Search results for: covid (Page 2)

emergent curriculum

Il-kurrikulu emerġenti huwa approġġ ta’ tagħlim organiku li jgħin fl-iżvilupp ta’ tfal ċkejknin.  Dan l-approġġ, li hu relattivament ġdid u li qiegħed jikber u jevolvi kontinwament, qiegħed jiġi ntrodott mill-għalliema fl-istadji bikrin tat-tfulija. Il-kurrikulu emerġenti jġib il-quddiem il-kollaborazzjoni bejn it-tfal u l-edukaturi, billi jagħtihom vuċi. L-għalliema jiġu mħeġġa jibnu fuq dak li jogħġob lit-tfal u dak li jinteressahom u b’hekk ikabbar fihom ir-rispons. F’dan il-kuntest, l-edukatur jassumi wkoll irwol li bih jiffaċilita l-integrazzjoni, josserva dak li jkun qed jiġri, u jagħti lit-tfal iż-żmien biex jiskopru, jfittxu fil-fond u jkabbru l-kostruzzjoni tat-tagħrif billi jippjanaw l-attivitajiet tagħhom fuq bażi ta’ dak li jinteressa jew dak ukoll liRead More…

Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed. F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara. Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021: “Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minnRead More…

cystic fibrosis malta mandy vella

Il-Fibrożi Ċistika (Cystic Fibrosis) hija kondizzjoni ġenetika li tikkawża ġmiegħ ta’ mukus fil-pulmun u fis-sistema diġestiva, li jwasslu għal infezzjonijiet fil-pulmun u jikkaġunaw diffikultajiet fis-sistema diġestiva.  Is-sintomi komuni jibdew juru l-preżenza tagħhom fil-bidu tat-tfulija u jaggravaw maż-żmien minħabba l-ħsara fil-pulmun u fis-sistema diġestiva li sfortunatament iwasslu għal aspettattiva ta’ ħajja relattivament iqsar. L-effetti tal-Fibrożi Ċistika jitnaqqsu b’kura adattata li ġġib magħha għixien aħjar. Evidenza xjentifika uriet li t-Trikafta (magħrufa aħjar bħala Kaftrio fl-Ewropa) ikollha impatt pożittiv fuq pazjenti b’Fibrożi Ċistika, għax ittejbilhom il-funzjoni tal-pulmun b’14% (Cystic Fibrosis Trust). L-iżvantaġġ iżda hu li din il-mediċina tiġi bi prezz għoli ħafna u għalhekk tagħmilha mpossibbli għal dawk liRead More…

vulnerable carer

Reċentement ġejt ikkuntattjata minn Rebecca, mara ta’ 37 sena b’diżabbiltajiet inviżibbli li, minkejja l-problemi personali tagħha, qed tagħmel biċċa xogħol tajba ferm hi u tieħu ħsieb l-ommha. Bħala carer vulnerabbli, Rebecca ilha titlob l-awtoritajiet bil-ħniena għal dawn l-aħħar xhur sabiex tingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19, iżda t-talbiet tagħha qed jiġu kontinwament injorati. Din hija l-istorja tagħha… Għandi 37 sena u l-maġġoranza ta’ ħajti kienet moħlija. Nofs ħajti ntilfet minħabba d-diżabbiltajiet inviżibbli li għandi. Ma nistax nagħmel affarijiet li adulti normali jagħmlu: ma nistax insiefer, naħdem full time, nixtri dar, jew sempliċiment noħroġ u ngawdi l-ħajja ma sħabi. Id-diżabbiltajiet inviżibbli tiegħi laqtuni b’mod gravi fl-eta’ tenera ta’Read More…

teen's school related fears

Tul it-tfulija tiegħi dejjem żammejt f’moħħi li ż-żmien li kelli nqatta’ nitgħallem l-iskola kien se jinkludi 6 snin primarja, sentejn ‘middle school‘, tlett snin sekondarja, u wara, dejjem skond l-għażla li nkun se nagħmel, sentejn oħra post-sekondarja, segwiti minn snin l-Universita’. Għadni kemm għalaqt 13-il sena u wasalt biex nibda nattendi l-iskola sekondarja, iżda ma nħossnix daqshekk eċitata li ħa nibda nattendi skola ġdida bħal ma kont inħossni t’għaxar snin, speċjalment minħabba l-fatt li prattikament spiċċajt tlift sentejn skola. Meta l-pandemija tal-COVID-19 resqet lejn xtutna, bdejt nistudja mid-dar. Waqt dik is-sena skolastika, li għalija kienet Year 7, ġejna pprovduti b’lezzjonijiet onlajn permezz ta’ Zoom jewRead More…

online schooling in malta

Kienu ħafna li beżgħu mill-għeluq tal-iskejjel għal xhur sħaħ għal raġunijiet ovji, iżda reġa’ ġara l-istess. Mill-15 ta’ Marzu 2021 ġie ntrodott l-online schooling f’Malta għat-tfal kollha li jattendu l-iskola, bil-ħsieb li jiġi tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19 fil-gżejjer Maltin waqt il-proċess nazzjonali tal-vaċċinazzjoni. Sfortunatament din id-deċiżjoni ħolqot tensjoni, insigurta’, instabbilta’ u stress fuq ħafna familji bit-tfal. L-aktar milquta minn din id-deċiżjoni huma bla dubju ta’ xejn l-ommijiet li jaħdmu. Ħafna ommijiet ħassew il-bżonn li jiftħu qalbhom dwar il-problemi marbuta ma din l-istrateġija fuq il-medja soċjali, inkluż fuq il-grupp ta’ Facebook Women for Women (Malta). Minn dawn il-messaġġi jidher biċ-ċar li l-ommijiet qed iħossuhom mifnija uRead More…

back to school tips for mums

Aħna u nersqu lejn tmiem l-istaġun tas-sajf aħna l-ommijiet nibdew nimtlew bi ħsibijiet relatati mal-fatt li t-tfal tagħna se jerġgħu jirritornaw lura lejn l-iskola. Ovjament dawn il-ħsibijiet jistgħu iġibu magħhom mewġa t’ansjeta’ – “Għandi bżonn nixtri aktar uniformijiet? Għandna żraben u kalzetti? Żgur għandna bżonn basktijiet, ‘pockets’, fliexken tal-ilma, kaxxi tal-ikel… il-lunches! X’nista nagħmel lit-tifla biex forsi tikolli l-iskola daqs kemm hi ‘picky’ fejn jidħol l-ikel? Nispera li t-tfal jissetiljaw faċilment dis-sena. U ma rridx ninsa-t-trasport u minjaf x’fadalli niftakar aktar…” Għalkemm dan il-kunflitt f’moħħna nesperjenzawh sena wara l-oħra, din id-darba se tkun agħar għal dawk l-ommijiet li żammew lit-tfal id-dar magħhom is-sena l-oħra minħabbaRead More…

women in poverty

In-nisa qed jitqabdu battalja l-ħin kollu.  Matul is-snin, it-taqbida tagħna issawwret madwar aspetti soċjali varji; minn ġlieda għad-dritt tal-vot, għat-taqbida kontra d-diskriminazzjoni, vjolenza u femminiċidju; sa taqbid soċjali, inkluż id-dritt għall-ħlas ugwali bħall-irġiel għal xogħol tal-istess valur u rappreżentazzjoni ugwali f’bordijiet, fil-Parlament u f’pożizzjonijiet ewlenin ta’ tmexxija. Wieħed mill-pilastri tal-Agenda tan-Nazzjonijiet Uniti huwa l-ġlieda kontra l-faqar.  Ma nistgħux ma nagħrfux l-avvanz sew lokali u internazzjonali meta nqisu l-kwalita’ tal-ħajja, imma xorta hija realta’ li għad hawn nies li qegħdin viċin il-marġni tal-linja tal-poverta’ u li f’xi każi, in-nisa huma aktar propensi lejn il-faqar.  Kien rappurtat min Nazzjonijiet Uniti fl-2015, li n-nisa kienu l-aktar esposti għall-faqarRead More…

spa and wellness

Permezz tas-servizzi li toffri, Yasmin minn ‘Sanya Eco Spa and Wellness Centre’ tgħin lin-nies jeħilsu mill-istress u mill-għajja esaġerata u jesperjenzaw sens profond tal-benesseri u paċi. Imma x’differenza hemm bejn l-istress u għajja esaġerata? Jekk qabel il-COVID-19 l-istress u l-ansjeta’ kienu magħrufa li jikkawżaw ħafna ħsibijiet, issa nistgħu ngħidu li żgur li għandhom jingħataw prijorita’. Il-COVID irnexxielu jgħakkes ħafna nies, speċjalment nisa, billi kkawża għajja esaġerata. L-aktar ħaġa mportanti li għandna nżommu f’moħħna hija li hemm differenza kbira bejn stress u għajja esaġerata. Ġisimna huwa reżiljenti għall-istress. Aħna kapaċi nifilħu ċertu ammont ta’ stress għal ammont ta’ żmien. Imma meta nilħqu l-limitu b’għajja tremenda inkunuRead More…

bumpnme

Bla dubju ta’ xejn, il-pandemija Covid-19 ħalliet impatt negattiv fuq negozji żgħar madwar id-dinja, inkluż f’Malta. Għalhekk, l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hija li tixtri r-rigali tiegħek minn ħwienet lokali. Li tkun konsumatur infurmat huwa l-unika mod li bih tkun tista’ tixtri b’mod etiku u sostenibbli. Għalhekk aħna lestejna lista ta’ negozji ġenwina: negozji lokali mmexxija minn nisa Maltin. Meta tissapportja negozju ta’ mara tkun qed tissapportja lin-nisa kollha fl-istess ħin: din isservi bħala forma ta’ tama, sapport u emanċipazzjoni. Issapportja negozji lokali mmexxija min-nisa dan il-Milied. Kun festiva, femminista u ġusta ma dawn id-ditti… Gaia & Nina  Id-ditta tad-disinjatriċi lokali Francesca Pace hija msemmijaRead More…