kbir ta’ ikel mid-dieta tiegħek għal perjodu ta’ żmien twil tista’ tispiċċa b’malnutriment.

Oqgħod attenta minn testijiet li suppost jimmarkaw l-allerġiji għall-ikel, testijiet li spiss ikunu mingħajr bażi xjentifika. Jekk tissuspetta xi allerġija jew intolleranza għal xi ikel, dejjem kellem professjonista tas-saħħa medika.


Għandek allerġija jew xi intolleranza għal xi ikel? Jekk trid taqsam l-esperjenza tiegħek magħna ikkuntattjana jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *