Search results for: covid (Page 4)

emma beck sweet valley family clinic

Kelli kurżita’ kbira sabiex niltaqa’ ma Emma Beck, li hija qabla kif ukoll psikoterapista. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċjalitajiet interessatni ħafna u għalhekk ħassejt il-bżonn li nsir naf aktar fuq Emma. Ippjanajna biex niltaqgħu fil-klinika tagħha, għax xi ħaġa li fil-fatt ma kontx irrealizzajt qabel hi li Emma hija wkoll businesswoman ta’ suċċess u determinazzjoni. Hija tmexxi l-klinika ‘Sweet Valley Family Clinic’ f’B’Kara. Qatt ma konna ltqajna qabel, u kont sorpriża meta sibt mara żagħżugħa b’daħka tassew ħelwa u karattru ferrieħi. Kont ħerqana u kurjuża biex insir naf aktar fuq x’inhu eżattament il-ħsieb wara ‘Sweet Valley Family Clinic’. Xi trid tfisser biha ‘family clinic’, forsiRead More…

breast cancer awareness

Ottubru huwa x-xahar li fih kull sena titqajjem ‘awareness’ fuq il-Kanċer tas-Sider. Jiġu organizzati mixjiet, tiġirjiet u anke ġiri bir-roti madwar Malta u Għawdex sabiex jinġabru l-fondi għal-NGO’s u għar-riċerka dwar il-kanċer. L-iskejjel, kif ukoll postijiet tax-xogħol jorganizzaw laqgħat u jinkuraġġixxu l-ilbies r-roża għal dawk il-ġranet partikolari. Din l-‘awareness’ hija importanti għaliex tenfasizza l-importanza li mara jkollha l-eżaminazzjonijiet mediċi neċessarji u trattamenti f’każ li jkun hemm xi problema. Din is-sena, minħabba l-pandemija tal-COVID, l-NGO’s kellhom jaħsbu f’modijiet differenti biex iqajmu kuxjenza u jiġbru l-fondi għas-servizzi tal-kanċer u r-riċerka. Dawk minna li jaħdmu fil-qasam tal-Kura tal-Kanċer jafu bl-importanza li l-kanċer jiġi skopert fl-istadji bikrin u t-trattamentRead More…

inspirational women

Persuna t’ispirazzjoni hija xi ħadd li jiġi ammirat, li jispira ħafna nies, u li jingħata stima għolja minn individwi oħra minħabba l-abbilta’ li biha juru passjoni u ispirazzjoni, b’potenzjal li juru sett ta’ valuri ċari u mpenn lejn il-komunita’. ‘Role models’ huma kapaċi jaċċettaw lil kulħadd u jegħlbu l-ostakli mingħajr pretens żejjed. Dawn jistgħu ikunu nies li l-persuna tkun taf personalment jew jista’ jkun ukoll xi ħadd li qatt ma ltaqgħu miegħu, bħal xi persuna famuża. Permezz ta’ dan l-artiklu nixtieq naqsam ma kull wieħed u waħda minnkom lista ta’ nisa li jispirawni, kif ukoll ir-raġuni għala nqishom bħala ‘role models’ tiegħi. Kull mara msemmijaRead More…

Hourie PhD Student

Bħala nisa żagħzagħ irridu nifhmu li aħna irridu nkunu li nidderieġu ħajjitna; ma nistgħux nagħmlu dak kollu li jriduna nagħmlu ta’ madwarna, lanqas jekk dan ikun ġej mill-ġenituri tagħna. Toqgħodx tinkwieta jekk ikollok tibda t-triq waħdek, la tkun fit-triq it-tajba eventwalment l-oħrajn se jibdew jimxu warajk. Hourie Erba’ snin ilu ltqajt ma Hourie f’Malta waqt li konna qed nagħmlu xogħol ta’ volontarjat mal-Assoċjazzjoni tan-Nisa Imigranti. Hourie impressjonatni bil-mod kalm, ġentili u ntelliġenti li bih tikkomunika, u bl-attitudni pożittiva li għandha lejn il-ħajja. Mill-ewwel indunajt li din il-mara kellha potenzjal kbir u li kienet se timxi l-quddiem f’ħajjitha. Il-ħarsa pożittiva li għandha lejn il-ħajja kif ukollRead More…

avanza academy

Nisa jirritornaw lejn l-istudju: Vjaġġ ta’ trasformazzjoni u skoperta personali… Qatt ikkunsidrajt il-possibilta’ li terġa tibda tistudja? Forsi m’intix ċerta jekk l-esperjenza ta’ kulleġġ jew universita’ ‘full-time’ hix tajba għalik? Qatt ikkunsidrajt tapplika għal kors iddisinjat biex jaddatta madwar ir-responsabbiltajiet u l-impenji li diġa’ għandek? Kors bl-għan li jgħinek ittejjeb il-kapaċitajiet tal-ħajja li diġa’ għandek? Kollha kemm aħna smajna bit-terminoloġija ‘lifelong learning’, imma min minna jista’ verament jifhem xi jrid ifisser dan il-kunċett? Dan il-kliem narawh ta’ spiss fuq il-medja soċjali: jinstema’ fl-aħbarijiet ewlenin u jidher bħala lingwaġġ edukattiv. Imma xi jfisser għalik u għalija? Nisimgħu b’ ħafna definizzjonijiet li ta’ spiss iwasslu għal konfużjoniRead More…

fibromyalgia

Ħames snin jista’ jkun li ma jidhrux li huma ħafna, imma f’każ ta’ wġiegħ kontinwu, problemi tal-irqad, emigranja u wġiegħ ta’ ras, kif ukoll problemi fil-proċessi mentali jisgħu ibiddlu dawk il-ħames snin f’eternita’ infernali. Jiena tfajla ta’ 19-il sena u fl-aħħar, wara 5 snin nitlob lit-tobba biex iwieġbuli l-mistoqsijiet tiegħi rigward il-problemi li donnu għandi f’ġismi, ġieni ċ-ċans li nneħħi l-possibilta’ ta’ kundizzjonijiet oħra u nasal għall-konklużjoni li probabbli għandi l-kundizzjoni imsejħa Fibromalġija. Kollox beda 7 snin ilu, meta ddaħħalt l-isptar Mater Dei b’Tachycardia: qalbi kienet qed tħabbat b’rata mgħaġġla ta’ madwar 160 taħbita kull minuta. Din kienet xi ħaġa mhux mistennija. Ma kontx qedRead More…

europa donna malta

‘Europa Donna Malta’ huwa grupp li jippromwovi u jissapportja lil dawk l-indiviwi li qed jiġġieldu l-kanċer tas-sider, u l-membri jinkludu pazjenti, sopravissuti u membri tal-familji tagħhom. Ilna nissapportjaw kemm nisa kif ukoll irġiel għal dawn l-aħħar 30 sena. Meta persuna tingħata dijanjosi tal-kanċer tas-sider, ikollha bżonn is-sapport waqt il-vjaġġ speċjalment wara xi operazzjoni u trattament. Hawnhekk jidħol il-grupp ‘Europa Donna Malta’. Aħna noffru konsultazzjonijiet minn konsulenti professjonali, kif ukoll norganizzaw sezzjonijiet fi gruppi fejn il-membri jkunu jistgħu jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Aħna norganizzaw lekċers għall-professjonisti tas-saħħa kif ukoll għall-pubbliku ġenerali biex inqajmu kuxjenza. Is-servizzi tagħna huma kollha b’xejn u huma organizzati minnRead More…

back to school post covid

B’inqas minn ħames ġimgħat sakemm jiftħu l-iskejjel f’Malta, il-ġenituri u t-tfal m’għandhomx idea x’se jiġri. Il-Gvern qed jipproponi tliet xenarji, imma għadu ma kkonfermax liema xenarju se jiġi fis-seħħ. Madankollu, il-Ministru tal-Edukazzjoni Dr Owen Bonniċi qal li l-protokols se jkunu simili għal dawk li ġew segwiti waqt Skolasajf. “Waqt il-‘lockdown’, it-tifla marret tajjeb akkademikament. Imma bagħtiet emozzjonalment u soċjalment.” Filwaqt li reġgħu qed jiżdiedu l-każijiet tal-COVID_19, nemmen li huwa żmien delikat biex tagħmel deċiżjoni daqshekk importanti. Ħafna ġenituri qed jibżgħu għas-saħħa tat-tfal tagħhom f’ każ li jkollhom jibgħatuhom l-iskola, imma fl-istess ħin iridu lit-tfal ikomplu jitgħallmu u jqattgħu ftit żmien ma sħabhom – ħafna minnhomRead More…

Krystle Penza Mvintage

Dejjem ammirajt ‘trail blazers’ u nisa li jiksbu suċċess f’żoni jew negozji ddominati mill-irġiel. Ovjament il-mara wara l-‘brand’ ta’ Mvintage m’hija l-ebda eċċezzjoni, u għalhekk xtaqt insir naf aktar dwar Krystle Penza: il-mara wara din il-‘brand’ Maltija. Li toħloq ‘brand’ mhix xi ħaġa ħafifa, anzi tirrikjedi dedikazzjoni, viżjoni, determinazzjoni u kapaċita’ b’saħħitha għal teħid ta’ deċiżjonijiet relatati man-negozju. Meta ltqajt ma Krystle Penza ħassni qisni qed niltaqa’ ma’ idolu tiegħi: kelli għajnejja jixegħlu bl-ammirazzjoni li esperjenzajt f’ dak il-mument. Poġġejna fil-kafetterija ta’ Mvintage fil-maħżen ewlieni tagħhom fl-Iklin. Ħassejtni qisni ltqajt ma’ ikona lokali, imma fl-istess ħin ma’ ħabiba li donni kont tlift snin ilu. DlonkRead More…

neil agius swimmer

“Ipprattikajna l-meditazzjoni flimkien, u ‘mantras’ li bħala koppja ftehmna li nużaw waqt l-għawma ta’ Neil. Kelma, frażi, li kont ngħajjatlu waqt l-għawma tiegħu li kienet tfisser ħafna għat-tnejn li aħna. Mument li kien jieħdu f’’post’ li konna diġa’ esperjenzajna flimkien”. “Emmint li l-baħar u l-annimali tal-baħar kienu se jipproteġu l-Neil” Lara Vella Lara Vella hija kampjonessa tal-għawm kif ukoll is-sieħba tal-attivist kontra t-tniġġis – Neil Agius. Riċentament Neil għam minn Sqallija sa Malta f’ħin rekord ta’ 28 siegħa, 7 minuti u 28 sekonda. Daniela Allen tkellmet ma’ Lara dwar l-esperjenza tagħha waqt l-għawma epika ta’ Neil li seħħet f’Ġunju tas-sena 2020, u s-sapport kontinwu tagħhaRead More…